B’referenza għat-triq Telgħet ix-Xemxija, speċifikament il-parti mir-roundabout li hemm ħdejn il-Ġnien Olimpiku sar-roundabout li hemm ħdejn il-Knisja tax-Xemxija, liema żona fiha erba’ pelican lights u zebra crossing waħda, jista’ l-Ministru jitlob lil Transport Malta sabiex tinvestiga r-raġuni għaliex qed jinġema’ ħafna traffiku? Jekk hemm bżonn, nitlob lill-Ministru sabiex jieħu azzjoni biex jitnaqqas l-ammont ta’ traffiku li jinġema’ bla ebda kawża ta’ xejn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li t-triq Telgħet ix-Xemxija hija triq b’kareġjata waħda li matul ix-xhur tas-Sajf tara madwar 27,000 vettura kuljum kif ukoll numru kbir ta persuni għaddejin bil-mixi.
F’wiesa ta’ madwar kilometru min bejn il-Ġnien Olimpiku sal-Knisja ta’ Xemxija kienu ġew installati 4
pedestrian crossings
minħabba raġunijiet ta’ sigurta'.
Bħala prova f’Dicembru 2018 it-Traffic Control Committee ippruvaw ineħħu wahda min dawn il-Pelican Crossings (vicin il-Beach Haven Complex) biex jitnaqqas l-ammont ta traffiku li kien qed jinġemgħa, iżda wara ftit ta żmien din il- Pelican crossing reġat ġiet installlata.
Il-proġett ta Malta-Gozo tunnel link, li ser ikun qed jagħddi minn Telgħet ix-Xemxija huwa immirat biex jitnaqqas il-bottleneck tat-traffiku.
Il-Mellieħa – Triq il-Qortin – traffic calming measures
Question
B’referenza għal Triq il-Qortin, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jitlob lil Transport Malta sabiex flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa twettaq studju bil-għan li jiġu implimentati traffic calming measures f’din it-triq peress li sfortunatament qiegħda tintuża minn karozzi jsuqu b’veloċità eċċessiva?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta żżomm regolarment laqgħat mal-Kunsilli Lokali sabiex jiddiskutu punti mqajma, kemm mill-Kunsilli Lokali nfushom kif ukoll minn Transport Malta.
Għalhekk ma nsib l-ebda diffikultà sabiex nitlob lill Uffiċjali ta’ Transport Malta biex jagħmlu kuntatt mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sabiex isir studju bil-għan li jkunu implimentati traffic calming measures fit-triq imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, bħal snin passati, hux se jitwaħħal il-festun mal-promenade tal-Għadira? Jekk iva, jista' jagħti data dwar meta se jeħel. Jekk le, nitolbu jgħid jekk hiex qiegħda tiġi kkunsidrata xi alternattiva oħra, u għal meta se tkun lesta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10379 u ċjoè: B’referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f’Malta, Għawdex u Kemmuna, jista’ l-Ministru:
a. jgħid kemm-il
concession
hawn u f’kemm-il bajja huma mqassma;
b. jgħid kemm jistgħu jitqiegħdu
sunbeds
f’kull
concession,
u kemm jammontaw is-
sunbeds
li jistgħu jitqiegħdu f’kull bajja; u
c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta’ art li huwa mgħotti b’dawn il-
concessions
, u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kisi bit-tarmaku bankini li saru mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019
Triq il-Wied ta` Ruman
Triq il-Marlozz
Triq Ramlet il-Qortin
Triq it-Tumbrell
Triq it-Tunnaġġ
Triq il-Kaħli
Triq il-Klamari
Triq il-Qortin
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
L-iskema ta’ dwal ġodda li ġew installati mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019
Fuq l-arbli
(Whip Type)Triq il-Pont
Triq Monsinjur Gużeppi Schembri
Triq il-Modd
Ix-Xatt ta’ Santa Marija
Triq Għajn Żejtuna
Triq il-Qasab
Triq Ta’ Taħt L-Irdum
Triq il-Qortin
Mal-ħitan
(Pistol Type)Żona tal-boathouses tal-Armier iż-Żgħir
Triq Adenau
Triq il-Kbira
Triq Ġorġ Borg Olivier
OrnamentaliTriq il-Parroċċa
