Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-Direttorat Strateġija u Sapport kif ukoll mill-entitajiet kollha fi ħdan il-Ministeru tiegħi, ħlief għal entità waħda li dwarha qed tingħata informazzjoni fil-paragrafu li jmiss, ma sarux ħlasijiet lill-persuna u/jew kumpanija li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
L-unika entità fi ħdan il-MEDE li għamlet ħlasijiet lill-persuna u/jew kumpanija msemmija mill-Onor. interpellant kienet il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kif ġej:
2016: Riklam għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb - direct order bi spiża ta' €885
2017: Riklam fuq facebook dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb - direct order bi spiża ta' €1,475
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġjar tal-Ilma – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Jista’ jaqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku xogħol li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwara qed jingħataw separatament kien mill-Aġenzija għal Enerġija u l-Ilma u kien għall-valur ta’ €1,209.50 (VAT eskluża). Dan ix-xogħol ingħata b’direct order nhar il-Ħamis 4 ta’ Jannar 2018 u kien jirrigwardja avviż dwar reklutaġġ.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – ħlasijiet lill-persuna u/jew il-kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-ħlasijiet li saru lill-persuna u/jew il-kumpanija, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet, kumpaniji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha mill-2013 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija? Tista’ tgħid jekk dawn ingħatawx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Tista’ taqsam il-ħlasijiet sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li n-nefqa lill-kumpanija kkonċernata matul il-perjodu msemmi kienet ta’ €2,924.04. Din in-nefqa kienet relatata mar-reklamar tal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea.
Awtoritajiet – linji gwida għall-cryptocurriencies u Initial Coin Offering
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi data partikolari meta l-awtoritajiet konċernati se jkunu qed joħorġu guidelines jew inkella regolamenti sabiex jiggwidaw u/jew jibdew jirregolaw il-cryptocurrencies u l-Initial Coin Offering?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninfurma lill-Onor. interpellant li fit-18 ta’ Jannar 2018 għalqet l-konsultazzjoni pubblika maħruġa mill-MFSA dwar ICO’s, Virtual Currencies u Service Providers. Fil-ġimgħat li ġejjin l-Gvern permezz tal-MFSA ser ikun qiegħed iħabbar aktar dettalji fuq kif ser ikun qiegħed jirregola dawn is-servizzi u prodotti.
Gainfully Occupied Population — Impjiegi fis-settur pubbliku u fis-settur privat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, skont id-data tal-Gainfully Occupied Population, kemm hu l-porzjon tal-impjiegi fis-settur pubbliku mit-total annwali mill-2008 s’issa? Bl-istess mod kemm hu l-porzjon tal-impjiegi fis-settur privat mill-2008 s’issa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Servizz ta’ Childcare Centre b’xejn – somma li nħarġet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qegħdin jibbenefikaw minn servizz ta’ Childcare Centre b’xejn? Kemm hi s-somma li nħarġet fuq dan is-servizz sena b’sena minn meta ġiet introdotta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iċ-ċifra tad-dejn li l-Gvern Laburista wiret minn amministrazzjoni Nazzjonalista f’Marzu 2013 u kemm kien l-imgħax dovut fuqha? X’inhi s-sitwazzjoni llum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħaddiema barranin li qed jikkontribwixxu lejn l-ekonomija Maltija
Question
Peress li hu fatt magħruf li llum f’pajjiżna hawn eluf ta’ ħaddiema barranin, jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li dawn il-ħaddiema barranin qegħdin jikkontribwixxu lejn l-ekonomija Maltija kull sena b’mod dirett f’taxxa ta’ dħul?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Enemalta biex familji li stallaw is-sistema tal-panelli fotovoltaiċi jiġu mqabbda mal-grid, jiġifieri jibdew jibbenefikaw mill-feed-in tariff scheme, fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ familji u negozji li qed jibbenefikaw minn sistemi ta’ pannelli fotovoltaiċi sabiex jikkonvertu l-enerġija sostenibbli mix-xemx f’enerġija elettrika qed jiżdied minn sena għal oħra. Fil-fatt, in-numru ta’ persuni li applikaw biex iqabbdu pannelli fotovoltaiċi mas-sistema tat-tqassim tal-elettriku nazzjonali (national grid) fl-ewwel għaxar xhur tas-sena laħaq l-2340, u diġa qabeż it-total tas-sena 2016 (2,311).
Minkejja din iż-żieda fl-applikazzjonijiet, fl-istess għaxar xhur il-Kumpanija Enemalta rnexxielha tnaqqas kważi bin-nofs (47 fil-mija) iż-żmien li fih jitwaħħal il-meter meħtieġ sabiex dawn il-familji u n-negozji jitħallsu għall-elettriku ġġenerat mis-sistemi fotovoltaiċi tagħhom, permezz tal-iskemi tal-feed-in-tarrif. Dan ifisser li meta japplikaw għal dan is-servizz, il-klijenti jkollhom il-meter imwaħħal f’medja ta’ għaxart ijiem.
91 fil-mija tal-applikazzjonijiet fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena saru minn familji għal sistemi fi djar residenzjali, waqt li -kumplament jinvolvu sistemi simili, iżda x’aktarx akbar, installati minn negozji u entitajiet oħra f’postijiet mhux residenzjali.
It-toal ta’ applikazzjonijiet ta’ sistemi fotovoltaiċi bejn l-2014 u din is-sena jilħaq 13,573, li jfisser 38 fil-mija aktar mill-istess figura fl-erba’ snin ta’ qabel.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi snin indikati ġew mogħttija żewgt (2) direct orders minn Transport Malta w erba’ (4) direct orders mill-Planning Authority għal servizzi ta’ konsulenza.
Ministeru għal Għawdex – konsulenzi minn individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fil-perjodu msemmi, ma kien hemm l-ebda xogħol jew konsulenzi legali mill-individwu msemmi jew mid-ditta legali tiegħu.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu – investiment fuq il-bajjiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-bajjiet li wara l-investiment li sar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu żdiditilhom l-aċċessibilità fihom? Kemm ammonta dan l-investiment u fiex sarraf?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li l-bajjiet li żdiditilhom l-aċċessiblità fihom huma dawn:
• Little Armier – rampi tal-injam
• Armier Bay – Tapit sintetiku
• Golden Sands – Tapit sintetiku u rampi tal-injam
• Ġnejna Bay – Rampi tal-injam
• Ta’ Fajtata M’Scala – Rampi tal-injam
• Pretty Bay B’Buġa – Tapit sintetiku.
Barra minn hekk, l-Awtorita’ tat-Turiżmu pprovdiet ukoll żewġ hoists fil-lokalitajiet tal-Għadira u tal-Fajtata f’M’Scala
.
B’kollox l-MTA investiet aktar minn €43,500.
Palazz tal-Marfa – Expression of Interest — proċess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-Expression of Interest dwar il-Palazz tal-Marfa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bħal issa qed issir valutazzjoni tal-proġett u proposti sottomessi sabiex jitressqu quddiem il-bord tal-Gvernaturi ta’ l-Awtorita ta’ l-Artijiet għall-approvazzjoni.