Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linji gwida tal-FITA minn meta twaqqfet fl-2000.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linja-gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) mindu din twaqqfet fis-sena 2000.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linja-gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) mindu din twaqqfet fis-sena 2000.
Ministeru għat-Turiżmu — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet/dipartimenti fi-dekasteru tiegħi, fil-maġġor parti tagħhom huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità ħlief għal:
GHRC
Fid-daħla tal-bieb hemm tarġa li se tiġi rranġata biex issir rampa għall-aċċess aħjar.
MTA
L-uffiċju tal-MTA ġewwa l-Imdina għandu rampa mill-bieb il-ġewwa, iżda fuq barra hemm 2 tarġiet. L-MTA għamlet talba biex isir
railing
temporanju li jinqala’ filgħaxija iżda peress li l-bini huwa wieħed storiku hemm xi diffikultajiet estetiċi. F’każ ta’ viżitatur li għandu problema ta’ aċċessibilita’, l-istaff tal-MTA joħorġu jaqdu l-klijenti ħdejn il-bieb.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħdan id-dekasteru tiegħi hemm xi numru ta’ postijiet li għadhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità iżda kull Entità u Dipartimenti li jaqgħu taħti huma mpenjati li dejjem ikomplu jtejjbu l-aċċessibilita’ tal-postijiet tagħhom fejn hu teknikament possibli.
Ta' min iffakkar li fil-Ministeru tiegħi hemm diversi binjiet li l-maggoranza tagħhom huma ta natura industrijali kif ukoll ġonna li huma mxerdin madwar Malta u għaldaqstant mhux dejjem hu ambjent fejn possibli li jkun hemm access għal persuni b’dizabilita. Fl-istess hin huwa tajjeb li wieħed jifhem li qed issir ħidma anki teknika biex dawn isiru aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Uħud minn dawn il-binjiet ilhom iservu funzjonijiet pubbliċi differenti għal żmien twil.
Ministeru għas-Saħħa — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-binja tal-Ministeru għas-Saħħa mhix kompletament aċċessibbli minħabba li hija binja storika u għandha ċerti limiti arkitettoniċi.L-uffiċċji tal-Port Health, tar-reġjuni tal-punent,tat-tramuntana, dak tan-nofsinhar u tal-pest control li jagħmlu parti mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika, kif ukoll iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gzira m’humiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Ninfurmah ukoll illi hemm ippjanati diversi inizjattivi sabiex tiżdied l-aċċessibbilità f’dawn l-uffiċċji.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tinsab hawn taħt.
Embassy of Malta in
Rome
Lungotevere Marzio, 12, 00186, Rome
Consultation is underway with the Ministry to make refurbishment coincide with the implementation of further accessibility for disabled persons within the Embassy.
Embassy of Malta in
Tripoli
Embassy of Malta, 13, Obei Ben Ka'Ab Street, Tripoli, Libya
The building that houses the Official Residence, Chancery & 2nd Quarters is old. Future plans for renovation will take into consideration accessibility.
Embassy of Malta -
Washington
Embassy of Malta, 2017 Connecticut Ave NW Washington DC 20008 United States
The Mission will require considerable works including installation of lifts to make it accessible. There are no immediate plans to remedy the situation.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li huma l-binja tal-Kummissarju Għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija, l-binja tal -Information Management Unit (IMU) u l-binja tad-Dipartiment tal-Verifika Interna u Investigazzjonijiet li mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li qed issir ħidma anki teknika biex dawn isiru aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Uħud minn dawn il-binjiet ilhom iservu funzjonijiet pubbliċi differenti għal żmien twil.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira tal-postijiet fid-dekasteru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Pereżempju, l-binja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li tinkludi wkoll Dipartimenti u Direttorati hija kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. L-istess, l-MCAST huwa kompletament aċċessibbli bir-rampi u lifts li hemm installati fil-kampus. Hekk ukoll il-faċilitajiet sportivi kollha ta' SportMalta huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Din l-aċċessibilità teżisti wkoll f'entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħi fosthom il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazjoni Avvanzata u Ogħla, l-Institute for Education, in-National Employment Authority u Aġenzija Żgħażagħ.
Madankollu, infurmat li mhux il-postijiet kollha fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huma aċċessibbli. Uħud huma aċċessibbli parzjalment. Fejn m'hemmx aċċessibilità, hemm ippjanat xogħlijiet biex l-aċċessibilità tiżdied.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-postijiet fl-Entitajiet/Dipartimenti fid-dekasteru tiegħi huma kollha aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.
Fir-Rigward tal-Enemalta plc, il-bini ewlieni tal-Kumpanija li jinsab fil-Marsa u li fih hemm l-uffiċju tal-Customer Care huwa ukoll aċċessibli għall-persuni b’diżabilità. Madankollu l-Enemalta plc għandha diversi postijiet tax-xogħol oħra u stallazzjonijiet tal-Ġenerazzjoni u Distribuzzjoni tal-elettriku li mhux neċessarjament jistgħu jkunu aċċessibli minħabba n-natura teknika tagħhom.
Kull Entità u Dipartimenti li jaqgħu taħti huma mpenjati li dejjem ikomplu jtejjbu l-aċċessibilita’ tal-postijiet tagħhom fejn hu teknikament possibli.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, tista’ tgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li fi ħdan id-dekasteru tiegħi hemm xi numru ta’ postijiet li għadhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, li jinkludu l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, l-EU Secretariat – l-iStrategy and Implimentation Division, il-Managing Authority (EU Funds) u waħda miż-żewġ binjiet tad-DIER. Il-kumplament tal-binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.
Tajjeb nirrimarka l-fatt li ċertu postijiet mhumiex aċċessibbli minħabba n-natura storika tagħhom.
Madanakollu hemm ippjanati inizjattivi sabiex fejn hu possibbli tiżdied l-aċċessibilità.
Ministeru għall-Finanzi — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi huwa kommess li jgħin tali ħaddiema fi ħdan il-Ministeru u għal daqstant ma hemm l-ebda indikazzjoni li jekk kien hemm xi lment ma ġiex trattat biex tipprova tissolva s-sitwazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm lmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena kien hemm ilment wieħed fejn il-ħaddiem beda’ jsibha diffiċli biex maż-żmien iwettaq ix-xogħol tiegħu. Il-management tal-isptar kkonċernat sab soluzzjoni billi jipprovdi għajnuna u alternattivi oħrajn sabiex dan il-ħaddiem ikun jista’ jkompli bil-ħidma tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru kif ukoll id-dipartiment li jaqgħu taħtu,ma rċevewx ilmenti mingħand persuni b’dizabilita’ minħabba il-limitazzjonijiet imposti mid-dizabilita’ tagħhom.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar ebda ilment tali tul din is-sena.