Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #16092 Sitting 364 2020-07-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – bordijiet, kunsilli, awtoritajiet u sotto kumitati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-bordijiet, kunsilli, awtoritajiet u sotto kumitati tagħhom li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol? Jista’ jgħid min huma l-persuni li servew u jservu f’kull waħda minn dawn l-entitajiet mill-2013 ‘il hawn? Għal kull wieħed minnhom, jista’ jgħid xi kwalifiċi u esperjenza għandu? X’pakkett finanzjarju, inkluż perkaċċi ngħata? Meta bdew, meta spiċċaw u għal-liema tul ta’ żmien ġie mogħti lilhom it-terminu ta’ ħatra?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #16099 Sitting 364 2020-07-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb b’mod sħiħ id-diversi domandi li saru, inkluż din l-istess domanda, li qed jitolbuh biex jgħid minn meta ġie fdat bid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, min kienu dawk il-konsulenti kollha mingħajr ebda esklużjoni, inkluż dawk fuq position of trust, contract of service u contract for service, u li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru tiegħu inkluż is-Segretarju Parlamentari, is-Segretarju Permanenti, id-direttorati u l-bordijiet, kunsilli u awtoritajiet, li spiċċaw mill-kariga u min kienu dawk li bdew, kemm ilu Ministru hu? Għal kull wieħed minnhom, jista’ jgħid x’tip ta’ konsulenza/xogħol qed jagħmel? Xi kwalifiċi u esperjenza għandu? X’pakkett finanzjarju, inkluż perkaċċi, ngħata? Kemm-il siegħa mistennija li jaħdmu f’kull każ? Meta bdew, meta spiċċaw u għal-liema tul ta’ żmien ġie mogħti lilhom il-kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #15936 Sitting 355 2020-07-13 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

MCAST — riżenji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm riżenji minn pożizzjonijiet għolja mill-MCAST fl-aħħar sentejn? Liema kienu l-postijiet ta’ membri fil-bord, Deputat Prinċipal, Diretturi u Deputati Diretturi u postijiet għolja oħra, li seħħew riżenji minnhom u min kienu l-persuni li rriżenjaw? X’kienu r-raġunijiet għar-riżenja tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-aħħar sentejn kien hemm 6 riżenji minn pożizzjonijiet għolja ġewwa l-MCAST. Dawn kienu jokkupaw is-segwenti pożizzjonijiet – Direttur (tlieta) u Deputat Diretturi (tlieta). Ir-raġuni li taw kienet li sabu xogħol alternattiv waqt li persuna waħda rriżenjat waqt il-probation. Irid jingħad li kien hemm ukoll 11-il persuna oħra li kienu jokkupaw pożizzjonijiet għolja iżda li għażlu li jirrevertu għall-pożizzjoni ta' lettur naturalment fl-MCAST stess. Dawn kienu jokkupaw is-segwenti pożizzjonijiet – Deputat Prinċipal (1), Direttur (tlieta), Deputat Direttur (7). Naturalment, għall-kompletezza jrid jingħad ukoll li fl-aħħar sentejn kien hemm ukoll bidla fil-persuna li tokkupa l-kariga ta' President tal-Kulleġġ.

Ħal Qormi – Triq il-Vitorja – miżuri ta’ traffic calming

Question

Jista’ l-Ministru jimplimenta pjan serju u effikaċi ta’ miżuri ta’ traffic calming għal Triq il-Vitorja Ħal Qormi biex jevita l-periklu ta’ kuljum li qed jilmentaw minnu r-residenti? Wara li residenti lmentaw miegħi dwar il-periklu li qed joħolqu vetturi minħabba over-speeding huma u neżlin minn din it-triq, speċjalment imma mhux biss, minn Triq l-Imdina sa ħdejn il-Knisja tal-Vitorja u f’salib it-toroq ta’ bejn Triq il-Vitorja, Triq Dun Ġwakkin Schembri u Triq Ġużè Muscat Azzopardi, jista’ l-Ministru jgħid xi proposti ta’ traffic calming tressqu mill-Kunsill Lokali Qormi bl-iskop ta’ kontroll aħjar tat-traffiku f’din it-triq? Jista’ jgħid liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx? Jista’ jagħti r-raġunijiet għaliex dawk il-proposti ma ġewx aċċettati? Jista’ jgħid x’inhuma l-proposti alternattivi tal-Awtorità tat-Trasport u l-Ministeru, għall-miżuri li ma ġewx aċċettati u jista’ jgħid jinkludux sleeping policeman, speed cameras, traffic lights jew miżuri oħra? Jista’ jagħti data sa meta se jiġu implimentati l-miżuri ta’ traffc calming measures fi Triq il-Vitorja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta evalwat numru ta’ talbiet li kien hemm mill-kunsill lokali għal road humps u bollards skond il-policies tal-Awtorita’. F’din it-triq diġa hemm ukoll numru ta’ raised crossings li qed jgħinu biex titanqqas il-veloċita` fit-triq, dan flimkien ma sinjali oħrajn li jigwidaw lis-sewwieq. Madanakollu Transport Malta ser tkun qiegħda tikkomunika mal-Kunsill ta’ Hal Qormi biex tara li s-sitwazzjoni titjieb.
Leg 13 PQ #15938 Sitting 355 2020-07-13 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skema ENDEAVOUR

