Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali ta’ San Ġwann – Tiswijiet fi Ġnien Karin Grech

Question

Jista' l-Ministru jindika x'xogħlijiet ta' tiswija saru mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann fi Ġnien Karin Grech sa minn Marzu 2013 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti wkoll l-ammonti ta' kemm swew dawn ix-xogħlijiet u jgħid jekk dawn l-ispejjeż tħallsux minn fondi ordinarji tal-Kunsill Lokali jew minn xi sors ieħor? Jekk ma sarux xogħlijiet ta' tiswija li kien hemm bżonn, jista' jindika fiex intefqu l-flus li suppost kienu indirizzati sabiex issir din it-tiswija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz ta’ ilma ġdid lill-bdiewa

Question

B’referenza għas-servizz ta’ ilma ġdid, magħruf aħjar bħala new water, li qed jiġi offrut lil diversi bdiewa, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm points li minnhom il-bdiewa jistgħu jaċċessaw dan l-ilma? Jista’ jpoġġi wkoll il-pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-points kollha li minnhom il-bdiewa jistgħu jaċċessaw l-ilma?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li preżentament hemm 7 punti minn fejn wieħed jista jimla l-ilma magħruf bħala New Water. Dawn il-punti jinsabu ġewwa d-Danish Village, Popeye Village u Triq il-Mellieħa ġewwa l-Mellieħa u 4 oħra f’ Triq il-Biedja fil-Manikata u Triq il-Ballut, Triq Għajn Tuffieħa u Triq L. Pisani ġewwa l-Mġarr.
Leg 13 PQ #5417 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Il-Palazz u l-lukanda ta’ Selmun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Palazz u l-lukanda ta’ Selmun? Jista’ jinforma lill-Kamra meta saru l-aħħar assessjar tal-istruttura tal-Palazz u x’inhu l-istat ta’ dan il-Palazz? Jekk hemm xi rapporti f’dan ir-rigward, nitlob lill-Ministru sabiex ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qegħdin jitħejjew il-pjani li hemm bżonn sabiex il-Palazz u l-lukanda ta’ Selmun jinħarġu għall-bejgħ. Il-proprjetà ndikata hija mgħassa kontinwament minn persuni tas-sigurtà. Isiru wkoll b’mod regolari spezzjonijiet tal-post minn persuni fil-Ministeru. Se tiġi kkummissjonata evalwazzjoni teknika dwar l-istat strutturali tal-Palazz.

Forti Campbell

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-Forti Campbell? Jista’ jgħid jekk qattx sar xi tip ta’ assessjar, u jekk qatt ma sar, allura jista’ jikkunsidra li jsir, mill-awtoritajiet konċernati sabiex jaraw liema strutturi m’għadx għandhom valur storiku jew arkitettoniku minħabba l-kundizzjoni strutturali li jinsabu fiha? Jekk hemm strutturi li jirriżulta li huma perikolużi, jista’ jara li jitneħħew minħabba l-periklu għal dawk li jżuru dan il-post u biex iż-żona tiġi rriġenerata? Jekk hemm xi rapporti f’dan ir-rigward, nitlob lill-Ministru sabiex ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet flimkien mal-Gvern hija konxja b’siti bħal dak imsemmi fil-mistoqsija parlamentari, li għandhom mhux biss valur storiku iżda potenzjal ekonomiku importanti u għaldaqstant minn żmien għal ieħor jittieħdu dawk id-deċizjonijiet meħtiega sabiex niżguraw li l-assi tal-poplu jingħataw l-attenzjoni meħtiega u l-użu ideali.

Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – traffic junction

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex tinbidel it-traffic junction li tinsab biswit il-proġett ta’ appartamenti li qed jinbnew bħalissa fi Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa, u li tgħaqqad Triq il-Mitħna l-Qadima ma’ Triq Lewis Wettinger u anke mat-triq magħrufa bħala Tal-Miżieb? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru: Jispjega x’inhu l-għan għall-bdil f’din il-junction? Ipoġġi l-pjanti ta’ din it-traffic junction fuq il-Mejda tal-Kamra? Jagħti timeline ta’ kif se tkun qed titwettaq din il-bidla? Jgħid kemm se tiġi tiswa din il-junction?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5153 fis-Seduta 103.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – pjanti tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti l-ġodda ta’ Triq Lewis Wettinger, jew kif inhi magħrufa aħjar il-bypass tal-Mellieħa? Jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol li se jkun qed isir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-pjanta l-ġdida mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra filwaqt li nista' nikkonferma li fid-disinn il-ġdid tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Louis Wettinger), din it-triq ewlenija mhux biss ser tibqa' b'erba' korsiji, tnejn f'kull direzzjoni, iżda ser tiġi attrezzat b'diversi miżuri li jnaqqsu r-riskji ta' aċċidenti, fosthom sistema ta' dwal biex ma jibqax imdallam, crash barriers ġodda fit-truf tat-triq u anke crash barriers fin-nofs, bejn il-karreġġjati f'direzzjonijiet opposti. Fl-istess waqt, ser titjieb ukoll il-konnessjoni bejn dan il-Bypass u t-triq tal-Miżieb, kif ukoll f'waħda mill-junctions li tgħaqqad uħud mit-toroq residenzjali mal-Bypass. Din il-ħidma, li ser tibda fil-ġimgħat li ġejjin, tfisser investiment ta' madwar €2 miljun, sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f'pajjiżna. B'hekk inkunu dawwarna sfida li kienet se twassal għal diffikultajiet għal dawk li jivvjaġġaw minn dawn l-inħawi, għal opportunità sabiex ikollna triq ewlenija oħra mibnija mill-ġdid b'aktar kwalità, effiċjenza u sigurtà. Il-pjanijiet għad-disinn mill-ġdid tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Louis Wettinger), imfassla snin ilu, kienu jinkludu l-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, triq residenzjali eżistenti li bħalissa ma tinfidx, sabiex tingħaqad ma’ triq residenzjali oħra, Triq il-Mitħna l-Qadima, u ssir aktar aċċessibbli. L-art bejn dawn iż-żewġ toroq, fejn qabel kien hemm żewġ barrieri, hija żona tal-iżvilupp għall-bini residenzjali. Din l-art tinkludi wkoll is-sit fejn bħalissa qed jinbnew l-appartamenti. Dawn il-pjanijiet oriġinali kienu jinkludu wkoll it-tneħħija ta’ waħda mill-erba’ korsiji tal-Bypass bħala miżura ta’ sigurtà. Dan it-tnaqqis ma kienx marbut mal-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi iżda ma limitazzjonijiet tekniċi f’parti oħra tal-istess Bypass. Fil-fatt, partijiet oħra ta’ dan il-Bypass kif ukoll partijiet oħra tar-rotta bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa, diġa ġew imċekkna għal tliet jew żewġ korsiji minn amministrazzjonijiet preċedenti, meta nbnew mill-ġdid bħala parti minn proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. It-triq residenzjali li bħalissa qed tinbena mill-iżviluppatur tal-appartamenti fis-sit fejn qabel kien hemm waħda mill-barrieri m’hijiex triq privata iżda triq residenzjali pubblika li tifforma parti mill-estensjoni ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi. Meta ngħata l-permessi għall-iżvilupp tal-appartamenti, l-iżviluppatur intalab ukoll jifforma l-parti ta’ din it-triq residenzjali li tmiss mal-bini tiegħu. Il-kumplament tat-triq, sal-parti eżistenti ta’ Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, ser tinbena meta l-artijiet ta’ maġenbha jiġu żviluppati mis-sidien tagħhom. Ftit tal-ġimgħat ilu, tlabt lil Transport Malta tqis mill-ġdid il-pjanti oriġinali għall-bini mill-ġdid tal-Bypass, bl-għan li t-triq tibqa’ b’erba’ korsiji. Fil-fatt, wara li l-pjanti tat-triq ġew riveduti, il-periti tal-Awtorità kkonfermaw li l-Bypass tista’ tiġi mtejba sabiex ikollha diversi miżuri ta’ sigurtà mingħajr ma tidjieq għal tliet korsiji. Il-pjanti tekniċi ta’ dan it-tibdil ġew ippreżentati lill-Kunsill Lokali Mellieħa waqt laqgħa li għaliha stidint il-kunsillieri lokali kollha ta' din il-lokalità fil-jiem i għaddew.
Leg 13 PQ #5284 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Opri tal-arti — nefqa

