Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tar-rapporti kollha li saru għal reati fil-Pietà fis-snin 2015, 2016 u 2017 (sena b’sena u reat b’reat)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tar-rapporti kollha li saru għal reati f’Santa Venera fis-snin 2015, 2016 u 2017 (sena b’sena u reat b’reat)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 628 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x’sar s’issa fil-proġett ta’ Maritime Hub u jgħid ukoll x’inhu mmirat li jintlaħaq sal-aħħar tal-2017?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tkompla x-xogħol infrastrutturali fuq is-sit li hija binja kbira u li ilha mitluqa għal-diversi snin. Ix-xogħol qed isir kemm taħt il-baħar (id-dredging), kif ukoll tiswijiet fuq il-mollijiet.
Apparti minn hekk qed titkompla il-manutenzjoni fuq areas oħrajn, bħat-tinda (shed), il-bini tal-akkademja u anke bini li se jintuża bħala mħażen.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 635, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-reati waslu biex jitressqu nies il-Qorti u jaqsam l-informazzjoni skont jekk l-akkużat kienx ta’ nazzjonalità Maltija jew barranija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li ma teżistix sistema kompjuterizzata biex id-dettalji mitluba fil-mistoqsija jinġabru, din l-informazzjoni nġabret manwlament u għaldaqstant ittieħed ħafna ħin. Infurmat illi mid-disa’ mija u disgħa u sebgħin (979) reat li ġew irrapportati fil-Marsa fis-snin 2015, 2016 u sat-30 ta' Ġunju, 2017, kif elenkat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 635, kien hemm mitejn u tlieta u tmenin (283) każ fejn tressqu tliet mija u disgħa u tmenin (389) persuna quddiem il-Qorti, inkonnessjoni ma’ dawn ir-reati. Minn dawn, tmienja u tmenin (88) persuna kienu ta' nazzjonalità barranija waqt li tliet mija u wieħed (301) kienu Maltin. Il-figuri kienu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.
No. of cases reported
979
cases with arraignments
283
cases without arraignments
696
Persons Arraigned
389
Maltese
301
Foreigners
88
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 630, ġaladarba l-Gvern wiegħed li jgħaddi l-art inkwistjoni lil Valletta United Waterpolo Club, jista’ l-Ministru jagħti d-data sa meta ser jiġi ffirmat il-kuntratt tat-trasferiment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-abbozz tal-kuntratt jinsab fil-fażi finali tiegħu u mistenni jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 630, ġaladarba l-Gvern wiegħed li jgħaddi l-art inkwistjoni lil Marsa FC jista’ l-Ministru jagħti d-data sa meta ser jiġi ffirmat il-kuntratt tat-trasferiment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi SportMalta bdiet il-proċess, skont ir-rekwiżiti rikjesti mil-ligi, biex tgħaddi l-art inkwistjoni lil Marsa FC u se tkun qed tagħmel dan mill-aktar fis possibbli.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 627, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar benefiċċji mogħtija lill-applikanti mitluba fil-mistoqsija oriġinali għas-snin 2016 u 2017 u dan mingħajr ma’ jikxef ismijiet speċifiċi tal-benefiċċjarji u dan skont Artiklu 21.6.d ta’ Kap. 463?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tar-rapporti kollha li saru għal reati fil-Belt Valletta fis-snin 2015, 2016 u 2017 (sena b’sena u reat b’reat)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba li tinkludi ‘break down’ tar-rapporti kollha li saru mal-Pulizija għal reati fil-Belt Valletta fis-snin 2015, 2016 u sal-aħħar ta' Ġunju 2017 (sena b’sena u b’reat b’reat) tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tar-rapporti kollha li saru għal reati fil-Ħamrun fis-snin 2015, 2016 u 2017 (sena b’sena u reat b’reat)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, li tinkludi ‘break down’ tar-rapporti kollha li saru mal-Pulizija għal reati fil-Ħamrun fis-snin 2015, 2016 u sal-aħħar ta' Gunju 2017 (sena b’sena u b’reat b’reat) tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Individual Investor Programme– applikant li jagħti donazzjoni lil xi għaqda filantropika
