Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-proġett ta’ tisbiħ li qed isir fil-Wied ta’ Ħal Qormi hux proġettat li se jintilef parking wara li jitlesta x-xogħol? Għal kemm spazji ta’ karozzi jammonta t-tnaqqis ta’ parking? Il-Kunsill Lokali Qormi kien informat dwar dan? Jista’ jgħid jekk sarx ukoll koordinament ma’ ministeri oħra biex tissolva l-problema tad-drenaġġ ifur li tinqala’ minn żmien għal żmien mill-istess inħawi b’inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux ser jkun hemm tnaqqis ta’ parking wara li jitlesta x-xogħol, ser ikun hemm biss ċaqliq ta’ xi parking fl-istess sit. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ġie ppreżentat bil-proposta u anke ġew mibgħuta l-pjanti approvati. Saru ukoll diskussjonijiet mal-kunsill dwar il- manutenzjoni ta’ dan il- proġett sabiex anke la jkun tlesta x-xogħol, nassiguraw li jibqa’ fi stat tajjeb għall-użu tar-residenti. L-iskop ta’ dan il-proġett huwa wieħed ta’ tħaddir permezz ta’ tisqiefa tal-wied. Is-servizzi u l-funzjonijiet tal-Wied mhumiex ser ikunu qed jintmessu.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se tissolva l-problema tad-drenaġġ ifur li tinqala’ minn żmien għal żmien fl-inħawi tal-Wied ta’ Ħal Qormi b’inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejt il-każ lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex it-tekniċi tagħha jinvestigaw u jieħdu l-passi neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid x'lezzjonijiet qiegħed jingħataw tfal li qegħdin kwarantina meta l-maġġoranza tat-tfal ikunu qegħdin l-iskola? Jista’ jgħid kemm hemm tfal li mhux jieħdu lezzjonijiet u għalxiex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li t-tfal li qegħdin kwarantina meta l-maġġoranza tat-tfal ikunu l-iskola jistgħu jagħmlu użu mill-pjattaforma diġitali fejn ikollhom aċċess għall-materjal fejn provdut mill-għalliema tagħhom. In-numru ta’ tfal li ma jeħdux lezzjonijiet ivarja minn ġurnata għal oħra minħabba assenzi mill-iskola għal raġunijiet varji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hawn studenti li għadhom ma ħadux l-istipendju f’din is-sena akkademika li bdiet f’Ottubru 2021? Jista’ jagħti n-numru ta’ studenti, maqsuma istituzzjoni b’istituzzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li mill-applikazzjonijiet li t-Taqsima tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti rċeviet bejn l-ewwel ta’ Ottubru 2021 u t-18 ta’ Jannar 2022, 92% tal-applikanti eliġibbli diġa’ qegħdin jirċievu l-ħlas tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, inkluż il-ħlas tal-istipendju dovut lilhom.
Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar u talbu li jibqgħu fis-servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema fl-aħħar 3 snin li laħqu l-età tal-irtirar u talbu li jibqgħu fis-servizz?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninsab infurmat li fl-2019 kien hemm sitt talbiet sabiex għalliema jibqgħu jaħdmu wara d-data tal-irtirar, fl-2020 kien hemm tlettax-il talba, filwaqt li fl-2021 kien hemm tnax-il talba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tfal ma rċevewx lezzjonijiet l-iskola minn Jannar lil hawn minħabba l-pandemija? Kemm minnhom kienu klassijiet sħaħ? F’liema skejjel kienu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Lezzjonijiet online — Għalliema qegġdin fil-perjodu ta’ tqala –
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li għalliema li qegħdin fil-perjodu ta’ tqala u li għandom rakkomandazzjoni mit-tobba tagħhom biex ma jesponux ruħhom għall-riskji għaliex huma meqjusa vulnerabbli, jitħallew jagħlmu online mid-dar sabiex it-tfal ma jitilfux lezzjonijiet importanti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru jimxi mal-pariri maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika f’dan ir-rigward u kull każ ikun evalwat għalih.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ konsulenzi (entitajiet jew individwi), b’contract of service jew contract for service, b’sejħa jew mingħajrha, position of trust jew mhix, li qiegħed joffru servizz lill-Ministeru inkluż lill-Ministru dirett, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 23657, jista l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Grading and Salary Structure tal-Istitut tal-Istudji Turistici, li l-Ministru qed jirreferi għalih?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
B'referenza għat-tweġiba 23657 u l-mistoqsija sussegwenti tiegħu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tabella segwenti:
Grade
Nomenclature
Salary Scale 2020 - 2022
Grade 1
Chief Executive Officer
€51,506
Grade 2
Director
€36,000 - €44,400
- Director of Studies
- Chief Operations Officer
Grade 3
Senior Manager
€34,000 - €41,300
Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi statistika dwar l-ifran tista’ tiġi provduta mill-Business Register permezz tal-klassifikazzjoni NACE. Il-kodiċi relatat huwa 10.71 – Manifattura ta’ ħobz, prodotti bl-għaġina u kejkijiet.