Question

Tista’ jekk jogħġobha l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq opri tal-arti mill-Ministeru għal Għawdex kull sena mis-sena 2000 sad-data ta’ meta qed titwieġeb din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli l-informazzjoni tingħata sena b’sena. Tista’ tgħid ukoll: a. Meta nxtrat din l-opra tal-arti; b. X’kienet din l-opra; c. Min kien l-artist; d. Mingħand min ġiet akkwistata/inxtrat; e. Il-valur; f. Fejn ġiet esebita meta nxtrat; u g. Min kien li ta l-parir lill-Ministru għal Għawdex sabiex tinxtara din l-opra tal-arti?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Triq il-Kbira, kantuniera ma’ Triq is-Salib — bankina

Question

B’referenza għall-iżvilupp li għaddej fi Triq il-Kbira, kantuniera ma’ Triq is-Salib, fil-Mellieħa, jista’ l-Ministru jara li tkun imħarsa s-sigurtà tan-nies wara li ttieħdet għal kollox il-bankina bil-bini ta’ retaining wall u dan għaliex bil-mod ta’ kif inbena dan il-ħajt, qed tkun ipperikolata l-ħajja kemm tal-pedestrians kif ukoll tas-sewwieqa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar it-Tlieta, 3 t’April saret spezzjoni fuq il-post minn rappreżentant tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini flimkien mas-Sindku tal-Mellieħa. Sar qbil li l-parti tar-retaining wall fuq Triq il-Kbira kien qed joħloq periklu kbir. L-għada, l-maniġer tas-sit ingħata struzzjoni sabiex ineħħih fi żmien jumejn. L-immsemmi ħajt ġie mħott il-Ġimgha 6 t’April.

Toroq Rurali – Fondi Ewropej

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-toroq rurali li se jkunu qed jibbenefikaw mill-fondi Ewropej? Tista’ tagħti l-lista lokalità b’lokalità u kemm se jkunu qed jintefqu flus f’kull triq?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5005 Sitting 98 2018-04-10 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Bdil tal-proċeduri fis-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni

Question

B’referenza għall-komunikat li tqassam mid-Dipartiment tal-VAT taħt il-heading tal-Kummissarju għad-Dħul fejn ġie indikat li min-nhar it-2 t’April 2018 se jinbidlu diversi proċeduri relatati mas-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni, jista’ l-Ministru jindika jekk jarax din il-bidla bħala żieda ta’ burokrazija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz li ser jingħata ser iwassal biex il-pubbliku ikollu għażla biex jissottometti il-formolatorju u il-pagamenti tat-taxxa minn post wieħed. Biex jissaħħaħ is-servizz u l-pubbliku jinqeda aħjar, il-klijenti qed jiġu mħeġġa sabiex jużaw is-servizz online 24 x 7, jew li jużaw is-servizzi postali billi jibgħatu l-formalarju u l-ħlas relatat b’ċekk f’indirizz postali speċifikat, jew billi jmorru personalment f’wieħed mill-fergħat tal-posta madwar Malta u Għawdex. Dawn huma miżuri li għandhom iwasslu biex inaqqas il-burokrazija.
Leg 13 PQ #5006 Sitting 98 2018-04-10 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Bdil tal-proċeduri fis-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni

