Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet li hemm bżonn fi Triq W Lassel, fil-Mellieħa peress li wara li sar intervent f’din it-triq mill-kuntrattur imqabbad mill-Enemalta, din it-triq ma reġgħetx ġiet re-instated għall-mod ta’ kif kienet qabel u sar xogħol inferjuri?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodi imsemmija ingħataw 6 direct orders kollha għall-iStock Exchange bħala konsulenzi mill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament
Ministeru għall-Turiżmu – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna/id-ditta msemmija ingħatat xogħol relatat ma’ servizzi legali b’direct order hekk kif ġej:
Mediterranean Conference Centre
3 direct orders bejn l-2006 u 2012
Malta Air Traffic Services
8 direct orders bejn l-2006 u 2013
Malta Tourism Authority
6 direct orders bejn l-2009 u 2013
Air Malta
Retainer fee
fis-sena bejn l-2000 u 2013
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol legali u lanqas intalbet konsulenza mill-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ingħata 41 direct order fiż-żmien indikat.
Ministeru għall-Ambjent. Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi l-Wasteserv użat is-servizz ta’ konsulenza ad hoc darba u l-ispejjeż ammontaw għal total ta’ €150.00 (VAT eskluż).
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru kif ukoll l-entita’ li taqa’ taħtu ma tawx xogħlijiet legali jew konsulenzi lill-individwu jew id-ditta legali li qed tirreferi għaliha il-Mistoqsija Parlamentari.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ġejt nfurmat li bejn Marzu 2008 u Frar 2013, l-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, kien ingħata żewġ direct orders minn żewġ entitajiet fid-dekasteru tiegħi li kienu l-Malta Gaming Authority u l-MITA.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol legali jew konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament ingħata għaxar direct orders mill-Malta Enterprise fuq il-perjodu indikat, għal servizzi legali skont il-ħtieġa.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi:
Jobsplus
L-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament u d-ditta legali tiegħu ngħataw żewġ direct orders għal konsulenzi. Kien hemm ukoll ħatra diretta ta’ Segretarju ta’ Bord. L-istess individwu ta servizzi legali f’erba’ snin konsekuttivi iżda m’hemmx informazzjoni disponibbli dwar jekk dawn is-servizzi legali ngħatawx b’tender jew direct order.
SportMalta
Kien hemm direct order waħda għal servizzi legali mill-individwu kkonċernat.
Foundation for Educational Services (FES)
Kien hemm żewġ direct orders għal servizzi legali mill-individwu kkonċernat.
Foundation for Tomorrow’s Schools (FTS)
Id-ditta legali ngħatat kuntratt għal servizzi legali. Dan il-kuntratt ingħata wara sejħa (expression of interest) fil-ġurnali lokali.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ngħatat 4 direct orders għal xogħol legali u konsulenzi mill-Entitajiet li jaqgħu taħti.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – konsulenzi minn individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-persuna konċernata tqabbdet f’żewġ istanzi mill-MCESD (f’Lulju 2010 u f’Jannar 2013) permezz ta’ direct order. Il-persuna konċernta kienet mqabbda biex tagħmel xogħol legali marbut mal-operat ta’ din l-entità.
Żona tal-Kottonera, Ftuħ tal-Università Amerikana u l-proġett ta’ Smart City – mitigazzjoni tal-problemi tat-traffiku
Question
B’liema mod il-Ministru se jkun qiegħed jimmitiga l-problemi tat-traffiku li mistennija jiżdiedu fin-nofsinhar ta’ Malta fid-dawl tal-proġetti li se jsiru fiż-żona tal-Kottonera, fosthom il-ftuħ tal-Università Amerikana u l-proġett ta’ Smart City?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin isiru diversi nterventi speċjalment madwar skejjel w istituzzjonijiet oħra biex jippermettu b’mod aħjar l-andament tat-traffiku. Qegħdin ukoll jiġu studjati spazji fejn min jieqaf biex jagħti servizz inkluż ġarr ta’ studenti, jagħmel dan mingħajr ma jostakola toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid x’effett kellhom il-miżuri ġodda fil-qasam soċjali li ġew introdotti matul l-erba’ snin li għaddew? Jista’ jgħid x’impatt kien hemm fil-ġlieda kontra l-faqar, grazzi għal dawn il-miżuri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’huwiex faċli li wieħed jgħid x’effett kellhom il-miżuri soċjali ġodda imħabbra fl-aħħar snin. Dan għaliex l-effett tagħhom jista’ jinħass kemm fl-immedjat u kemm fit-tul ta’ żmien. Ċertament illi grazzi għat-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fl-impjiegi, bla preċedent u grazzi għal diversi miżuri li ddaħħlu, il-gvern irnexxielu jinċentiva x-xogħol u jnaqqas id-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali waqt illi b’miżuri oħra ta’ sostenn finanzjarju u in-kind lill-faxex wiesa’ u diversi, tas-soċjeta` bħall-pensjonanti u anzjani, familji bi tfal, persuni b’diżabilta`, persuni barra mid-dinja tax-xogħol jew persuni li jaħdmu imma b’pagi baxxi, persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, persuni morda u persuni oħra vulnerabbli. Dan wassal biex il-poplu b’mod inġenerali qed jesperjenza kwalita` ta’ ħajja aħjar, żdiedu il-flus fil-but, it-tqassim tal-ġid qed jasal fil-faxex ta’ isfel ukoll u bla dubju naqas il-faqar.