Question

Peress li studenti li se jkunu qegħdin jistudjaw f’livelli ta’ masters u dottorat iridu jiddeċiedu dwar l-għażla ta’ università dan ix-xahar, li jfisser li jridu jikkommettu li jħallsu ammonti sostanzjali f’miżati u l-iskema ENDEAVOUR suppost li tagħti assigurazzjoni li l-istudenti mhux se jkollhom jinkwetaw fuq l-element finanzjarju waqt li jkunu qegħdin jistudjaw. Madankollu, il-Ministeru għall-Edukazzjoni mhuwiex qiegħed jagħti informazzjoni dwar kif il-proċess mistenni jaħdem u l-istudenti qegħdin jilmentaw li uffiċjali milll-Ministeru qed jibqgħu jgħidulhom biex jiċċekkjaw il-website uffiċjali b’mod regolari biex jirċievu l-informazzjoni, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija jiftħu l-applikazzjonijiet għas-sena skolastika 2020/2021 għall-iskema ENDEAVOUR, li titħaddem permezz ta’ fondi Ewropej?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema ENDEAVOUR ġiet imnedija fl-10 ta’ Lulju 2020 flimkien mal-iskemi l-oħra kollha amministrati mis-Sezzjoni tal-Boroż ta’ Studju fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. L-applikazzjonijiet online kif ukoll ir-regolamenti marbuta ma’ kull skema se jkunu aċċessibbli mil-lum 13 ta’ Lulju u jagħlqu l-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju 2020 f’nofsinhar. Għal din is-sejħa, li hija s-sitt sejħa mis-sebgħa maħsuba taħt dan il-proġett li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew b’rata ta’ ko-finanzjament ta’ 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea u 20% minn Fondi Nazzjonali, qed jiġu allokati miljun Ewro (€1,000,000).
Leg 13 PQ #15741 Sitting 354 2020-07-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Qormi Outdoor Sports and Fitness — vandaliżmu

Question

Wara diversi rapporti ta’ vandaliżmu u ta’ użu ħażin tal-ispazju u l-apparat tal-Qormi Outdoor Sports and Fitness Park, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa’ jiġi introdott il-gwardjan li kien hemm għassa miegħu fl-ewwel ġimgħat ta’ wara l-inawgurazzjoni tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. interpellant jirreferi għat-tweġiba li qed tingħata għall-mistoqsija parlamentari 15742.
Leg 13 PQ #15742 Sitting 354 2020-07-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Qormi Outdoor Sports and Fitness Park – art abbandunata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħsibijiet oriġinali li ssir it-tieni fażi tal-Qormi Outdoor Sports & Fitness Park billi tiġi żviluppata l-art li hemm abbandunata taħt il-pitch tal-boċċi b’risq il-familji ta’ Ħal Qormi u tal-madwar, għadiex tiġi kkunsidrata? Jek iva x’hemm mill-ħsieb li jsir u meta? Jekk le, x’se jsir minn din l-art mitluqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bi qbil bejn Sportmalta u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, l-outdoor gym huwa taħt ir-responsabbiltà tal-istess kunsill. Infurmat ukoll li l-art indikata se tiġi trasferita lill-imsemmi kunsill. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali tramite l-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #15743 Sitting 354 2020-07-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skejjel – vakanzi ta’ Kap u Assistenti kap ta’ Skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi għal Kap ta’ Skola u ta’ Assistent Kap ta’ Skola li jridu jimtlew? Kemm minnhom huma fil-primarja u kemm fis-sekondarja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif se nsemmi: Vakanzi ta’ Kap ta’ Skola: 2 fis-Sekondarja 1 Resource Centre Vakanzi ta’ Assistent Kap ta’ Skola: 4 fis-Sekondarja 11 fil-Primarja 1 Resource Centre
Leg 13 PQ #15744 Sitting 354 2020-07-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Għalliema li se jirtiraw fis-sena skolastika li jmiss

