Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-UE biex nassiguraw li n-negożjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin. L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jiġu kkunsidrati fl-analisi li qed iwettaq il-gvern Malti inkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost oħrajn li l-arranġamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa. Il-gvern huwa impenjat ukoll li jwaqqaf Brexit taskforce magħmula mill-gvern, il-Malta Enterprise u s-settur privat bil-għan li taħtaf kull opportunita possibli li Brexit tista' ġġib lejn pajjizna fil-waqt li nilqgħu għall-isfidi li joħorgu minn dan il-proċess. L-Onor. Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.

Ministeru għal Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 655.

Kunsill Lokali Belt Valletta- Sit ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, ser jibda jopera mill-post il-ġdid tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin ix-xogħlijiet ta’ finishes fuq is-sit li qabel kien jokkupa Cafe Premier biex ikun jista’ jibda jopera l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Dawn ix-xogħlijiet qed isiru mid-Direttorat tar-Restawr. Il-Kunsill Lokali hu mistenni li jibda' jopera mill-post il-gdid tiegħu din is-sena stess.

Proġett V18 – Finanzi pubbliċi minfuqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu finanzi pubbliċi fuq il-proġett tal-V18, sena b’sena mill-2013 ‘il hawn u għal kull sena jgħid kemm minn din l-ispiża kienet marbuta ma’ proġetti li wassal għal titjib fl-infrastruttura tal-Belt Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fi proġetti relatatti ma’ V18 intefaq l-ammont totali ta’ €10,748,056. Min dawn €1,301,548.0 kienu marbuta ma’ proġetti li wasslu għal titjib fl-infrastruttura tal-Belt Valletta. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella iktar dettaljata. Infurmat ukoll li għaddej u ser isir xogħol għat-tisbieħ tal Belt Valletta b’ valur ta € €19,194,911 li €17,293,244 ammont minnhom huma min fondi Ewropej. Fost dawn il-proġetti nsibu dak tal-MUŻA, il-proġett tal-Palazz tal-Granmastru, l-proġett ta’ Teatru Manoel u oħrajn.

Proġett tal-V18 – proġetti li saru fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ proġetti li saru fil-Belt Valletta bħala parti mill-proġett tal-V18?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 658.

Marsa Open Centre – flus minfuqa fuq manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni fl-Open Centre tal-Marsa fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2013 intefqu €93,649, fl-2014 intefqu €100,760, fl-2015 intefqu €100,176 u fl-2016 intefqu €21,731 f’xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni fl-Open Centre tal-Marsa.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara konsultazzjoni interna li saret fi ħdan il-Ministeru, ma jirriżultax li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ser iħalli xi impatt partikolari fuq il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, sew negattiv jew pożittiv. Madanakollu, irid jingħad li f'dak li għandu x'jaqsam mas-Sigurtà Soċjali, uffiċjali mid-Dipartiment ikkonvernat għaddejin f'kuntatti kontinwi mar-Rapreżentanza Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u qed jiġu segwiti mill-qrib l-iżvillupi li qed ikun hemm fid-diskussjonijiet f'dan il-qasam, partikolari. Mhux biss, l-istess uffiċjali se jieħdu sehem f'laqgħat bilaterali mal-Kummisjoni Ewropea biex jiġu diskussi l-ħtiġijiet ta' Malta fil-qasam tas-sigurtà soċjali b'konsegwenza ta' dawn l-iżviluppi. F'dan ir-rigward, infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li bejn Malta u r-Renju Unit għad hemm fis-seħħ ftehim bilaterali dwar is-Sigurtà Soċjali, u li dwaru fil-passat, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għamel studju ta' kif dan il-ftehim għandu jiġi aġġornat f'każ li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ma jilħqux ftehim fuq is-Sigurtà Soċjali. Jidher iżda li kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-Renju Unit qegħdin jaħdmu mill-qrib biex jintlaħaq l-għan li jsir ftehim ibbażat fuq ir-regolamenti li hemm fis-seħħ bħalissa f'dan il-qasam, u għalhekk wieħed jistenna li l-impatt fuq il-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit bħalissa, kif ukoll iċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu f'Malta, se jkun wieħed minimu. Wieħed irid japprezza li peress li din il-materja għadha taħt diskussjoni bejn l-Istati Membri f'ambitu tal-Unjoni Ewropea, mhux opportun li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti li jistgħu f'xi mod jippreġudikaw dawn id-diskussjonijiet.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali – proċes biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu, biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 649 minħabba li l-informazzjoni li diġà ngħatat tapplika wkoll għal din il-mistoqsija parlamentari.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-UE biex nassiguraw li n-negozjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin. L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jiġu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-gvern Malti inkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost oħrajn li l-arranġamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa. Il-gvern huwa impenjat ukoll li jwaqqaf Brexit taskforce magħmula mill-gvern, il-Malta Enterprise u s-settur privat bil-għan li taħtaf kull opportunità possibli li Brexit tista ġġib lejn pajjiżna fil-waqt li nilqgħu għall-isfidi li joħorgu minn dan il-proċess. L-Onor. Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 651.
Leg 13 PQ #653 Sitting 19 2017-07-18 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, tista’ l- Ministru tagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tagħha u l-entitajiet li jaqgħu taħtha biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar tjista’ tpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 642.
Leg 13 PQ #642 Sitting 18 2017-07-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-UE biex nassiguraw li n-negozjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin. L-Onor. Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jigu kkunsidrati fl-analisi li qed iwettaq il-gvern Malti nkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost ohrajn li l-arrangamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa. Il-gvern huwa impenjat ukoll li jwaqqaf Brexit taskforce magħmula mill-gvern, il-Malta Enterprise u s-settur privat bil-għan li taħtaf kull opportunita possibli li Brexit tista ġġib lejn pajjizna fil-waqt li nilqgħu għall-isfidi li joħorgu minn dan il-proċess. L-Onorevoli Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analisi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Leg 13 PQ #643 Sitting 18 2017-07-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu, biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 642.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 642.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 642.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Konfiska ta’ flejjes u oġġetti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-dipartimenti/l-awtoritajiet fil-Ministeru tiegħu, li għandhom il-poter li jikkonfiskaw flejjes u/jew oġġetti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi konfiska ta’ oġġetti ssir fuq ordni tal-Qrati u għaldaqstant l-ebda Dipartiment jew entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru ma jikkonfiska oġġetti jekk mhux bl-awtorità tal-Qrati.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Konfiska ta’ flejjes u oġġetti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li saru (fi flejjes u/jew oġġetti oħra) mid-dipartimenti/l-awtoritajiet fid-dekasteru tiegħu, mill-2010 ‘il hawn u jgħid x’sar jew qed isir minn kull konfiska?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi konfiska ta’ oġġetti ssir fuq ordni tal-Qrati u għaldaqstant l-ebda Dipartiment jew entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru ma jikkonfiska oġġetti jekk mhux bl-awtorità tal-Qrati.