Triq San Publiju
Triq il-Knisja l-Qadima (Manikata)
Triq il-Fuħħar (Manikata)
Triq ix-Xifer (Manikata)
Triq l-Għasafar (Manikata)
Triq San Ġużepp (Manikata)
Triq il-Ġilju (Manikata)
Triq ir-Raħħala (Manikata)
Triq Dun Manwel Grima (Manikata)
Misraħ il-Parroċċa (Manikata)
Triq il-Madonna tal-Għar
Triq it-Tramuntana
Triq San Pawl
Il-Manikata — investiment mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2013 u l-2019 fil-Manikata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li bejn l-2013 u l-2019, il-Kunsill iddeċieda li għandu jinvesti fil-Manikata fl-oqsma segwenti:
·
Architectural lighting
madwar il-knisja tal-Manikata;
· Skema ta’ dwal Ornamentalii ġodda fil-
village core
;
·
Resurfacing
ta’ Triq il-Wilġa u Trejqet il-Ħarrub iffinanzjat taħt il-Miżura 4.4 tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;
· Restawr tal-Knisja l-Qadima permezz tal-Iskema dwar Restawr għall-Kunsilli Lokali 2018;
· Introduzzjoni ta’ skema tat-traffiku ġdida madwar Misraħ il-Parroċċa;
· Pavimentar tal-bankina quddiem il-Knisja Parrokkjali.
B’referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f’Malta, Għawdex u Kemmuna, jista’ l-Ministru:
a. jgħid kemm-il
concession
hawn u f’kemm-il bajja huma mqassma;
b. jgħid kemm jistgħu jitqiegħdu
sunbeds
f’kull
concession,
u kemm jammontaw is-
sunbeds
li jistgħu jitqiegħdu f’kull bajja; u
c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta’ art li huwa mgħotti b’dawn il-
concessions
, u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
B’referenza għad-diversi concessions għal-lidos u sunbeds li hawn fuq bajjiet f’Malta, Għawdex u Kemmuna, jista’ l-Ministru:
a. jgħid kemm-il
concession
hawn u f’kemm-il bajja huma mqassma;
b. jgħid kemm jistgħu jitqiegħdu
sunbeds
f’kull
concession,
u kemm jammontaw is-
sunbeds
li jistgħu jitqiegħdu f’kull bajja; u
c. għal kull bajja jagħti l-persentaġġ ta’ art li huwa mgħotti b’dawn il-
concessions
, u kemm huwa l-persentaġġ li huwa pubbliku?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċesss sabiex numru ta’ bdiewa li għandhom ir-raba’ fil-Wied ta’ Ġnien Ingraw, u li wara li waqgħet blata kbira f’Ottubru 2018 u għamlet ħsara lill-perkors tal-ilma naturali, ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jagħmlu użu minn dan l-istess ilma?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li minħabba numru ta’ riskji li hemm fis-sit, saret spezzjoni mill-periti ta’ Ambjent Malta fejn ġie konkluż li l-binja privata li ġġarfet mill-blata l-kbira għandha titwaqqa minħabba r-riskju li jkomplu jaqaw aktar ġebel, biex ikunu salvagwrdjati l-ħaddiema li se jagħmlu x-xogħlijiet u l-bdiewa li jaħdmu l-egħlieqi tagħhom fil-wied.
Qed jiġi pproposti numru ta xogħlijiet preparatorji li għandhom jitwettqu qabel ma titneħħa l-ġebla l-kbira u tiġi restawrata n-nixxiegħa tal-ilma. Ġieurrakomandat wkoll li x-xogħlijiet tat-tneħħija tal-ġebla li waqgħet għandu jsir fis-sajf minħabba l-periklu li jġibu magħhom il-kundizzjonijiet li hemm fil-post minħabba li l-art hija taflija.
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed l-azzjoni neċessarja sabiex id-dgħajsa li d-dettalji tagħha qed jingħaddew b’mod separat, u li ilha għal iżjed minn sitt xhur mitfugħa fuq il-blat quddiem il-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, titneħħa? Huwa possibbli li jekk ma titneħħiex minn sid id-dgħajsa, titneħħa mill-Awtorità responsabbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li Transport Malta bdiet il-proċeduri skont il-liġi biex titneħħa din id-dagħjsa. Fil-każ li ma titneħħiex mis-sid fi żmien stipulat din tiġi żgumbrata mill-Awtorità.
