Korp tal-Pulizija – membri li huma mħarrġin fil-Close Protection
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma mħarrġin fil-Close Protection?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li huma mħarrġin fil-Close Protection ivarja skont l-attivitajiet li jkunu previsti li jsiru Malta minn żmien għal żmien, bħalma sar waqt il-laqgħat ta' CHOGM fis-snin 2005 u 2015 u attivitajiet oħra, inklużi dawk relatati mal attivitajiet tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill. Kien hemm żmien fejn dawn kienu madwar 250. Hemm ukoll numru ferm iżgħar ta' Close Protection Officers li t-taħriġ tagħhom hu kontinwu minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid min jiddeċiedi li persuna tingħata l-protezzjoni tal-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bħalma dejjem kienet il-prassi, meta jkun hemm rakkomandazzjoni jew talba, ikun il-Kummissarju tal-Pulizija li jiddeċiedi meta persuna tingħata l-protezzjoni mill-Pulizija u l-mod ta' protezzjoni.
IIP Account – kontribuzzjonijiet lil għaqdiet filantropiċi/NGOs
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30084 tat-12-il Leġiżlatura, peress li l-għotja li jagħti applikant tal-IIP lil xi għaqda filantropika/NGO titqies bħala parti mill-evalwazzjoni tal-istess applikant, jista’ l-Ministru jgħid kif Identity Malta tista’ tagħmel tali evalwazzjoni meta ma jkollhiex rekord ta’ kemm kull applikant ikkontribwixxa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li b’referenza għat-twegiba tal-Mistoqsija Parlamentari 30084 tat-12-il leġislatura, tajjeb li jkun preċiżat li kull applikant tal-IIP llum huwa mitlub jindika l-għotjiet li jkun għamel lil kull NGO, kif ukoll jippreżenta rċevuta biex jikkonferma l-għotjiet, sabiex Identity Malta tkun tista’ tagħmel l-evalwazzjoni neċessarji.
NSO – tourist arrivals u bed nights — metodoloġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’metodoloġija tintuża biex in-National Stastics Office (NSO) jiddetermina n-numru ta’ tourist arrivals u bed nights f’pajjiżna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta– postijiet reġistrati li joffru private accomodation lit-turisti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 679, jista’ l-Ministru jindika jekk numru ta’ appartamenti jew kmamar fi blokk wieħed jiġix definit taħt liċenzja waħda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu li liċenzji fuq appartamenti/residenzi jiġu approvati individwalment. B’hekk grupp ta’ appartamenti jew kmamar fi blokk ma jistgħux joperaw taħt liċenzja waħda sakemm ma jkunux ikkonfermati bħala residenza waħda.
Inċentivi lill-employers privati — ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux skemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat? Jekk iva, jista’ jpoġġi d-dettalji u t-termini tal-iskema rispettivi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Inċentivi lill-employers privati — ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux skemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat? Jekk iva, jista’ jpoġġi d-dettalji u t-termini tal-iskema rispettivi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin ġew imnedija numru ta’ inizjattivi sabiex iħeġġu lil min jimpjega jingaġġa persuni b’diżabilità. Fosthom insibu l-infurzar tal-liġi li tistabilixxi li 2 fil-mija tal-ħaddiema ta’ intrapriżi li jħaddmu iżjed minn 20 ħaddiem, għandhom ikunu persuni b’diżabilità.
Persuna li tħaddem persuna b’diżabilità tkun eżentata milli tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal dak l-individwu, u tkun eliġibbli li tirċievi inċentiv fiskali ekwivalenti għal 25 fil-mija tal-paga tal-persuna b’diżabilità - sa massimu ta’ €4,500 għal kull persuna.
Barra minn hekk, il-korporazzjoni Jobsplus toffri sussidju fuq il-paga għal min jimpjega persuni b’diżabilità permezz tal-iskema Access to Employment. Min jibbenefika minn din l-iskema ma jkunx intitolat għall-inċentiv fiskali. Dan għaliex, permezz tal-iskema Access to Employment, min jimpjega jkollu sussidju ta’ €125 fil-ġimgħa għal massimu ta’ 156 ġimgħa għal kull persuna b’diżabilità li tingħata impjieg fuq bażi full-time. Is-sussidju jkun pro-rata jekk l-impjieg ikun fuq bażi part-time.
