Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta pls – financial statements

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Enemalta plc?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif isir f’kull kumpaniji, l-estimi finanzjarji li qegħdin jiġu mitluba isiru fl-interess tal-operat tal-kumpanija. Dawn huma meqjusa kummerċjalment sensittivi u l-pubblikazzjoni tagħhom tista’ tippreġudika l-interessi tal-kumpanija.
Leg 13 PQ #23190 Sitting 530 2021-12-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Air Malta Aviation Services Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Air Malta Aviation Services Ltd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Air Malta hija entità kummerċjali, din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva, u għalhekk ma tistax tingħata.

Planning Authority – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Planning Authority?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar sett tal-Estimi Finanzjarji tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Lands Authority – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Lands Authority?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Lands Authority.
Leg 13 PQ #23181 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Resource Support and Services Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tar-Resource Support and Services Ltd?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Leg 13 PQ #23182 Sitting 529 2021-12-07 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Libyan Arab Maltese Holding Co – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Libyan Arab Maltese Holding Co?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Government Investments – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Malta Government Investment?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-financial statements tal- MGA ilhom mil-2016 ikunu ppublikati fuq is-sit eletroniku ta’ listess entità. Madankollu qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta' financial statements kif kien intalab.

Malta Industrial Parks Ltd – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Malta Industrial Parks Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Liġi dwar is-Samaritan it-Tajjeb

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma' daħħalx fis-seħħ il-liġi dwar is-Samaritan it-Tajjeb (Att. XXIX tal-2020) kif approvata mill-Parlament?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi msemmija daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Novembru 2021.
Leg 13 PQ #23174 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

AirMalta plc – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-AirMalta plc?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-talba għall-aħħar sett ta’ financial estimates tal-AirMalta plc hija meqjusa talba għal informazzjoni li hi kummerċjalment sensittiva u li ma tistax tingħata.

Malta Business Registry – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Malta Business Registry?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Leg 13 PQ #23176 Sitting 528 2021-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Malta Stock Exchange – financial estimates

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial estimates tal-Malta Stock Exchange?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – siti/binjiet fil-Belt – avviżi ta’ infurzar

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8077, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Belt Valletta fejn l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet avviż ta’ infurzar mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Ottubru 2021? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti: · id-dettalji ta’ fejn jinstab is-sit fejn hemm l-avviż ta’ infurzar; · it-tip ta’ użu tas-sit/bini; · ir-raġuni tal-infurzar; · id-data meta nħarġet l-ordni tal-infurzar; · jekk l-ordni ta’ infurzar għadux fis-seħħ illum; u · jekk itteħdietx azzjoni mill-Awtorità dwar il-każ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba hi disponibbli għal kulħadd permezz ta’ sistema aġġornata u msaħħa li llum għandha l-istess Awtorità tal-Ippjanar.

Awtorità tal-Ippjanar – siti/binjiet fil-Marsa – avviżi ta’ infurzar

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8078, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Marsa fejn l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet avviż ta’ infurzar mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Ottubru 2021? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti: · id-dettalji ta’ fejn jinstab is-sit fejn hemm l-avviż ta’ infurzar; · it-tip ta’ użu tas-sit/bini; · ir-raġuni tal-infurzar; · id-data meta nħarget l-ordni tal-infurzar; · jekk l-ordni ta’ infurzar għadux fis-seħħ illum; u · jekk ittieħdetx azzjoni mill-Awtorità dwar il-każ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni kollha mitluba hi disponibbli għal kulħadd permezz ta’ sistema aġġornata u msaħħa li llum għandha l-istess Awtorità tal-Ippjanar.

Kuntratti u Memorandum of Understanding – għaqdiet sportivi – art/proprjetà

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8132, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti/Memorandum of Understanding biex jgħaddilhom art u/jew proprjetà pubblika li daħal fihom ma’ għaqdiet sportivi għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Ottubru 2021?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti ffirmati bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 t’Ottubru 2021 huma s-sussegwenti. L-istess kuntratti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra: Senglea Regatta Club Pembroke Athleta Athletics and Triathlon Club Marsa FC Kirkop United FC Birzebbuga Regatta Club Hibernians Basketball Club SK Victoria Wanderers FC Valletta FC (Luqa) Valletta FC (Salinos) Marsaxlokk FC

Kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi — applikazzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8133, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta’ kull applikazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni responsabbli skont l-Avviż Legali rispettiv, b’rabta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Ottubru 2021? Għal kull każ, jista’ l-Ministru jgħid: a. min applika; b. fejn huwa s-sit li fuqu qed issir l-applikazzjoni u x’daqs fih il- footprint tas-sit; c. fiex tikkonsisti l-applikazzjoni u jekk tikkonsisti fi żvilupp kemm se jiġi żviluppat spazju f’termini ta’ metri kwadri; d. jekk il-Kummissjoni responsabbli approvatx il-proposta, għadhiex qed tevalwa jew irrifjutathiex; u e. f’każ li ġiet approvata, x’inhuma l-kundizzjonijiet ewlenin tal-kuntratt?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikaw 3 klabbs tal-futbol – St Lucia FC, Marsaxlokk FC u Sliema FC. Dawn kollha qegħdin fi stadju ta’ valutazzjoni u nħarġet l-ittra ta' notifika li l-proċess ta' validazzjoni ġie inizjat. Dawn jikkonsistu f’kumplessi sportivi, faċilitajiet għall-komunità, uffiċini u faċilitajiet kummerċjali.
Leg 13 PQ #23171 Sitting 527 2021-12-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Garanziji bankarji/statali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta' garanziji bankarji/statali li qiegħed jagħmel tajjeb għalihom il-Gvern?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #23172 Sitting 527 2021-12-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Swedish Income Tax Act – whitelist

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk Malta reġgħetx tpoġġiet fuq il-“white list” għall-finijiet tal-iSwedish Income Tax Act wara li kienet tneħħiet b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi ma rċieva l-ebda notifika, la fl-2019 u lanqas wara, dwar dan is-suġġett.