Skema Sort It Out – tqassim ta’ organic bins u bins
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu organic bins u bins tal-iskema Sort It Out, minn meta nbdiet din l-iskema, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tqassmu 147,475 organic bins mill-bidu tal-Proġett Pilota fis-sena 2015 sal-lum filwaqt li tqassmu 120,441 bins tal-iskema Sort It Out, minn meta bdiet din l-iskema fl-2018 sal-lum.
Kumitati Amministrattivi ta’ Malta u Għawdex – laqgħat
Question
B’referenza għall-Kumitati Amministrattivi ta’ Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa nżammet, kemm-il Laqgħa Ġenerali Annwali nżammet, u kemm attendew residenti għal dawn il-laqgħat annwali? Jekk jogħġbu l-Ministru, jista’ jagħti d-dettalji sena b’sena minn meta twaqqfu sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — għajnuna finanzjarja lill-Knisja
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni kif mitluba.
Sadinittant ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tad-Direttorat tar-Restawr dan ma ta l-ebda għajnuna finanzjarja diretta lill-Knisja. Mill-banda l-oħra, id-Direttorat wettaq diversi xogħolijiet ta’ restawr fuq diversi propjetajiet tal-Knisja. F’dawn il-każi, in-nefqa saret kollha mill-Gvern. Dettalji tal-proġetti mwettqa mill-2013 s’issa huma kif murija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5324.
Arts Council Malta
SenaLil min ingħataw il-fondiIsem tal-fondAmmontData
2013De La Salle College, Cottonera Kreattiv€4,75030/09/2013
2014St Patrick Salesian School Kreattiv€4,50001/09/2014
St Micheal Schook St VeneraKreattiv€3,22201/09/2014
St Aloysius College Priomary SchoolKreattiv€4,18901/09/2014
The Archbishop's Seminary Secondary SchoolKreattiv€4,50001/09/2014
St Paul's Missionary CollegeKreattiv€2,94501/09/2014
2015Stella Maris College GziraKreattiv€2,56001/07/2015
St Albert the Great College VallettaKreattiv€4,96201/07/2015
St Monica School B'KaraKreattiv€4,99901/07/2015
Savio CollegeKreattiv€4,83201/07/2015
St Jeanne Antide FoundationPremju tal-President€5,50024/09/2015
Don Bosco Oratory GozoKommunitajiet Kreattivi€5,00008/05/2015
Home Away from HomeKommunitajiet Kreattivi€5,00008/05/2015
Salesian BrigadeKommunitajiet Kreattivi€2,40008/05/2015
2016St Elias CollegeKreattiv€4,97223/06/2016
St Aloysius CollegeKreattiv€4,92223/06/2016
Salesian OratoryKommunitajiet Kreattivi€5,00017/11/2016
Teatru SalesjanKommunitajiet Kreattivi€3,00217/11/2016
St Jeann Antide FoundationPremju tal-President6,00009/09/2016
2017St Joseph Mater Boni Consilii School Kreattiv€5,00030/06/2017
Bishop's Consservatory Secondary Kreattiv€5,00030/06/2017
2018St Monica School B'KaraKreattiv€5,00012/06/2018
Bishop's Consservatory Secondary Kreattiv€4,83712/06/2018
St Albert the Great CollegeKreattiv€4,95512/06/2018
St Chaterine Parish ChurchAvos €2,50012/06/2018
Public Broadcasting Services Ltd.
