Legislature:
Category:
Reset
Active:

Visa lil studenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11465 u jgħid kemm-il student barrani nħarġitlu visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar 10 snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni? Mil-liema pajjiż ġew dawn l-istudenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #15697 Sitting 352 2020-07-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

FES – ħlas lil ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13535 u jgħid jekk il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) hux se tkun qed tħallas lil dawk kollha li jaħdmu magħha fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, inkluż dawk part-time bħal Child Support Workers, Play Workers u oħrajn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li s-servizz ta’ Klabb 3-16 sal-ġimgħa l-oħra kien qed jitwassal onlajn u għalhekk il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi ser tkun qed tħallas lill-ħaddiema part-time bħal Child Support Workers, Play Workers u oħrajn. Minn nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Lulju ftaħna Skolasajf u għaldaqstant erġajna lura għan-normalità.
Leg 13 PQ #15698 Sitting 352 2020-07-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15034 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14863, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti kollha mingħajr ebda esklużjoni, inkluż il-konsulenti kollha li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru tiegħu inkluż tas-Segretarju Parlamentari, is-Segretarju Permanenti, id-Direttorati, il-bordijiet, il-kunsilli u l-awtoritajiet? Jista’ jagħti l-lista ta’ kull persuna li qiegħda taħt xi forma ta’ kuntratt ta’ xogħol simili bħal konsulenza, contract of service u contract for service? Għal kull wieħed minn dawn jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-persuna, x’esperjenza u kwalifiċi relatati għandu, dwar xiex qed jagħti konsulenza, f’liema entità qed jagħti konsulenza, x’salarju, perkaċċi u kundizzjonijiet għandha dik il-persuna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #15692 Sitting 351 2020-07-01 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Laptops għall-edukaturi tal-iskejjel tal-istat — tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħareġ l-aħħar tender għax-xiri ta' laptops għall-edukaturi tal-iskejjel tal-istat? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm kumpaniji li applikaw għal dan it-tender u b'liema ammont intrebaħ it-tender? Kemm ġie jiswa kull laptop?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-aħħar tender għax-xiri ta’ laptops għall-edukaturi tal-iskejjel tal-istat ħareġ fl-1 ta' Novembru 2019 bl-isem “CT 2266/2019 - Tender for the Supply of Energy Efficient Laptop Devices for Educators”. Għal dan it-tender kien hemm erba’ kumpaniji li ssottomettew l-offerta tagħhom. It-tender intrebaħ bil-valur globali ta’ € 3,959,385.30 VAT eskluża. Il-prezz għal kull laptop huwa ta' € 593.70 (VAT eskluża) li jinkludi wkoll 5 snin garanzija, 5 snin Service Level Agreement u 5 snin polza tal-assikurazzjoni “accidental damage”.

Zuntier tal-Kolleġjata ta' San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi restawrat u possibilment mhux jinbidel minħabba l-lavur u l-valur li fih, iċ-ċint taz-zuntier tal-Kolleġjata ta' San Ġorġ Martri Ħal Qormi li hija knisja u sabiħa b'valur kbir storiku u kulturali appart li sit ta' fidi għal ħafna Qormin? Jista' jagħmel dan bil-ħaddiema tiegħu jew permezz ta' xi kuntrattur minn tiegħu? Jista' jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

zuntier tal-Kolleġjata ta' San Ġorġ Martri Ħal Qormi — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi restawrat u possibilment mhux jinbidel minħabba l-lavur u l-valur li fih, iċ-ċint taz-zuntier tal-Kolleġjata ta' San Ġorġ Martri Ħal Qormi li hija knisja u sabiħa b'valur kbir storiku u kulturali appart li sit ta' fidi għal ħafna Qormin? Jista' jagħmel dan bil-ħaddiema tiegħu jew permezz ta' xi kuntrattur minn tiegħu? Jista' jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali m’għandux pjanijiet biex isir ir-restawr tal-imsemmi ċint taz-zuntier tal-Kolleġjata ta' San Ġorġ Martri Ħal Qormi. Hemm, madankollu, pjanijiet li fi żmien qarib tiġi imnehdija Skema ta’ Restawr li permezz tagħħha il-Parroċċa tkun tista’ tagħmel talba għall-iffinanzjar ta’ dan ix-xogħol.
Leg 13 PQ #15682 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa – impjegati full-time