Question
Peress li l-għotja li jagħti applikant tal-Individual Investor Programme lil xi għaqda filantropika/NGO titqies bħala parti mill-evalwazzjoni tal-istess applikant, jista’ l-Ministru jgħid kif Identity Malta tista’ tagħmel tali evalwazzjoni meta ma jkollhiex rekord ta’ kemm kull applikant ikkontribwixxa?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Jobs Plus jagħmlux aċċertazzjoni li f’kumpaniji tal-manifattura ma jkunx qed jintuża l-ingaġġ ta’ ħaddiema barranin biex jitbaxxew ir-rati li jitħallsu bihom il-ħaddiema Maltin fuq l-istess xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proċedura ta’ ħruġ ta’ permessi ta’ Residenza/Xogħol (Single Permit) ir-rwol ta’ Jobsplus hu li jagħmel dak li jissejjaħ Labour Market Test. Dan it-test maqsum fuq tliet partijiet:
1. Jobsplus tivverifika li l-individwu għandu l-kredenzjali/kapaċitajiet meħtieġa li jagħmel ix-xogħol rikjest;
2. Jobsplus tara s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol;
3. Jobsplus tivverifika li min iħaddem ma jkunx għamel
redundancies
ta’ ħaddiema eżistenti biex idaħħal ħaddiema barranin fl-istess xogħol.
Minbarra dan, Jobsplus tagħmel ċert ukoll li l-paga dikjarata ma tkunx anqas mill-paga minima stabbilita mil-Liġi.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-iċċekjar fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ma jsirx minn Jobsplus iżda mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol (DIER).
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg – ingaġġ ta’ ħaddiema barranin
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-DIER jagħmlux aċċertazzjoni li f’kumpaniji tal-manifattura ma jkunx qed jintuża l-ingaġġ ta’ ħaddiema barranin biex jitbaxxew ir-rati li jitħallsu bihom il-ħaddiema Maltin fuq l-istess xogħol?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-DIER waqt l-investigazzjonijiet tiegħu f’postijiet tax-xogħol differenti jara li l-kundizzjonijiet tax-xogħol kollha, inklużi dawk relatati mal-ħlas ta’ pagi ma jiġux miksura għad-detriment tal-ħaddiema kkonċernati.
F’dan ir-rigward id-Dipartiment ma jiddistingwix fl-investigazzjonijiet tiegħu bejn ħaddiema Maltin u barranin u għaldaqstant jara li l-liġi tkun rispettata fl-intier tagħha.
kumpaniji reġistrati f'Malta mal-MFSA li għandhom azzjonisti ta' nazzjonalità li mhijiex Maltija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-istoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika data speċifika meta ser jidħlu fis-seħħ l-inċentivi fiskali għall-Prospects li ssemmew fid-diskors tal-Baġit għas-sena 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar abbozz ta Avviz Legal msejjaħ "Risk Investment Scheme Rules" li l-għan tiegħu hu li jimplimenta l-imsemmija inċentivi fiskali.
Dan l-Abbozz ġie diskuss bejn id-diversi partijiet konċernati (il-Malta Stock Exchange, il-MIMCOL, il-Ministeru għall-Finanzi u d-Dipartiment tat-Taxxi Interni), u jonqsu biss li jiġi reviewed mill-iSAMB (State Aid Monitoring Board).
Il-pubblikazzjoni tiegħu ghandha ssir fil-ġimgħat li ġejjin; madankollu dan jiddependi mill-approvazzjonijiet kollha li jistgħu jkunu meħtieġa.
Peress li aktar minn ħames xhur ilu l-kienet tħabbret miżura dwar inċentiv għat-trasferiment tan-negozju mill-ġenituri lill-ulied, jista’ l-Ministru jgħid meta biħsiebu jippubblika d-dettalji ta’ din il-miżura?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Avviż Legali Numru 131/17, li ġie ppublikat fit-2 ta Mejju 2017, jirreferi għall-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni fl-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji u jaqsam l-informazzjoni skont il-karigi u s-salarji/benefiċċji rispettivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tad-Dwana mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar.