Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi – proġett ta’ tisbiħ fil-Wied

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-proġett ta’ tisbiħ li qed isir fil-Wied ta’ Ħal Qormi hux proġettat li se jintilef parking wara li jitlesta x-xogħol? Għal kemm spazji ta’ karozzi jammonta t-tnaqqis ta’ parking? Il-Kunsill Lokali Qormi kien informat dwar dan? Jista’ jgħid jekk sarx ukoll koordinament ma’ ministeri oħra biex tissolva l-problema tad-drenaġġ ifur li tinqala’ minn żmien għal żmien mill-istess inħawi b’inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux ser jkun hemm tnaqqis ta’ parking wara li jitlesta x-xogħol, ser ikun hemm biss ċaqliq ta’ xi parking fl-istess sit. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ġie ppreżentat bil-proposta u anke ġew mibgħuta l-pjanti approvati. Saru ukoll diskussjonijiet mal-kunsill dwar il- manutenzjoni ta’ dan il- proġett sabiex anke la jkun tlesta x-xogħol, nassiguraw li jibqa’ fi stat tajjeb għall-użu tar-residenti. L-iskop ta’ dan il-proġett huwa wieħed ta’ tħaddir permezz ta’ tisqiefa tal-wied. Is-servizzi u l-funzjonijiet tal-Wied mhumiex ser ikunu qed jintmessu.

Wied ta’ Ħal Qormi – fawran ta’ drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se tissolva l-problema tad-drenaġġ ifur li tinqala’ minn żmien għal żmien fl-inħawi tal-Wied ta’ Ħal Qormi b’inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejt il-każ lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex it-tekniċi tagħha jinvestigaw u jieħdu l-passi neċessarji.
Leg 13 PQ #24275 Sitting 540 2022-01-27 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Tfal li qegħdin kwarantina – lezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'lezzjonijiet qiegħed jingħataw tfal li qegħdin kwarantina meta l-maġġoranza tat-tfal ikunu qegħdin l-iskola? Jista’ jgħid kemm hemm tfal li mhux jieħdu lezzjonijiet u għalxiex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li t-tfal li qegħdin kwarantina meta l-maġġoranza tat-tfal ikunu l-iskola jistgħu jagħmlu użu mill-pjattaforma diġitali fejn ikollhom aċċess għall-materjal fejn provdut mill-għalliema tagħhom. In-numru ta’ tfal li ma jeħdux lezzjonijiet ivarja minn ġurnata għal oħra minħabba assenzi mill-iskola għal raġunijiet varji.
Leg 13 PQ #24160 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Studenti li ma ħadux l-istipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hawn studenti li għadhom ma ħadux l-istipendju f’din is-sena akkademika li bdiet f’Ottubru 2021? Jista’ jagħti n-numru ta’ studenti, maqsuma istituzzjoni b’istituzzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li mill-applikazzjonijiet li t-Taqsima tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti rċeviet bejn l-ewwel ta’ Ottubru 2021 u t-18 ta’ Jannar 2022, 92% tal-applikanti eliġibbli diġa’ qegħdin jirċievu l-ħlas tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, inkluż il-ħlas tal-istipendju dovut lilhom.
Leg 13 PQ #24161 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Għalliema li laħqu l-età tal-irtirar u talbu li jibqgħu fis-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema fl-aħħar 3 snin li laħqu l-età tal-irtirar u talbu li jibqgħu fis-servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li fl-2019 kien hemm sitt talbiet sabiex għalliema jibqgħu jaħdmu wara d-data tal-irtirar, fl-2020 kien hemm tlettax-il talba, filwaqt li fl-2021 kien hemm tnax-il talba.
Leg 13 PQ #24162 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Pandemija -lezzjonijiet mhux fl-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tfal ma rċevewx lezzjonijiet l-iskola minn Jannar lil hawn minħabba l-pandemija? Kemm minnhom kienu klassijiet sħaħ? F’liema skejjel kienu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #24188 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Lezzjonijiet online — Għalliema qegġdin fil-perjodu ta’ tqala –

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li għalliema li qegħdin fil-perjodu ta’ tqala u li għandom rakkomandazzjoni mit-tobba tagħhom biex ma jesponux ruħhom għall-riskji għaliex huma meqjusa vulnerabbli, jitħallew jagħlmu online mid-dar sabiex it-tfal ma jitilfux lezzjonijiet importanti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru jimxi mal-pariri maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika f’dan ir-rigward u kull każ ikun evalwat għalih.
Leg 13 PQ #24189 Sitting 537 2022-01-24 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ konsulenzi (entitajiet jew individwi), b’contract of service jew contract for service, b’sejħa jew mingħajrha, position of trust jew mhix, li qiegħed joffru servizz lill-Ministeru inkluż lill-Ministru dirett, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

ITS – Senior Management – salarju u perkaċċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 23657, jista l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Grading and Salary Structure tal-Istitut tal-Istudji Turistici, li l-Ministru qed jirreferi għalih?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

B'referenza għat-tweġiba 23657 u l-mistoqsija sussegwenti tiegħu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tabella segwenti: Grade Nomenclature Salary Scale 2020 - 2022 Grade 1 Chief Executive Officer €51,506 Grade 2 Director €36,000 - €44,400 - Director of Studies - Chief Operations Officer Grade 3 Senior Manager €34,000 - €41,300
Leg 13 PQ #23772 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi statistika dwar l-ifran tista’ tiġi provduta mill-Business Register permezz tal-klassifikazzjoni NACE. Il-kodiċi relatat huwa 10.71 – Manifattura ta’ ħobz, prodotti bl-għaġina u kejkijiet. Pero’ din il-klassifikazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti, jiġifieri statistika tista’ tkun provduta għal dawn il-prodotti b’mod aggregat.
Leg 13 PQ #23773 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw? F’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Jista’ jikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi statistika dwar l-ifran tista’ tiġi provduta mill-Business Register permezz tal-klassifikazzjoni NACE. Il-kodiċi relatat huwa 10.71 – Manifattura ta’ ħobz, prodotti bl-għaġina u kejkijiet. Pero’ din il-klassifikazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti, jiġifieri statistika tista’ tkun provduta għal dawn il-prodotti b’mod aggregat.
Leg 13 PQ #23774 Sitting 531 2022-01-10 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Fran li jaħmu ħobż tal-Malti — sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sussidji jingħataw il-fran li jaħmu ħobż tal-Malti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn fran tal-ħobż Malti li għadhom reġistrati u joperaw? Tista’ tgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Tista’ tikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn fran tal-qagħaq, galletti u ħelu ieħor reġistrati u joperaw? Tista' tgħid f’liema lokalitajiet qegħdin dawn il-fran? Tista’ tikkompara dan in-numru mal-aħħar 20 sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Fran li jaħmu ħobż tal-Malti — sussidji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ sussidji jingħataw il-fran li jaħmu ħobż tal-Malti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fran jistgħu jikkwalifikaw taħt numru ta’ skemi li toffri l-Malta Enterprise. Dawn l-iskemi ta’ assistenza jistgħu jiġu użati skont kif ikun reġistrat in-negozju u skont l-investiment li jsir, inkluż it-tip ta’ negozju msemmi.
Leg 13 PQ #23653 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Institute for Education – studenti li gradwaw bħala għalliema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti ggradwaw bħala għalliema mill-Institute for Education? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti li qed isegwu dawn il-korsijiet bħalissa? Kemm iggradwaw kandidati oħra f'suġġetti oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ggradwaw 83 parteċipant f’livell MQF 7 (Master, Postgraduate Diploma, Postgraduate Certificate) u persuna oħra ggradwat f'livell 6. Il-gradwati f’livell MQF 7 kienu kif se nsemmi:- Master of Education MQF Level 7: 20 gradwat 11 Primary Education 3 Physical Education 3 Humanities 3 Hospitality Postgraduate Diploma in Education MQF Level 7: 21 gradwat 9 Primary Education 6 Humanities 2 Sciences 2 Religious Studies 1 Agribusiness 1 Physical Education Postgraduate Certificate in Education (Primary Education) MQF Level 7: 42 gradwat F'suġġetti oħra ggradwaw 58. Bħalissa hemm 259 li qed isegwu kors ta’ kwalifika biex isiru għalliema regolari.
Leg 13 PQ #23654 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Università ta’ Malta – Fakultà tal-Edukazzjoni – studenti li gradwaw bħala għalliema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm iggradwaw studenti bħala għalliema mill-Fakultà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti jsegwu dawn il-korsijiet bħalissa? Kemm iggradwaw kandidati oħra f'suġġetti oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
Leg 13 PQ #23655 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – studenti li gradwaw fil-qasam relatat mat-tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti bħala edukaturi jew xi qasam relatat mat-tagħlim mill-MCAST? F'liema suġġetti u livelli ggradwaw? Kemm hemm studenti jsegwu dawn il-korsijiet bħalissa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.

ITS – ftehimiet ma’ entitajiet/kumpaniji fil-qasam edukattiv Maltin u internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ftehimiet li għandu l-ITS ma' entitajiet/kumpaniji Maltin u internazzjonali fil-qasam edukattiv? Jista’ jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korsijiet offruti ma' dawn l-entitajiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Din hija l-lista tal-ftehimiet li għandu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-qasam edukattiv: Partner Course Haaga-Helia University of Applied Sciences Bachelor in International Hospitality Management (Hons) Institut Paul Bocuse Bachelor in Culinary Arts (Hons) DAN Europe Bachelor of Science in Diving Safety Management Malta Developers Association Real Estate Agents Courses Emirates Academy of Hospitality Management Masters in Business Administration in International Hospitality Management SUNx Diploma in Climate Friendly Travel

ITS – Senior Management – salarju u perkaċċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tas-senior management tal-ITS u jgħid x'salarju u perkaċċi għandu kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Senior Management fi ħdan l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jikkonsisti minn: Kariga Grade CEO 1 Chief Operating Officer x 2 2 Senior Manager x 4 3 Is-salarji u l-perkaċċi – li jinkludu all inclusive car allowance , expense allowance u communication allowance (mobile u spejjez ta’ telekomunikazzjoni) – huma skont il- Grading and Salary Structure tal-Istitut.