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15442 fejn il-Ministru qed jgħid li l-Malta Racing Club huwa klabb awtonomu, jista’ l-Ministru jikkonferma li ċ-Chairman u l-maġġoranza assoluta tal-membri tal-Malta Racing Club jaħtarhom hu? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni? Min minnhom jaħdem fil-Ministeru tiegħu inkluż fis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari? Jista’ jgħid jekk il-Korsa tal-Marsa llum hiex tal-Gvern jew tal-Malta Racing Club? Jista’ jispjega wkoll x’qed jifhem b’awtonomija lil hinn milli t-tiġrijiet iseħħu taħt regoli indipendenti mill-gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li kif diġà jaf huwa minnu li l-maġġoranza tal-membri tal-Kunsill tal-Malta Racing Club jaħtarhom il-Ministru tal-Edukazzjoni, jaf ukoll illi l-operat tal-Kunsill huwa awtonomu. Il-Kunsill tal-Malta Racing Club huwa kompost mis-sinjuri Edwin Borg (Chairman), Peter Caruana, Anthony Mifsud, George Farrugia, Joe Zerafa, li huma maħtura mill-Gvern, u Brian Zammit, Nicholas Cachia u Kevin Debono, li huma r-rappreżentanti tal-assoċjazzjoni tas-sidien taż-żwiemel u l-ġerrejja. Nikkonferma li l-ebda wieħed minn dawn il-persuni ma jaħdem la fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u wisq anqas fis-Segretarjat Parlamentari. Bħalma jaf ben tajjeb l-Onorevoli interpellant il-Korsa hija tal-Gvern iżda amministrata fl-intier tagħha mill-Malta Racing Club, u filfatt l-awtonomija ma tikkonsistix biss mir-regoli tat-tiġrijiet taż-żwiemel iżda fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel, inkluż l-operat u l-manutenzjoni tal-Korsa.
Leg 13 PQ #15683 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

SkolaSajf – protokolli ta’ saħħa u sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġew finalizzati l-protokolli ta’ saħħa u sigurtà li se jiġu addottati għal SkolaSajf li se tiftaħ mill-ewwel ta’ Lulju, peress li sal-lum ma ġie ppubblikat xejn? Jista’ jippubblika dawn il-protokolli? Jista’ wkoll l-Ministru jippubblika r-risk assessments li saru qabel fetħet SkolaSajf u jgħid min għamel dawn ir-risk assessments u xi kwalifiki għandu biex għamel dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Ministeru ppubblika l-linji gwida għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel u t-tagħlim li jsir matul is-sajf. Fil-każ tal-iskejjel tal-Istat fejn ser isir Skolasajf għandna diġà l-H&S Risk Assessments u ttieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex isiru risk assessments oħra skont il-linji gwida.
Leg 13 PQ #15684 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ftuħ ta' skejjel wara l-għeluq minħabba l-COVID-19 — working group