Iktar informazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku ta’ Jobsplus:
https://jobsplus.gov.mt/employers-mt-MT-en-GB/employing-persons/employing-persons-disability
https://jobsplus.gov.mt/schemes-jobseekers/a2e-scheme
Valletta FC — Art biex jibnu l-istadium u faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Valletta FC jingħataw art biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa kommess illi jgħaddi l-art in kwistjoni lil Valletta FC u filwaqt li diġà hemm porzjon ta’ art riservata sabiex tingħadda lill-klabb, għaddejjin negozjati ma’ terzi fuq art adjaċenti sabiex parti minnha tingħaqad mal-parti riservata u b’hekk l-art tingħadda kollha lil Valletta FC.
Tal-Pietà – Kunsill Lokali – lista’ ta’ xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Pietà fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ix-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Pietà qiegħdin jiġu murija fit-tabelli t’hawn taħt.
2016
XogħolTriq / ToroqResponsabbli minnu€
Sistema ġdida ta’ dawlĠnien Sa MaisonMica Med47,328
2017 (sat-30 ta’ Settembru)
XogħolTriq / ToroqResponsabbli minnu€
Tibdil ta' lamp postsĠnien Marina (Torpedo Depot)Mica Med 73,750
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq safar mill-Kunsill Lokali tal-Pietà fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Pietà li n-nefqa tiegħu fuq safar matul is-sena 2016 kienet ta’ €1,466.80 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru kienet ta’ €772.42
Santa Venera – Kunsill Lokali – lista’ ta’ xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni hekk kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera qed tiġi murija fit-tabelli t’hawn taħt.
2016
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Mejju
Tiswijiet ta’ toroq u bankini
Triq ¯onqor
Central Asphalt Ltd
75,116.85
Mejju
Tiswijiet ta’ toroq u bankini
Parti minn Triq Misraħ il-Barrieri
Central Asphalt Ltd
187,656.42
2017 (sat-30 ta’ Settembru)
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Marzu - Lulju
Tiswijiet ta’ toroq u bankini
Triq Qormi
Central Asphalt Ltd
82,686.15
Mejju
Tiswijiet ta’ toroq u bankini
Triq il-Kbira San Ġu¿epp
Central Asphalt Ltd
92,215.13
Il-Furjana – Kunsill Lokali – lista’ ta’ xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Furjana fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-segwenti tabella turi l-informazzjoni hekk kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali tal-Floriana.
2016
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Frar
Upgrading ta’
bankini fl-inħawi
ta’ Balzunetta
Triq
il-Konservatorju
Road Servicing Ltd
8,941
April
High Friction Surface
Triq il-Fosos
Bonnici Brothers
1,605
Lulju
Resurfacing qrib
Binja Vilhena
Pjazza Sir Luigi Preziosi
Road Servicing Ltd
20,425
2017 (sat-30 ta’ Settembru)
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Lulju
Xogħol ta’ trenching
u resufacing
Triq Lopez,
Triq Vilhena u
Triq l-Isqof
Mauro Caruana
Road Servicing Ltd
59,608
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq safar mill-Kunsill Lokali tal-Furjana fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li n-nefqa tiegħu fuq safar matul is-sena 2016 kienet ta’ €1,040.00 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru kienet ta’ €2,020.90.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tax-xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Marsa fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
It-tabelli hawn taħt juru l-informazzjoni mitluba hekk kif ipprovduta mill-Kunsill Lokali tal-Marsa.
2016
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Frar
Għoti tat-Tarmak
Triq is-Sajjieda
Central Asphalt
41,243.25
Awwissu
Bankini
Diversi toroq
Karmig
17,061.21
2017 (sat-30 ta’ Settembru)
Xahar
Xogħol
Triq / Toroq
Responsabbli minnu
€
Awwissu
Bankini
Diversi toroq
Karmig
19,813.03
Ottubru
Bankini
Diversi toroq
Karmig
6,291.57
Ottubru
Għoti tat-Tarmak
Triq it-Tiġrija
Central Asphalt
96,394.18
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq safar mill-Kunsill Lokali tal-Marsa fis-sena 2016 u matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Marsa li għas-sena 2016 intefqu €1,188.17 fuq safar, filwaqt li matul din is-sena sat-30 ta’ Settembru ma ntefqu l-ebda flus.