Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #1993 Sitting 45 2017-10-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — first aiders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ġejt nfurmat li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 15 first aiders ċertifikati filwaqt li fl-entitajiet hemm 124.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija, ħlief għal żewġ entitajiet, hu kif muri fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien għad jonqos tingħata informazzjoni mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi u minn SportMalta. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. ( Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 662 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 47 nhar l-Erbgħa, 1 ta' Novembru 2017)

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej skont id-dipartiment/entita’ rispettiva: Enemalta – 44 first aiders ARMS – 10 first aiders Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – 169 first aiders Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma – 2 first aiders Enemed – 32 first aiders Mediterranean Oil Bunkering Services – 4 first aiders Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – 6 first aiders Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin ukoll diversi ‘ ’refresher courses ’’ biex kull min huwa first aider ċertifikat, iċ-ċertifikat tal- first aid jibqa’ wieħed validu. Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin ser isiru diversi korsijiet tal- first aid biex dan in-numru ta’ first aiders ċertifikati jkompli jiżdied u jkun hemm aktar first aiders ċertifikati.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — first aiders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tagħha u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li hemm sitt first aiders ċertifikati fi ħdan id-dekasteru tiegħi. Tlieta minn dawn il-first aiders qegħdin jaħdmu fl-Occupational Health and Safety Authority (OHSA), tnejn minnhom qegħdin jaħdmu fil-MEUSAC filwaqt li ħaddiem minnhom qed jaħdem ġewwa l-EU Secretariat.
Leg 13 PQ #1998 Sitting 45 2017-10-30 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — first aiders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, d-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandu total ta’ 20 defibrillator, imqassma kif ġej: · Palazzo Ferreria – 1 defibrillator · Aġenzija Sapport – 5 defibrillators fiċ-ċentri ta’ matul il -jum għall-persuni b’diżabilita, allokati fiċ-Ċentri kif ġej: - Fleur de lys, - Mtarfa, - Gwardjola (Isla), - Ħal Far u - Marsaskala. · Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita` – 1 defibrillator ġewwa Ċentru Servizz Anzjan, Il-Belt, u 9 defibrillators allokati fid-Djar tal-Anzjani u kif ġej: - Dar tal-Anzjani Floriana - Dar tal-Anzjani Msida - Dar tal-Anzjani Mosta - Dar tal-Anzjani Mtarfa - Dar tal-Anzjani Mellieħa - Dar Padova Gozo - Dar tal-Anzjani Żejtun - Dar tal-Anzjani Cospicua - Dar Residenza Zammit Clapp · Residenza San Vinċenz de Paul – 1 full crash trolley ġewwa id-Day Clinic tar-Residenza, u 3 defribillators allokati fis-swali tar-Residenza kif ġej: - St Francis 3 - St Joseph 3 - Rużar Briffa 3 Ir-Residenza għandha fil-pjanijiet tagħha li tixtri aktar defibrillators fil-futur qarib biex tkun mgħammra b’aktar apparat, għal kulur sular.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba dwar il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Rigward ministeri oħrajn nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri ikkonċernati.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fl-uffiċini tagħha ġewwa Hexagon House u kemm fir-Rabat (Għawdex) għandha defibrillator.

Ministeru għas-Saħħa — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 204 defibrillators fid-dipartimenti/entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa. Dawn jinsabu fi sptarijiet u dipartimenti pubbliċi.

Ministeru għall-Affarijier Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ m’għandux defibrillators fil-binjiet tiegħu. Ta’ min jinnota li fost il-binjiet li jinsabu fihom l-Ambaxxati u l-Konsolati ta’ Malta, hemm 3 defibrillators fil kumpless tal-bini fejn jinsab il-Konsolat Ġenerali ta’ Malta ta’ Toronto, Kanada.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #905 Sitting 39 2017-10-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — defibrillator

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-Kumpless Sportiv fir-Rabat Għawdex, wieħed mill-postijiet fis-Servizz Pubbliku li jaqa’ fid-dekasteru tiegħi hemm Defibrillator. Ta’ min jgħid ukoll li fid-daħla prinċipali taċ-Ċittadella se jkun installat Defibrillator fl-4 ta’ Diċembru 2017.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx defibrillators fil-bini tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Madankollu, nixtieq nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kienet ingħatat fil-leġiżlatura li għaddiet għall-mistoqsija parlamentari 32498 dwar defibrillators fl-iskejjel.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemed għandha defibrillator f’dawn il-faċilitajiet: Ras Ħanzir, Ħas Saptan, fl-Ajruport (In to Plane Operations), Wied Dalam, fl-Instalazzjoni tal-31 ta’ Marzu ġewwa Birżebbuġia u ġewwa d-‘’Dolphin Facility’’ ġewwa Marsaxlokk. Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għandu ‘’ defibrillator ’’ wieħed li qiegħed ġewwa l-uffiċini tagħhom fil-Marsa. L-Enemalta plc għandha żewġ Automated External Defibrillators li qiegħdin fid-daħla tal-Bini Amministrattiv tal-Kumpanija fil-Marsa u ieħor li jinsab fil-kamra tal- First Aid ġewwa d-Delimara Power Station.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — defibrillator

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ma hemm l-ebda defribillator fid-dipartimenti w l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru.
Leg 13 PQ #897 Sitting 35 2017-10-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma hemm ebda defibrillator.
Leg 13 PQ #898 Sitting 35 2017-10-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li dawn l-entitajiet għandhom Defibrillator: · Mediterranean Conference Centre – 1 · Malta Tourism Authority – 8* · Air Malta – 17 + 1 training kit · Malta Freeport Corporation Ltd – 1 Id-defibrillators tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jinstabu fil-kliniċi fuq il-bajjiet u jkunu miftuħin bejn 1000hrs u 1800 hrs kuljum bejn Ġunju u Settembru.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — defibrillator

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi hemm Defibrillator f’dawn il-postijiet: Wieħed fl-għassa ta’ Ħal Luqa fil-Korp tal-Pulizija Wieħed fiċ-Ċentru ta’ Ħal Safi fis-Servizz ta’ Detenzjoni Tlieta fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi: - wieħed fil-Faċilità ta’ Kordin - wieħed fil-Faċilità tal-CORRs l-Imtaħleb, u - wieħed fil-Forensic Unit ġewwa l-Isptar ta’ Mount Carmel Sitta fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili: - wieħed ġewwa l-Kamra tal-Kontroll ta’ Kandja - wieħed fl-Istazzjon ta’ Għawdex - wieħed fl-istazzjon tax-Xemxija - wieħed fl-istazzjon ta’ Kordin - wieħed fl-istazzjon ta’ Ħal Far, u - wieħed fis-Sezzjoni Marittima Ħmistax fil-Forzi Armati ta’ Malta: - tnejn f’Sant’Anton Palace/Kitchen Garden (OPR). (1 Regt) - wieħed fl-MIA. (1 Regt) - tnejn fil-Medical Infirmary. (Luqa Bks) - wieħed fit-Training School. (4 Regt) - tnejn fir-Rescue Section. (Air Wing) - tnejn fil-Guard Room. (Air Wing) - tnejn abbord is-Search & Rescue boats. (Maritime Squadron) - tnejn abbord il-Patrol Boats P51 and P52. (Maritime Squadron), u - wieħed abbord il-Patrol Boat P61. (Maritime Squadron)

Furjana — reati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra break down tar-rapporti kollha li saru għal reati fil-Floriana fis-snin 2015, 2016 u 2017 (sena b’sena u reat b’reat)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.