Question

B’referenza għall-komunikat li tqassam mid-Dipartiment tal-VAT taħt il-heading tal-Kummissarju għad-Dħul fejn ġie indikat li min-nhar it-2 t’April 2018 se jinbidlu diversi proċeduri relatati mas-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni, jista’ l-Ministru jindika min se jerfa’ r-responsabbilità jekk tintilef xi formola tal-VAT hekk kif dawn ikunu qed jiġu trasportati bejn id-diversi branches tal-MaltaPost u d-Dipartiment tal-VAT?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kull formola li tasal għand MaltaPost plc se tiġi rrekordjata f’sistema elettronika u kuljum ser issir verifika tal-informazzjoni minn din is-sistema man-numru tal-formoli li jinġabru mill-fergħat ta’ MaltaPost plc. Se tingħata riċevuta għal dokumenti sottomessi personalment. Permezz ta’ din il-proċedura, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi ser ikollu informazzjoni ta’ kull klijent li bagħat il-formola. Din il-proċedura ma kinitx fil-passat. Ir-responsabbiltà għat-twassil ta’ formoli lid-Dipartiment tat-Taxxi hija tal-Maltapost, bl-istess mod tat-tqassim ta’ dokumenti li jintbagħtu bil-posta.
Leg 13 PQ #5007 Sitting 98 2018-04-10 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Bdil tal-proċeduri fis-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni

Question

B’referenza għall-komunikat li tqassam mid-Dipartiment tal-VAT taħt il-heading tal-Kummissarju għad-Dħul fejn ġie indikat li min-nhar it-2 t’April 2018 se jinbidlu diversi proċeduri relatati mas-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni fejn bħalissa d-Dipartiment tal-VAT kien jiftaħ kull 15-il ġurnata tax-xahar, bejn it-08.30 u l-11.30, u bejn is-14.00 u l-16.00 sabiex jilqa’ l-eluf ta’ sottomissjonijiet ta’ formoli tal-VAT, jista’ l-Ministru jgħid jekk b’riżultat ta’ din il-bidla hux se jinbidlu wkoll dawn il-ħinijiet? Jekk iva, jista’ l-Ministru jara li jintlaħaq ftehim mal-MaltaPost sabiex is-servizz ma jmurx għall-agħar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mit-2 t’April is-sottomissjoni tal-formoli tal-VAT bdew isiru Online, jew inkella billi jiġu sottomessi fil-fergħat kollha tal-Maltapost f’Malta u Għawdex waqt il-ħinijiet ta’ ftuħ ta’ dawn il-fergħat. Il-ħinijiet ta’ ftuħ jinsabu fuq il-website tal-istess sit tal-Maltapost u qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid nghid li l-Maltapost ser tagħmel xi eżerċizzi f’xi fergħat tagħha sabiex tara jekk għandhiex tapplika xi ħinijiet estiżi f’xi fergħat. Il-proċess kollu tas-sottomissjoni tal-formoli tal-VAT ġie maħsub biex is-servizz jitjieb għal wieħed aktar effiċċjenti u effikaċi.

Ix-Xemxija – Triq Xatt il-Pwales — xogħlijiet

Question

Jista’ Ministru jagħti elenku tax-xogħol li se jkun qiegħed isir fi Triq Xatt il-Pwales, ix-Xemxija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li partijiet minn din it-triq arterjali qed jingħalqu sabiex jitneħħa l-wiċċ eżistenti, isiru pedamenti ġodda aktar b'saħħithom u tiġi asfaltata mill-ġdid. Transport Malta ħabbret diversi miżuri u rotot alternattivi bħala għajnuna għal dawk li jużaw din it-triq, sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.

Investiment fuq toroq tat-12-il Distrett Elettorali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar mill-Gvern Ċentrali fit-toroq li jaqgħu fil-konfini tat-12-il distrett bejn April 2013 u d-data ta’ meta tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista’ jagħti d-dettalji ta’ kemm intefqu flus f’kull triq li saret?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – pjanti tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti l-ġodda ta’ Triq Lewis Wettinger, jew kif inhi magħrufa aħjar il-bypass tal-Mellieħa? Jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol li se jkun qed isir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kunsill Lokali Mellieħa – minuti tal-laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, li saru bejn Marzu 2008 u Marzu 2013, fejn matulhom issemma jew ġie diskuss il-proġett ta’ bini ta’ appartamenti fiż-żona Ta’ Masrija, liema binja tagħti wkoll fuq il-bypass tal-Mellieħa? Jekk jogħġbu l-Ministru jista’ jpoġġi wkoll kull korrispondenza li kien hemm bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u entitajiet/awtoritajiet governattivi dwar dan il-proġett matul dawn is-snin imsemmija?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba għall-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant, hekk kif provduti mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
Leg 13 PQ #5001 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Kontrolli fuq burdnara Sqallin