Persuni li għandhom status ta’ refuġjat f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom status ta’ refugjat f’Malta u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond f’liema lokalità huma uffiċjalment residenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hawn 1,347 persuna li għandha status ta’ refuġjat f’Malta. L-Uffiċċju ma’ jistax jipprovdi bil-preċiz informazzjoni dwar il-lokalita’ tar-residenza tagħhom għaliex jiġri kemm-il darba li ta’ spiss jibdlu l-indirizz, u l-indirizz li jagħtu lill-uffiċċju biex tingħatalhom il- Protection Card, jista' wara ftit żmien jinbidel.

Dipartiment jew awtoritajiet fil-Gvern li għandhom il-poter li jikkonfiskaw flejjes jew oġġetti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka d-dipartimenti/awtoritajiet oħra fil-Gvern li għandhom il-poter li jikkonfiskaw flejjes u/jew oġġetti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-konfiska ta’ flejjes jew oġġetti tista tapplika taħt diversi liġijiet. Biex isir irid ikun hemm bażi legali u jridu jeżistu ċ-ċirkostanzi li fihom il-liġi tkun tipprospetta li l-flus jew propjeta’ oħra jkunu soġġetti għall-konfiska. Per eżempju, fil-liġi kriminali huwa stabbilit illi l-oġġetti li jkunu ntużaw biex isir ir-reat, l-“ corpus deliciti” u l-frott ta’ reat huma konfiskabbli fil-każ ta’ ħtija. Il-ligijiet dwar t-traffikar tad-droga saħansitra jipprevedu l-konfiska tal-propjeta’ kollha tal-ħati. Il-liġijiet dogonali jipprevedu il-konfiska ta’oġġetti li jkunu qegħdin jindaħħlu fil-pajjiż in vjolazzjoni ta’ dawk il-liġijiet jew ta’ liġijiet oħra li jkunu jipprojbixxu l-importazzjoni tiegħu. Il-liġijiet li jirregolaw il-kambju u l-ammont ta’ flus li persuna tista’ toħroġ mill-pajjiż ukoll jipprovdu għall-konfiska fil-każ ta’ sejbien ta’ ħtija. Il-konfiska tista' wkoll issir fuq talba ta’ awtorità ġudizzjarja barranija abbażi ta’ trattati internazzjonali jew ta’ regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-ko-operazzjoni fil-qasam ġudizzjarju. Punt kardinali huwa li konfiska qatt ma tista issir arbitarjament u dejjem jibqa d-dritt illi wieħed jikkontesta l-konfiska tal-propjetà quddiem Qorti.

Asset Management Bureau

Question

Jista’ l-Ministru jagħti data meta l-Asset Management Bureau ser jibda jopera?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li insegwitu tal-Avviż Legali tal-2015 saru diskussjonijiet u tibdil fil-kompo¿izzjoni tal-Bureau. Infumat li l-Membri tal-Bureau qed jiltaqa’ regolarment ħalli jfasslu l-policy tal-istess Bureau. Bħalissa qed isir eżerċizzju ħalli jiġu ingaġġati uffiċjali biex jaħdmu fi ħdan il-Bureau.