Servizzi għal Pazjenti Maltin u Għawdxin mingħajr ħlas
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizzi tas-saħħa għal pazjenti Maltin u Għawdxin hux se jibqgħu mingħajr ħlas? Jekk le, jista’ jsemmi liema?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sakemm il-Gvern ta’ Malta jkun immexxi minn Gvern Laburista is-servizzi tas-saħħa kienu u ser jibqgħu jingħataw bla ħlas.
Persuni li applikaw biex ikunu donaturi tal-organi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna applikat biex tkun donatur tal-organi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-bidu t' Ottubru kien hemm 'il fuq minn 9,500 persuna li applikat sabiex tkun tista’ tkun donatur tal-organi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna marret fl-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei biex tkun tista’ tieħu l-kura meħtieġa din is-sena? Kemm minn dawn inżammu għal kura fl-istess sptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Jannar sa Ġunju tal-2017 kien hemm 71,355 attendenza ġewwa d-dipartiment ta’ l-Emerġenza fl-isptar Mater Dei. Minn dawn, madwar 18,100 pazjent ġew ammessi fl-iswali tal-istess sptar sabiex ikunu jistaw jieħdu iżjed kura.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk matul l-2016 u l-2017 kienx hemm pazjenti fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei? X’miżuri ttieħdu biex dawn jitnaqqsu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Jannar sa l-aħħar t’ Awwissu tal-2017 ġew irreġistrati 48 każ ta’ pazjenti li ngħataw kura mhux ġo sala stabbilita. Nfakkru ukoll illi fis-sena 2012 taħt gvern preċenti n-numru ta’ pazjenti li ngħataw kura fil-kurituri ta' Mater Dei kien ta’ 8118.
Dan it-titjib sostanzjali kien possibli wara investimenti li saru fl-aħħar snin biex jiżdiedu s-sodod u faċilitajiet relatati, bħas-swali tal-
MAU
u l-
Hospitality Lounge
sabiex l-effiċjenza f’dan l-istess sptar tkompli tiżdied.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il mediċina kontra l-kanċer ġiet introdotta matul din is-sena? Għal-liema tip ta’ kanċer din tintuża u kemm hemm persuni li bbenefikaw minn din il-mediċina bla ħlas?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mil-2013 sal lum taħt Gvern Laburista ddaħħlu 14- il mediċina ġdida kontra l-marda tal-kanċer. Matul din is-sena ddaħħlu 8 mediċini ġodda fil-formularju tal-gvern u hemm mijiet ta’ pazjenti li diġa qed jibbenefikaw minn dawn il-mediċini bla ħlas. Uħud mill-mediċini l-ġodda qed jittrattaw il-kanċer fil-bużżieqa tal-urina, fid-demm, fl-għonq tal-utru u kif ukoll fil-prostita’. Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2012 taħt gvern preċidenti ma ddaħħlet l-ebda mediċina tal-kanċer ġdida fil-formularju tal-gvern. Din hi xhieda ta’ mpenn minn dan il-gvern lejn il-pazjenti tagħna kif ukoll il-familjari taghhom.
Nirrimarka illi din is-sena hija sena rekord għaliex hija l-iktar sena li ddaħħlu mediċini ġodda fil-formularju tal-gvern kontra l-marda tal-kanċer f’dawn l-aħħar 9 snin.