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm stmat li ser jirtiraw għalliema fis-sena skolastika li jmiss? Liema huma s-suġġetti li jgħallmu dawn l-għalliema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar l-għalliema li jistgħu jirtiraw fis-sena skolastika li jmiss, u liema suġġetti jgħallmu, huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt: Subject Possible retirements Art 2 Complementary 1 Drama 1 eLearning 1 Integrated Science 1 Maltese 1 Primary 7 PSCD 2 Religion 2 Tile Laying 1
Leg 13 PQ #15745 Sitting 354 2020-07-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ftuħ ta’ skejjel f’Settembru

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament bid-dettalji ta’ xi preparamenti hemm lesti sal-lum u x’baqa’ jsir dwar il-pjan meħtieġ dwar il-possibilità li jinfetħu l-iskejjel mill-ġdid f’Settembru, l-possibilità li jibqgħu magħluqa u n-numru ta’ possibilitajiet oħra li qed jaħdem fuqhom il-Gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Qafas għall-ftuħ mill-ġdid tal-istituzzjonijiet edukattivi tfassal f'April 2020 u hu mibni fuq mudelli tal-Ġnus Magħquda. Bl-istess mod li nfetħu b'suċċess iċ-child care centres iktar minn xahar ilu u Skolasajf mill-1 ta' Lulju li għadda, hekk ukoll il-Gvern se jara li jinfetħu l-iskejjel f'Settembru għall-ġid tal-istudenti tagħna. Infetħu wkoll l-iskejjel tal-Ingliż u se jkun hemm klassijiet ta' reviżjoni tas-SEC. Dan jirrikjedi bosta laqgħat ta' konsultazzjoni mal-imsieħba, kif sar fuq il-ftuħ mill-ġdid taċ-childcare centres u ċ-ċentri ta' tagħlim għal matul is-sajf. Dan kollu qed ikun ikkordinat ċentralment mill-Ministeru u la jkun finalizzat minn kollox, jiġi spjegat pubblikament. Dan hu pjan li jinbena b'attenzjoni u b'kawtela, u mhux sempliċiment desk exercise. Il-ftuħ taċ-ċentri sa issa urew kemm sar ippjanar u tħejjijiet meqjusa, bil-fiduċja tal-ġenituri tkun waħda naturali u bl-ammonti tat-tfal li jattendu ċ-ċentri baqa' jiżdied.
Leg 13 PQ #15911 Sitting 354 2020-07-08 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kinder 2 – Class Support

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 14925, 15170 u 15436 u minħabba li sal-lum il-kapijiet tal-iskejjel primarji tal-istat u tal-knisja għadhom fl-għama, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-ħidma biex verament tiġi implimentata d-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta' LSE Class Support fil-kinder 2 fis-sena skolastika li ġejja skont kif miftiehem fl-aħħar ftehim kollettiv iffirmat mal-MUT ? Jista' jgħid ukoll meta se jiġi ffirmat il-ftehim mal-iskejjel tal-knisja fir-rigward ta' LSE addizjonali fil-kinder 2?

