Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spiża ta' inkjesta maġisterjali u seduti tal-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 5 ta’ Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista' l-Ministru jagħti dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-inkjesta fir-rigward tal-persuna msemmija tmur lura għas-sena 1986 u ċioe tnejn u tletin sena ilu. L-inkjesta fil-fatt ilha għadejja sa minn dak iż-żmien. Dak iż-żmien l-ispejjeż inkorsi mal-inkjesti kienu jiddaħħlu f’reġistru b’mod manwali skont id-data li fiha l-esperti jippreżentaw ir-rapport tagħhom tul il-firxa wisgħa tas-snin u ma kienx isir elenku separat tal-ispejjeż skont l-inkjesta speċifika. Għalhekk mhux possibbli f’dan l-istadju li jiġu rintraċċati l-ispejjeż inkorsi mal-imsemmija nkjesta.

Spiża ta' inkjesta maġisterjali u seduti tal-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 28 ta’ Diċembru 1977 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli l-Ministru jista' jagħti dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-inkjesta fir-rigward tal-persuna msemmija tmur lura għas-sena 1977 u ċioe wieħed u erbgħin sena ilu. L-inkjesta fil-fatt ilha għadejja sa minn dak iż-żmien. Dak iż-żmien l-ispejjeż inkorsi mal-inkjesti kienu jiddaħħlu f’reġistru b’mod manwali skont id-data li fiha l-esperti jippreżentaw ir-rapport tagħhom tul il-firxa wisgħa tas-snin u ma kienx isir elenku separat tal-ispejjez skont l-inkjesta speċifika. Għalhekk mhux possibbli f’dan l-istadju li jiġu rintraċċati l-ispejjeż inkorsi mal-imsemmija nkjesta.
Leg 13 PQ #7461 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — piloti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji ta’ x’jinkludu l-pakketti tal-piloti tal-Air Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pakkett tal-piloti, kif miftiehem fil-ftehim kollettiv, jinkludi · paga bażika; · konċessjonijiet fuq kull siegħa li pilota jtir; · konċessjonijiet varji li huma konnessi mal-ħin tal-ġurnata u jiema ta’ festi, kif ukoll ħlas ta’ meta l-pilota jaħdem il-ġurnata skedata off; · skema ta’ insurances varji li japplikaw meta l-pilota ma jkunx jista’ jtir minħabba restrizzjonijiet mediċi; · ammont ta’ qliegħ garantit li jiġi determinat skont l-aħjar ammont f’sena li jkunu qalgħu fl-aħħar erba’ snin. Barra mill-ftehim kollettiv, il-piloti għandhom ukoll trasport b’xejn minn u lejn il-post tax-xogħol.

Spiża tal-pulizija dwar investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fit-28 ta’ Diċembru 1977 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena.

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħulil Ministru kkonċernat.

Il-Mellieħa – Triq Qasam Barrani – Childcare Centre — uffiċjal

Question

Jista’ l-Ministru jara li ta' kuljum jattendi uffiċjal tal-komunità ħdejn id-daħla tac-Childcare Centre li hemm fi Triq Qasam Barrani l-Mellieħa peress li sa ftit taż-żmien ilu kien ikun hemm uffiċjal jidderieġi t-traffiku mit 07.45am sat-8.15am, u mis-1.45pm sas-2.15pm?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ċitazzjoni fuq sewqan bil-mod fuq il-fast lane

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet lil xufiera li jkunu qegħdin isuqu bil-mod fuq dik li hija magħrufa bħala l-fast lane fit-toroq Maltin u Għawdxin minn Jannar 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi ma nħarġet ebda ċitazzjoni lil xufiera li jkunu qegħdin isuqu bil-mod fuq dik li hija magħrufa bħala l-fast lane fit-toroq Maltin u Għawdxin minn Jannar 2013 sal-lum peress li tali offiża ma teżistix fil-Liġijiet ta’ Malta.

Blue Badge Stickers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu blue badge stickers mis-sena 2008 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jgħid kemm ittieħdu blue bladge stickers mis-sena 2008 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti anke total ta’ blue badge stickers li kienu maħruġa f’Malta u Għawdex mis-sena 2008 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej ; Blue Badges Ġodda Sena Malta Għawdex Total Ritornati 2008 705 57 762 147 2009 634 52 686 180 2010 685 53 738 655 2011 846 60 906 840 2012 828 65 893 979 2013 875 73 948 976 2014 889 85 974 948 2015 1065 98 1163 805 2016 1100 96 1196 1155 2017 1222 124 1346 1066 Sal-aħħar ta' Ottubru 2018 960 117 1077 800 Nota : Tiġdid ta' Blue Badges mhumiex inklużi fit-tabella .
Leg 13 PQ #7460 Sitting 153 2018-10-31 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Piloti — sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-massimu ta’ sigħat li jistgħu jaħdmu l-piloti skont liġijiet internazzjonali? Jista’ jgħid kemm qegħdin jaħdmu sigħat il-piloti tal-Air Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bil-liġijiet tal-EASA (European Aviation Safety Agency), il-piloti jistgħu itiru kif spjegat hawn taħt: · Mhux aktar minn 100 siegħa ta’ titjir fi 28 ġurnata konsekuttiva · Mhux aktar minn 900 siegħa ta’ titjir f’sena kalendarja minn Jannar sa Diċembru · Mhux aktar minn 1000 siegħa ta’ titjir fi tnax-il xahar konsekuttiv. Hemm ukoll restrizzjonijiet fuq it-tul tal-perjodu ta’ duty, skont kemm ikun hemm titjiriet fl-istess perjodu ta’ duty, u kemm il-ġurnata konsekuttiva jistgħu jaħdmu. Il-piloti tal-Air Malta qed jaħdmu medja ta’ 650 siegħa fis-sena.