Pero’ din il-klassifikazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti, jiġifieri statistika tista’ tkun provduta għal dawn il-prodotti b’mod aggregat.
Fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw? F’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi statistika dwar l-ifran tista’ tiġi provduta mill-Business Register permezz tal-klassifikazzjoni NACE. Il-kodiċi relatat huwa 10.71 – Manifattura ta’ ħobz, prodotti bl-għaġina u kejkijiet.
Pero’ din il-klassifikazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti, jiġifieri statistika tista’ tkun provduta għal dawn il-prodotti b’mod aggregat.
Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Tista’ tgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Tista’ tikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw? Tista' tgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Tista’ tikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ sussidji jingħataw il-fran li jaħmu ħobż tal-Malti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fran jistgħu jikkwalifikaw taħt numru ta’ skemi li toffri l-Malta Enterprise. Dawn l-iskemi ta’ assistenza jistgħu jiġu użati skont kif ikun reġistrat in-negozju u skont l-investiment li jsir, inkluż it-tip ta’ negozju msemmi.
Institute for Education – studenti li gradwaw bħala għalliema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti ggradwaw bħala għalliema mill-Institute for Education? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti li qed isegwu dawn il-korsijiet bħalissa? Kemm iggradwaw kandidati oħra f'suġġetti oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ggradwaw 83 parteċipant f’livell MQF 7 (Master, Postgraduate Diploma, Postgraduate Certificate) u persuna oħra ggradwat f'livell 6. Il-gradwati f’livell MQF 7 kienu kif se nsemmi:-
Master of Education MQF Level 7: 20 gradwat
11 Primary Education
3 Physical Education
3 Humanities
3 Hospitality
Postgraduate Diploma in Education MQF Level 7: 21 gradwat
9 Primary Education
6 Humanities
2 Sciences
2 Religious Studies
1 Agribusiness
1 Physical Education
Postgraduate Certificate in Education (Primary Education) MQF Level 7: 42 gradwat
F'suġġetti oħra ggradwaw 58.
Bħalissa hemm 259 li qed isegwu kors ta’ kwalifika biex isiru għalliema regolari.
Università ta’ Malta – Fakultà tal-Edukazzjoni – studenti li gradwaw bħala għalliema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm iggradwaw studenti bħala għalliema mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti jsegwu dawn il-korsijiet bħalissa? Kemm iggradwaw kandidati oħra f'suġġetti oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
MCAST – studenti li gradwaw fil-qasam relatat mat-tagħlim
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti bħala edukaturi jew xi qasam relatat mat-tagħlim mill-MCAST? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti jsegwu dawn il-korsijiet bħalissa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
ITS – ftehimiet ma’ entitajiet/kumpaniji fil-qasam edukattiv Maltin u internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ftehimiet li għandu l-ITS ma' entitajiet/kumpaniji Maltin u internazzjonali fil-qasam edukattiv? Jista’ jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korsijiet offruti ma' dawn l-entitajiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Din hija l-lista tal-ftehimiet li għandu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-qasam edukattiv:
Partner
Course
Haaga-Helia University of Applied Sciences
Bachelor in International Hospitality Management (Hons)
Institut Paul Bocuse
Bachelor in Culinary Arts (Hons)
DAN Europe
Bachelor of Science in Diving Safety Management
Malta Developers Association
Real Estate Agents Courses
Emirates Academy of Hospitality Management
Masters in Business Administration in International Hospitality Management
SUNx
Diploma in Climate Friendly Travel
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tas-senior management tal-ITS u jgħid x'salarju u perkaċċi għandu kull wieħed minnhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Senior Management fi ħdan l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jikkonsisti minn:
Kariga
Grade
CEO
1
Chief Operating Officer x 2
2
Senior Manager x 4
3
Is-salarji u l-perkaċċi – li jinkludu
all inclusive car allowance
,
expense allowance
u
communication allowance
(mobile u spejjez ta’ telekomunikazzjoni) – huma skont il-
Grading and Salary Structure
tal-Istitut.