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14862 li kienet titlob informazzjoni dwar minn min hu magħmul il- working group li qed ifassal il-qafas għat-tħejjija għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel wara l-għeluq minħabba l-COVID-19; u wara li l-Ministru stqarr li kien ilu minn April qed ifassal qafas fuq ħames xenarji probabli li għalihom qed jittieħdu l-prekawzjonijiet fuq 5 livelli; jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pjan hux lest? Jista’ jgħid min fassal il-pjan? X’ġie implimentat s’issa? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan imfassal?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-pjan qed ikun ikkordinat mill-Ministeru u huma involuti d-Dipartimenti kollha, l-istituzzjonijiet edukattivi konċernati, bħalma huma l-MCAST u l-Università ta' Malta. Qed isiru wkoll laqgħat ma' rappreżentanti tal-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti, mal-unjin tal-għalliema u mal-assoċjazzjoni tal-ġenituri ta' tfal fi skejjel tal-Istat. Eventwalment, il-pjanijiet ikunu pubbliċi bħalma kienu dawk dwar l-għeluq tal-iskejjel, il-ftuħ taċ-ċentri tal-edukazzjoni bikrija, u tal-iskejjel tas-sajf inkluż il-klassijiet ta' reviżjoni taċ-ĊES, il-klabb 3-16 u tagħlim ieħor għal matul is-sajf.
Leg 13 PQ #15685 Sitting 350 2020-06-30 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti – tagħlim mitluf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex l-istudenti jirkurpaw it-tagħlim mitluf matul din is-sena skolastika?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. interpellant li matul din is-sena, wara li l-iskejjel kollha għalqu fit-13 ta’ Marzu, it-tagħlim kompla b’mod diġitali. Il-parti l-kbira tal-għalliema flimkien mal-mexxejja tal-iskejjel għamlu ħilithom kollu sabiex it-tagħlim jitkompla fuq pjattaformi diġitali, għall-istudenti kollha. Twaqqfu żewġ websajts sabiex ikunu ta’ għajnuna għall-għalliema, studenti u ġenituri – www.digitalliteracy.skola.edu.mt u https://teleskola.mt li flimkien ma’ www.curriculum.gov.mt offrew riżorsi diġitali lill-istudenti kollha. Għas-sena skolastika li ġejja qegħdin isiru tħejjijiet sabiex l-għalliema jingħataw gwida għat-tagħlim. Qegħdin jitħejjew dokumenti gwida għal kull suġġett, għal kull sena (primarja u sekondarja) li jgħinu lil għalliema sabiex l-ewwel jaraw il-wellbeing tal-istudenti u wara jkomplu bit-tagħlim kemm fil-klassi kif ukoll onlajn, skont il-ħtieġa. Il-Matsec Board ukoll qiegħed jirrevedi s-sillabi tas-SEC, IM u A sabiex jirrispondi għaċ-ċirkustanzi li qegħdin ngħixu fihom. Matul dan is-sajf qegħdin jiġu offruti lezzjonijiet b’xejn fis-suġġetti prinċipali lill-istudenti tal-Form 5, bit-tħejjija għas-SEC li se jsir f’Settembru.
Leg 13 PQ #15444 Sitting 345 2020-06-17 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għal Għawdex

Tiġrijiet f’Għawdex

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15204 jista’ l-Ministru għal Għawdex jgħid min qed jorganizza t-tiġrijiet f’Għawdex jekk il-Gozo Horse Racing Association ġie xolt u mhux jiffunzjona? Kemm qed jiġi jiswa kull meeting?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Korsa tax-Xhajma qed ikunu organizzati mill-Gozo Sports Board fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Kull tiġrija tiġi tiswa lill-Ministeru s-somma ta’ bejn €1,567.16 u €2,047.16. Madankollu dan jiddependi fuq il-parteċipazzjoni taż-żwiemel u t-tip ta’ tiġrija, jekk tkunx conditional jew championship race.
Leg 13 PQ #15470 Sitting 345 2020-06-17 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema — Segretarju Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu nieqes is-segretarju eżekuttiv għall-Kunsill tal-Professjoni tal-Għalliema? X’inhu jżomm li jimtela dan il-post?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-post ta’ Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill tal-Professjonisti tal-Għalliema jinsab vakanti peress li dak preċedenti llum jinsab ingaġġat man-NCFHE. Ser ikun qiegħed jinstab Segretarju Eżekuttiv idoneu għal dan il-Kunsill ukoll.
Leg 13 PQ #15438 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ftuħ ta’ Childcare Centres u Skolasajf – risk assessments

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 15169 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risk assessments li saru meta tħabbar il-ftuħ taċ-childcare centers u Skolasajf? Jista’ jgħid ukoll id-dati ta’ meta saru u minn min saru dawn ir-risk assessments?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar il-ftuħ taċ-Childcare Centres qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba.
Leg 13 PQ #15439 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti assenti fit-tagħlim li qed jingħata online

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14254, jista’ l-Ministru jippubblika statistika, ta’ kemm studenti kienu assenti fit-tagħlim li qed jingħata online f’xi forma jew oħra, li kien informa lil din il-Kamra li qed tinġabar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #15440 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Childcare Centres – protokolli ta’ saħħa u sigurtà

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet 15038, 15039, 15040 jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-protokolli ta’ saħħa u sigurtà li ġew adottati mal-ftuħ taċ-childcare centres?

Response (BONNICI, OWEN)

Għal waqt il-pandemija tal-COVID-19, kull Childcare Care Centre jrid jimxi mal-linji gwida maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa: Guidelines for Childcare Centres li kopja tiegħu qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #15441 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

SkolaSajf – protokolli ta’ Saħħa u Sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15041 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-protokolli ta’ saħħa u sigurtà li se jiġu adottati mal-ftuħ ta’ SkolaSajf?