Question

Wara rapporti li dehru f’gazzetta partikolari nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018, dwar nuqqas ta’ kontrolli fuq burdnara Sqallin li jiġu bix-xogħol hawn Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fatti kif preżentati minn din il-gazzetta humiex veri? Jista’ l-Ministru jindika jekk jintalbux dokumenti hekk kif dawn it-trakkijiet bix-xogħol jaslu hawn Malta? U jekk jogħġbu l-Ministru jista’ jindika wkoll xi spezzjonijiet isiru mid-Dwana fuq dawn it-trakkijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-merkanzija li tinġarr fuq is-servizz tal-katamaran bejn Malta u Sqallija, u servizzi oħra simili ta’ regular shipping service, hi meqjusa li hi dejjem żdoganata u libera li tinġarr minn pajjiż tal-Ewropa għal ieħor (in free circulation). Għalhekk il-kontroll min-naħa tad-Dwana fuq il-merkanzija li tasal b’servizzi ta’ regular shipping hu limitat, u fejn jidħol l-element fiskali jiffoka fuq prodotti suġġetti għas-sisa. Id-Dwana teżerċita kontroll ukoll fejn ikun hemm suspett ta’ importazzjoni ta’ oġġetti ristretti jew projbiti. F’dan is-sens, id-Dwana Maltija taġixxi skont ir-regoli kollha tal-Unjoni Ewropea.
Leg 13 PQ #5002 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Bdil tal-proċeduri fis-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni

Question

B’referenza għall-komunikat li tqassam mid-Dipartiment tal-VAT taħt il-heading tal-Kummissarju għad-Dħul fejn ġie indikat li min-nhar it-2 t’April 2018 se jinbidlu diversi proċeduri relatati mas-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni, jista’ l-Ministru jindika x’konsultazzjonijiet saru biex ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn nhar it-Tnejn 2 ta’ April, l-Uffiċju tal-Kummissajru tat-Taxxi beda jagħti servizz ta’ Customer Care lin-negozji żgħar u medji fuq il-VAT u it-Taxxa Diretta mill-Business 1st fl-Imrieħel bħala parti mill-istrateġija tal-Gvern li joffri s-servizzi tiegħu minn post wieħed u f’ambjent aktar idoneju man-natura tan-negozju. Konsultazzjoni saret kemm mal-uffiċjali interni tal-Uffiċċju tal-Kummissajru tat-Taxxi kif ukoll mat-tmexxija tal-Business 1st. Business First Ltd hija sħubija bejn Malta Enterprise u l-Malta Chamber of SMEs (GRTU). Saru numru mdaqqas ta’ laqgħat preparatorji bejn gruppi differenti mid-Dipartiment tat-Taxxa u Business 1st bħala rappreżentant dirett ta’ l-industrija, li għalihom kienet preżenti wkoll il-Management Efficiency Unit (MEU) mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5003 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Bdil tal-proċeduri fis-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VATu tat-Taxxi Interni

Question

B’referenza għall-komunikat li tqassam mid-Dipartiment tal-VAT taħt il-heading tal-Kummissarju għad-Dħul fejn ġie indikat li min-nhar it-2 t’April 2018 se jinbidlu diversi proċeduri relatati mas-sottomissjoni u pagamenti tal-formoli tal-VAT u tat-Taxxi Interni, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal sabiex ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din id-deċizjoni hija parti mill-proċess li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi qed jieħu sabiex jagħti servizz aħjar u aktar ħolistiku. Mit-2 ta’ April, il-formoli tal-VAT u tat-Taxxa ser ikunu jiġu sottomessi billi wieħed juża wieħed minn dawn is-servizzi: · Servizz on-line 24x7 · Sottomissjoni tal-pagamenti f’wieħed mill-uffiċċji tal-MaltaPost · Sottomissjoni bil-posta f’PO Box indikata Sadanittant, kemm f’Birkirkara u fil-Furjana ser jibqa’ jingħata l-istess appoġġ matul il-perjodu transitorju sa Ġunju.