Response (BONNICI, OWEN)

B'referenza għat-tweġibiet indikati mill-Onor. interpellant, il-MEDE jikkonferma li l-Kinder Class Support LSE fil-Kinder 2 fl-iskejjel tal-Istat se jkunu qegħdin jiġu implimentati skont il-Ftehim Settorali (2017). Fl-iskejjel tal-Knisja din is-sistema se tiġi implimentata wkoll skont il-Ftehim Settorali (2017) u se tiġi diskussa mal-uffiċjali għolja tagħhom fil-ġranet li ġejjin.
Leg 13 PQ #15699 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15035 u ċjoè: Kemm ilu li ġie fdat bid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid min kienu dawk il-konsulenti kollha mingħajr ebda esklużjoni inkluż il-konsulenti kollha li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru tiegħu inkluż is-Segretarju Parlamentari, is-Segretarju Permananeti, id-direttorati u l-bordijiet, kunsilli u awtoritajiet, li spiċċaw mill-kariga u min kienu dawk li bdew, kemm ilu Ministru hu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #15700 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Bordijiet - lista ta' persuni appuntati

Question

JIsta' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15036 u 14864 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li huma appuntati fuq diversi bordijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħu kif ukoll jgħid xi kwalifiki għandhom għal dik il-kariga u x’remunerazzjoni qed jieħu għal dik il-kariga kull wieħed u waħda minnhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #15701 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15037 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u min serva fihom sena b’sena u bord b’bord mill-2013 lil hawn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli lokali – permessi

Question

JIsta' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15392 u jgħid mil-liema awtoritajiet iridu jġibu permess il-kunsilli lokali, qabel ma ħadet kollox f’idejha Infrastructure Malta, biex jagħmlu resurfacing, bini mill-ġdid ta’ toroq jew pavimentar ta’ tisbiħ fit-toroq u l-pjazez tal-lokalitajiet? X’tip ta’ requirements ta’ saħħa u sigurtà jintalbu l-kunsilli qabel jagħmlu xogħol simili? X’tip ta’ standards kienu jintalbu l-kunsilli dwar miżuri fuq grip u kontra l-iskidjar? X’tip ta’ spezzjonijiet u ċertifikazzjoni kienu jsiru u minn min?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex it-toroq u l-pjazez jinżammu fi stat tajjeb, il-Kunsilli Lokali huma mitluba sabiex japplikaw għall-permess RWP (Road Works Permit) ma’ Transport Malta għal kwalunkwe xogħlijiet. Dan bl-eċċezzjoni ta’ rikostruzzjoni ta’ toroq li huma esklużi mir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali, kif ukoll toroq oħra li r-responsabbiltà fir-rigward tagħhom huma vestiti f’Infrastruttura Malta skont l-Artiklu 33 (1)(a) tal-Att dwar Gvern Lokali (KAP 363). Ir-rekwiżiti ta’ saħħa u sigurtà relatati ma’ xogħlijiet fit-toroq kif mitluba mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta jinkludu, imma mhux limitati għal: 1. Reġistrazzjoni ma’ Transport Malta ghal kull kuntrattur imqabbad mill-Kunsill Lokali sabiex jesegwixxu kull tip ta’ xogħlijiet fit-toroq. Il-kuntratturi u l-Kunsill Lokali li jkun qiegħed jikkummisjona ix-xogħlijiet, għandhom jimxu mal-kodiċi tal-prattika li jinħarġu mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta, fosthom l-iStandard Traffic Management Plans (STMPs). 2. Harsien tar-rekwiżiti u miżuri dwar il-kwalità tax-xogħlijiet u konformità mal-ispeċifikazzjoni għal xogħlijiet fit-toroq (inklużi rigward fatturi relatati ma’ anti-skid). Dawn huma miġbura taħt il-Volumi 1 sa 7 kif imsemmija f’Regolament 5 tal-Legisżlazzjoni Sussidjarja 499.57. 3. Spezzjonijiet dwar saħħa u sigurta minn uffiċjali ta’ Transport Malta, kif ukoll ir-responsabbilità tal-kuntratttur u l-kummisjonant tax-xogħlijiet sabiex jinżammu l-għola livelli ta’ sigurta waqt ix-xogħlijiet. 4. Obbligu mill-kuntrattur u l-kummisjonanta tax-xogħolijiet li jigi pprezentat rapport ta’ konformita’ lill-Awtorita’ tas-Sahha wara li jitlestew ix-xoghlijiet. Dan jinkludi wkoll ċertifikazzjoni ta’ konformità mill-perit responsabbli tal-proġett.
Leg 13 PQ #15703 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Kinder 1 – Class Support

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15434 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14925 u 15170, jista’ l-Ministru jikkonferma hux minnu li f’April li għadda ħarġu struzzjonijiet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex is-sistema tal-Class Support li ġiet introdotta fil-Kindergarten 1 tiġi xolta? Jekk dan huwa minnu x’kien il-ħsieb wara dawn l-istruzzjonijiet? Peress li dan kien parti mill-ftehim kollettiv jista’ jgħid jekk kienx hemm ftehim mal-union dwar dan? Jekk dan mhux minnu, jista’ jgħid jekk il-capacity building sarx u jekk l-LSE Class Support hux se jkun kif stipulat fil-Ftehim Settorali?

Response (BONNICI, OWEN)

Le mhux minnu. Nista' nikkonferma li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jitkellem il-ħin kollu mal-MUT.
Leg 13 PQ #15704 Sitting 353 2020-07-07 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti assenti fit-tagħlim li qed jingħata online

Question

JIsta' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15439 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14254, jista’ l-Ministru jippubblika statistika, ta’ kemm studenti kienu assenti fit-tagħlim li qed jingħata online f’xi forma jew oħra, li kien informa lil din il-Kamra li qed tinġabar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont survey li sar bejn is-6 u t-13 ta’ Mejju, 2020 mid-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali li għalih wieġbu 1910 edukatur, 63% tal-edukaturi qalu li l-maġġoranza tal-istudenti tagħhom kienu qed jipparteċipaw fit-tagħlim online. Dan is-survey sar kif maqbul mill-Working Group li twaqqaf speċifikament fuq it-tagħlim online u l-kurrikulu. Sommarju ta’ uħud mill-punti li ħarġu mis-survey qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta u Għawdex — każijiet ta' serq b'armi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 857 u jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq b’armi li kienu rrapportati madwar Malta u Għawdex xahar b’xahar mill-2013 sal-lum? X’tip ta’ serq ġie rrapportat? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant u ċjoè mis-sena 2013 sa Ġunju 2020 in-numru ta’ każijiet ta’ serq b’armi, irreġistrati mal-Pulizja taħt il-kategorija ta’ armed robbery, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dan jinkludi serq minn residenzi, lokalitajiet ta’ negozji ta’ diversi tipi, banek tal-lottu u kjoskijiet, restoranti, take away, spiżeriji u hotels fost oħrajn. L-ammont ta’ każi solvuti għal kull sena huwa mniżżel fit-tarf ta’ kull tabella u dawn il-każi mhux neċessarjament ġew solvuti fis-sena meta sar ir-reat. Każ i ta’ serq b’armi (armed robbery) rreġistrati mal-Pulizija Xahar 2013 każ i 2013 solvuti 2014 ka ż i 2014 solvuti 2015 każ i 2015 solvuti 2016 każ i 2016 solvuti 2017 ka żi 2017 solvuti 2018 każ i 2018 solvuti 2019 każ i 2019 solvuti 2020* każ i 2020* solvuti Jannar 4 5 2 3 3 0 6 11 Frar 2 1 2 5 7 2 1 2 Marzu 2 0 9 2 3 0 0 2 April 2 1 4 1 1 2 3 6 Mejju 3 2 3 3 1 1 1 0 Ġunju 1 2 2 2 0 2 0 0 Lulju 1 2 3 0 1 4 3 - Awwissu 4 2 4 1 5 4 1 - Settembru 1 1 2 1 2 2 2 - Ottubru 2 0 0 1 7 4 1 - Novembru 0 1 4 5 2 2 3 - Diċembru 4 3 3 1 2 3 7 - 26 10 20 9 38 12 25 10 34 19 26 16 28 13 21 14 *Sa Ġunju
Leg 13 PQ #15694 Sitting 352 2020-07-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Visa lil studenti barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11461 u jgħid kemm-il student barrani nħarġitlu visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta? Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont sena b’sena għall-aħħar 10 snin u istituzzjoni edukattiva b’istituzzjoni? Mil-liema pajjiż ġew dawn l-istudenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #15695 Sitting 352 2020-07-06 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Visa lil studenti — spot checks

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11462 u jgħid kemm-il spot check saret f’istituzzjonijiet edukattivi biex jiġi assigurat li kull student li ngħata visa biex jistudja f’Malta fil-fatt beda u baqa’ jsegwi l-kors edukattiv li applika għalih? X’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispot checks? Kemm studenti fil-fatt ingħataw visa u qatt ma bdew jew spiċċaw il-kors li ngħataw il-visa għalih?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.