Response (BONNICI, OWEN)

Bħalissa qed isiru diskussjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa u stakeholders oħra dwar il-linji gwida għall-ftuħ tal-iskejjel tas-sajf fid-dawl tal-pandemija COVID-19. Kif il-linji gwida jkunu pubbliċi, il-ħaddiema kif ukoll il-ġenituri jkunu infurmati.
Leg 13 PQ #15442 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa – impjegati full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati full-time mal-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa bħalissa u x’inhi r-responsabbiltà tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Malta Racing Club huwa klabb awtonomu.
Leg 13 PQ #15443 Sitting 344 2020-06-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għal Għawdex

Korsa ta’ Xħajma – impjegati full-time

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15204, jista’ l-Ministru jgħid meta ġew impjegati l-11-il ħaddiem full-time mal-Korsa ta’ Xħajma f’Għawdex u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Qormi — Triq San Bastjan - pavimentar

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15097 li titkellem speċifikament dwar kwistjoni ta’ periklu għas-saħħa u sigurtà fit-toroq tagħna (f’dan il-każ partikolari f’San Bastjan quddiem il-bank HSBC u l-knisja ż-żgħira ta’ San Bastjan), jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-awtorità tat-toroq, jekk mhux Transport Malta, li tista’ tispezzjona jekk ix-xogħol sarx skont is-sengħa u l-arti u li tista’ titlob li jittieħdu passi biex jieqaf il-periklu immedjatament? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li l-parti msemmija f’Triq San Bastjan speċjalment fix-xita, imma mhux biss, qed tiżloq ħafna b’periklu kemm għas-sewwieqa kif ukoll għar-residenti li jkunu mexjin fl-akkwati? X’passi ħa jieħu l-Ministru biex jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti ta’ Ħal Qormi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onoerevoli Interpellant li kuntratturi imqabbdin mil-Kunsill Lokali sabiex jesegwixxu kull tip ta’ xogħlijiet fit-toroq, iridu jkunu reġistrati ma’ Transport Malta. Apparti dan, l-istess kuntratturi, flimkien mal-Kunsill Lokali li jkun qiegħed jikkummisjona ix-xogħlijiet, għandhom jimxu mal-kodiċi tal-prattika li jinħarġu mill-Awtorita’, fosthom l-iStandard Traffic Management Plans (STMPs). Ir-rekwiżiti u miżuri dwar il-kwalita’ tax-xogħlijiet u konformita’ mal-ispeċifikazzjoni għal-xogħlijiet fit-toroq (inklużi rigward fatturi relatati ma’ anti-skid) huma miġbura taħt il-Volumi 1 sa 7 kif imsemmija fil-Ligi Sussidjarja 499.57. Spezzjonijiet dwar saħħa u sigurta’ matul ix-xogħlijiet isiru mill-uffiċjali ta’ Transport Malta, iżda ma jeskludux ir-responsabbilita’ tal-kuntratttur u l-kummisjonanta tax-xogħlijiet sabiex jinżammu l-għola livelli ta’ sigurta’ waqt ix-xogħlijiet. Wara li jitlestew it-tali xogħlijiet, il-kuntrattur flimkien mal-kummisjonanta tax-xogħlijiet huma obbligati li jippreżentaw rapport ta’ konformita’ kif mitlub mill-Awtorita’ fejn jinkludi ċertifikazzjoni ta’ konformita’ mill-perit responsabbli tal-proġett.

Kunsilli lokali – permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema awtoritajiet iridu jġibu permess il-kunsilli lokali, qabel ma ħadet kollox f’idejha Infrastructure Malta, biex jagħmlu resurfacing, bini mill-ġdid ta’ toroq jew pavimentar ta’ tisbiħ fit-toroq u l-pjazez tal-lokalitajiet? X’tip ta’ requirements ta’ saħħa u sigurtà jintalbu l-kunsilli qabel jagħmlu xogħol simili? X’tip ta’ standards kienu jintalbu l-kunsilli dwar miżuri fuq grip u kontra l-iskidjar? X’tip ta’ spezzjonijiet u ċertifikazzjoni kienu jsiru u minn min?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.