Ministeru għall-Familja, Dritijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali għandu 11-il parkeġġ riservat ġewwa il-Belt Valletta, kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt:
Parkeġġ Riservat għal:
Sezzjoni li taħtu taqa’ il-karozza bil-Parkeġġ Riservat
L-isem tat-Triq fejn hemm il-Parkeġġ Riservat
Karozza tal-Ministru
Segretarjat tal-Ministeru
Ordinance Street
Karozza tas-Segretarju Permanenti
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Ordinance Street
Karozza tal-Head of Secretariat tal-Ministru
Segretarjat tal-Ministeru
Ordinance Street
Running Car tal-Ministeru
Segretarjat tal-Ministeru
Ordinance Street
Karozza tas-Segretarju Privat tal-Ministru
Segretarjat tal-Ministeru
Ordinance Street
Karozza tad-Direttur tas-Servizzi Korporattivi
Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
Ordinance Street
Karozza tas-Segretarju Parlamentari
Ufficcju tas- Segretarju Parlamentari
Ordinance Street
Karozza tal-Head of Secretariat tas-Segretarju Parlamentari
Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari
Ordinance Street
Karozza tas-Segretarja Privata tas-Segretarju Parlamentari
Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari
Ordinance Street
Running Car tas-Segretarjat Parlamentari
Ufficcju tas- Segretarju Parlamentari
Ordinance Street
Running Car tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Old Mint Street
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ parkeġġi ri¿ervati fil-Belt Valletta huwa ta’ erbgħa (4).
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej għandu ħdax (11) -il spazju riżervat għall-parkeġġ għal dawk li għandhom l-uffiċċju ġewwa l-Belt Valletta maqsumin kif ġej:
Sezzjoni
Numru ta’ parkeġġi rizervati ġewwa l-Belt Valletta
Ministeru
4
Karozza għall-użu ġenerali
1
Segretarjat Parlamentari (Fondi Ewropej)
3
Segretarju Permanenti (Fondi Ewropej)
1
EC-Arab League of Arab States Liaison Office (ECLASLO)
2
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur– parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tagħha li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm tmien spazji riżervati għall-parkeġġ – tlieta minnhom huma assenjati lis-Segretarju Parlamentari, b’żewġ spazji ġewwa l-Belt u spazju ieħor mad-dawra tal-Bejt, filwaqt li l-ispazji l-oħrajn huma riżervati għall-Ministeru.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parkeġġi riservati huma kif ġej:
Fi Strada Stretta hemm erba’ parkeġġi li huma riservati wieħed għall-karozza tal-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Ligi; ieħor għall-karozza tas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u Komunitajiet; wieħed għall-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru u l-ieħor għall-Kap tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari.
Fi Triq Melita u fi triq il-Mithna hemm b’kollox ħames parkeġġi li jintu¿aw minn karozzi uffiċjali tal-Ministeru u Segretarjati hawn fuq imsemmija. Wieħed jintuża mis-Segretarju Permanenti u/jew mid-Direttur Ġenerali Strateġija u Sapport tal-Ministeru.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-22 ta’ Settembru 2020.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ma għandux uffiċini fil-Belt Valletta u għaldaqstant it-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari hija nil.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ parking spaces riżervati li hemm awtorizzati fil-Belt Valletta, u għal kull post, jagħti t-triq li fiha hu awtorizzat u għan-nom ta’ min/jew għal liema funzjoni hu awtorizzat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm 33 spazju riservat li 4 minnhom huma temporanji u dawn jintużaw minn diversi uffiċċji u dipartimenti fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm ħames spazji riżervati għall-ministeru u għall-ufficju tas-segretarju permanenti.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-MEDE ma għandu ebda parkeġġ riżervat għal nies li għandhom l-uffiċċju l-Belt Valletta.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Enerġija u l-Ilma għandu 2 parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta għall-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Kuntratti — persuni li akkwistaw iċ-Ċittadinanza permezz tal-IIP
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u jgħid kemm min-numru ta’ kuntratti li saru fis-snin 2017, 2018, 2019 u 2020 kienu persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza permezz tal-IIP?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – għajnuna lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15798 u 15510 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq is-sit mgħoddi lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kienx hemm din it-tip ta’ għajnuna.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15794, 15456 u 14905 u jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15789 u 14918 u jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf madanakollu lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni tinkludi kull pożizzjoni ta’ ngaġġ li sar fil-perijodu indikat u għalhekk ċertu pożizzjonijiet jista’ jagħti l-kas li m’għadhomx impjegati fis-settur indikat, minħabba ċaqliq, talbiet ta’ trasferimenti jew riżenji minħabba xi promozzjoni jew ingaġġ f’xi dipartiment/entita’ ieħor kemm intern kif ukoll estern. Għaldaqstant ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġi li qed jingħataw għal din ir-risposta parlamentari jinkludi l-ingaġġi kollha li saru mill-perijodu indikat minnu.
Attachments:PQ 16026 EXCEL - PQ Answer whole Ministry including Entities.pdf
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15791, 15446 u 14344 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.