Sena
Lil min ingħataw il-fondi
Ammont
Data
2013
CRECHE
€ 2,000.00
13/09/2013
2015
DAR TAL-PROVIDENZA
€ 440.00
30/12/2015
2016
CRECHE
€ 600.00
14/10/2016
2017
CRECHE
€ 1,000.00
10/04/2017
CRECHE
€ 500.00
20/12/2017
CRECHE
€ 500.00
20/12/2017
Ċentru tas-Saħħa — Tramuntana ta’ Malta - pjanijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet biex isir Ċentru tas-Saħħa ieħor fit-Tramuntana ta’ Malta? Jekk iva, jista’ jagħti indikazzjoni lejn liema lokalità qiegħed iħares, biex isir dan iċ-ċentru, u liema lokalitajiet se jkun qiegħed iservi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan hu li fil-ġejjieni t-Tramuntana ta’ Malta jkollha Regional Hub bħal dak li ser ikun hemm fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Fix-xhur li ġejjin huwa mistenni li toħroġ sejħa ta’ interess dwar bini ta’ dan il-hub mediku.
Jista’ l-Ministru jara li titranġa l-ħsara li saret fl-għelieqi tal-bdiewa li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament meta sar ix-xogħol fi Triq ir-Ramla, fiż-żona tal-Aħrax tal-Mellieħa, limiti tal-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta’ Diċembru 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid Triq ir-Ramla, li twassal għal waħda mill-bajjiet fl-Armier magħrufa bħala r-Ramla tal-Bir, kif ukoll għal lukanda ewlenija fl-istess inħawi. Permezz ta’ dan ix-xogħol, tneħħa djuq li kien qed iwassal għal diffikultajiet ta’ aċċess, speċjalment f’każi ta’ emerġenza, bħal meta jkun hemm xi nirien fl-inħawi jew tkun meħtieġa xi ambulanza max-xatt. Ix-xogħol kien jinkludi titjib u bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ u tqegħid ta’ wiċċ b’asfalt ġdid. Dan ix-xogħol ta’ Infrastructure Malta sar wara li entità oħra għamlet trinek fl-istess triq biex tqiegħed cables ġodda tal-elettriku taħt l-art li eventwalment se jieħdu post arbli ta’ wires ta’ vultaġġ għoli li hemm fix-xagħri fl-istess inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa.
Infrastructure Malta tkellmet mal-kuntratturi li għamlu dawn ix-xogħlijiet, u mal-bdiewa msemmija, u qed tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jissolvew id-diffikultajiet pendenti mill-aktar fis.
Jista’ l-Ministru jara li jibda l-proċess biex isiru t-tiswijiet li hemm bżonn fis-slipway tal-Mistra?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li wara li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura nħariġlu l-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar biex isiru t-tiswijiet neċessarji, issa qed tiġi ppreparata sejħa għall-offerti. Hekk kif ikun hemm allokazzjoni tal-fondi neċessarji din is-sejħa għall-offerti tiġi ppubblikata.
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn fi Triq it-Turisti fil-Qawra, li hija triq li minnha ta’ kuljum jgħaddu għexieren ta’ karozzi tal-linja u mijiet ta’ karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Fil-fatt, din l-aġenzija li twaqqfet fis-sajf diġa ħabbret l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla. It-triq indikata hija fil-fatt waħda mit-toroq inklużi f’din l-ewwel lista ta’ xogħlijiet għas-sena d-dieħla. Sejħiet oħra għax-xogħol meħtieġ għall-bini ta’ aktar toroq madwar il-pajjiż ser jitħabbru fiż-żmien li ġej.
L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn fi Triq l-Imrejkba fil-Qawra, li hija triq li minnha ta’ kuljum jgħaddu mijiet ta’ karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-awtoritá kompetenti responsabbli mit-tiswijiet u l-manutenzjoni ta’ din it-triq hija l-kunsill lokali tal-lokalitá konċernata.
Sadanittant, Infrastructure Malta, l-aġenzija nazzjonali inkarigata mill-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta, qed taħdem fuq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun sabiex fis-snin li ġejjin tirranġa u tibni mill-ġdid it-toroq f’kull lokalità. Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 fost it-toroq li ser ikunu qed jinbnew mill-ġdid fl-2019. Aktar toroq li ser jitranġaw fl-istess sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Spiża ta' inkjesta maġisterjali u seduti tal-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 16 t’Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli l-Ministru jagħti dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż fuq l-inkjesta maġisterjali (sall-lum) jammontaw għal €136,465.38, kif elenkat fid-dokument li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tas-seduti tal-qorti sallum kien hemm medja ta’493 siegħa u l-ispejjez jammontaw għal ċirka €20,456.54.