Spiża tal-pulizija dwar investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fis-16 t’Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant qatt ma kien jinżamm u għadu ma jinżammx.

Spiża tal-pulizija dwar investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tiegħu fil-5 ta’ Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant qatt ma kien jinżamm u għadu ma jinżammx.

Spiża tal-pulizija dwar investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fit-28 ta’ Diċembru 1977 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena.

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant qatt ma kien jinżamm u għadu ma jinżammx.

Skola Primarja tal-Mellieħa – pulizija ħdejn id-daħla

Question

Jista’ l-Ministru jara li kuljum jattendi pulizija ħdejn id-daħla tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa fi Triq il-Mitħna l-Ġdida u dan sabiex ikun jista’ jikkontrolla t-traffiku u jenforza r-regolamenti tat-traffiku fis-seħħ fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-istess iskola, hekk kif indikat b’diversi tabelli f’din l-istess triq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi saru l-verifiki ma’ uffiċjali responsabbli mid-duties fil-Mellieħa, u ġie kkonfermat illi fil-ħin ta' dħul u ħruġ mill-Iskola Primarja tal-istess lokalità. Il-Pulizija tagħmel minn kollox biex dan id-dover taqdih kuljum, anke jekk legalment dawn id-doveri jaqgħu wkoll fir-responsabilità ta’ entità oħra.

Spiża tal-pulizija dwar investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt taghħa fis-16 t’Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Spiża tal-pulizija dwar investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tiegħu fil-5 ta’ Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill Lokali ta’ San Ġwann – Tiswijiet fi Ġnien Karin Grech

Question

Jista' l-Ministru jindika x'xogħlijiet ta' tiswija saru mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann fi Ġnien Karin Grech sa minn Marzu 2013 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti wkoll l-ammonti ta' kemm swew dawn ix-xogħlijiet u jgħid jekk dawn l-ispejjeż tħallsux minn fondi ordinarji tal-Kunsill Lokali jew minn xi sors ieħor? Jekk ma sarux xogħlijiet ta' tiswija li kien hemm bżonn, jista' jindika fiex intefqu l-flus li suppost kienu indirizzati sabiex issir din it-tiswija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minkejja li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, bejn is-sena 2013 u s-sena 2017, kellu allokazzjoni finanzjarja ta’ €175,314 għaż-żamma tal-ġonna, playing fields u landscaping, l-istess Kunsill għamel biss ix-xogħlijiet elenkati fit-tabella li qiegħed nannetti ma’ din it-tweġiba, li tinkludi wkoll l-ispejjeż rispettivi. Xogħlijiet ta’ tiswija li saru mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, permezz ta’ fondi tiegħu, fi Ġnien Karin Grech (Marzu 2013 sa Mejju 2018) Tip ta’ xogħolDataKemm sewa dan ix-xogħol (€) Tiswija u manutenzjoni23.12.1341.30 31.12.1328.32 20.09.13372.21 11.10.1441.30 26.11.1570.80 05.02.1769.62 17.12.17562.00 09.09.1722.27 Qlugħ, ġarr u rimi ta’ tapit minn taħt il-bandliJannar 20181,500 Total: 2,707.82

Inkjesta Maġisterjali — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-inkjesta maġisterjali li saret mill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-każ tal-Egrant Inc.? Jekk hu possibbli jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ fiex kienu jikkonsistu l-ispejjeż?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ispiża fuq kontijiet prezentati sal-24 ta’ Lulju, tal-inkjesta maġisterjali li saret mill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar il-każ tal-Egrant Inc., hija ta’ €1,257,759.46. Fir-rigward tal-lista tal-ispejjeż, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jara t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bypass tal-Mellieħa – testijiet fuq il-kwalità u t-tqegħid tat-tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’testijiet saru fuq il-kwalità tat-tarmak (core-testing) u fuq it-tqegħid tat-tarmak (longitudinal regularity) li sar fil-bypass tal-Mellieħa? Jista’ l-Ministru jekk jogħġbu jippubblika wkoll ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet u jispjega jekk il-kwalità tat-tarmak (kemm bħala tarmak innifsu u anke bħala tqegħid) hijiex sodisfaċenti skont dawn it-testijiet?

Response (BORG, IAN)

It-testijiet imsemmija saru fix-xhur li għaddew u qed jiġu analizzati. Testijiet oħra relatati qed isiru f’dawn il-jiem sabiex ikunu jistgħu jinħarġu r-riżultati finali.

Qawra – Triq Għawdex — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn f’Triq Għawdex fil-Qawra, li hija triq li ta’ kuljum jgħaddu minnha għexieren ta’ karozzi tal-linja u mijiet ta’ karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6736 - Qawra – Triq Għawdex – tiswijiet nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tikkunsidra l-aħjar metodu ta’ kostruzzjoni li jrid isir f’din il-parti tat-triq u tipprepara biex hekk kif jispiċċa l-perjodu ta’ “No excavation or demolition works in tourism areas during the summer period” regolat mill-Planning Authority u MTA, ix-xogħol jinbeda mill-aktar fis.

Triq tal-Għadira – fence tal-ħadid

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li fit-triq tal-Għadira jsir fence tal-ħadid fin-nofs biex ma jħallix persuni jaqsmu minn ġol-ħaxix li preżentament jifred il-karreġġjati fid-direzzjoni opposti? Dan sabiex kull min ikun irid jaqsam jagħmel dan minn fuq id-diversi pelican lights li hemm f’din l-istess triq u mhux jaqsam b’mod perikoluż?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tara li tistudja din il-possibilità peress li strutturi fit-toroq, minnhom infushom, joħolqu perikli ta’ natura differenti jekk ma jkunux mgħamulin b’mod u ta’ tip li jkunu siguri għas-sewwieqa.