San Pawl il-Baħar - Kunsill Lokali - Investigazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31072, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun qiegħed iwettaq xi investigazzjoni mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali jew hux se jitlob lill-Awditur Ġenerali sabiex jinvestiga l-każ li sewa lil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar aktar minn terz tal-allokazzjoni kollha finanzjarja tal-istess kunsill għas-sena 2024 u possibilment għas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali iddiskutiet dan il-każ mat-tmexxija tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u kienet infurmata li l-ħlas sar wara d-deċiżjoni tal-qorti fuq parir tal-avukat tal-Kunsill.
Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar - Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-financial statements tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għas-sena 2024 u jgħid x’wassal għar-riżultati finanzjarji miksuba matul din is-sena partikolari?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-Financial Statements li jiddeskrivu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar kif mgħoddija lili. Wieħed jinnota li matul l-2024 kien hemm nefqa straordinarja ta’ €829,849.00 b’konnessjoni ma’ ordni tal-qorti dwar ħlas ta’ danni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ bolol imħallsa ta’ persuni self-employed bejn l-2019 u l-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
2019
2020
2021
2022
2023
SSC Klassi II(Jaħdmu għal rashom)
51,100,000.00
50,744,779.11
51,955,319.63
60,074,088.26
64,568,364.84
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ bolol imħallsa ta’ persuni impjegati bejn l-2019 u l-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Bolla Mħallsa
2019
2020
2021
2022
2023
SSC Klassi I (Impjegati)
513,900,000.00
492,165,196.36
591,507,425.02
665,969,323.49
723,061,703.80
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ taxxa mħallsa ta’ persuni self-employed bejn l-2019 u l-2023, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
2019
2020
2021
2022
2023
Taxxa Mħallsa-persuni jaħdmu għal rashom
76,792,150.13
76,735,255.25
84,408,949.00
96,536,688.68
111,619,096.75
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista uffiċjali ta’ entitajiet li setgħu jissottomettu proġetti f’isem benefiċjarji għall-kisba ta’ fondi Ewropej bejn is-snin 2004 u 2013? Jista’ jindika wkoll l-applikazzjonijiet li saru għal fondi Ewropej fl-istess perjodu, min daħħalhom u jekk kinux f’isimhom jew f’isem terzi? Nitolbu jinkludi wkoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet irriżultaw f’suċċess biex jirċievu l-ħlasijiet, x’kienu l-proġetti li għalihom intefqu l-flus u x’kien il-perċentwal mill-istess spejjeż tal-proġetti li l-fondi Ewropej kienu jkopru?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatat mal-proġetti kofinanzjati minn Fondi Ewropej f’dak li jikkonċerna Fondi Strutturali għall-Programm 2004/2006 w Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni f’dak li jikkonċerna il-programm 2007/2013.
Attachments:Reply to PQ 10949_Lista ufficjali ta' entitajiet.xlsx