Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 692 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2014 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 693 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2015 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 697 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tad-Dwana mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 698 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Deċiżjonijiet tal-Qrati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga – assi kkonfiskati
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 638, jista’ l-Ministru jgħid hux lest li l-assi li jiġu kkonfiskati wara deċiżjonijiet tal-Qrati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga jgħaddihom għall-użu mis-Sedqa, il-Caritas u l-Oasi biex jiffinanzjaw il-ħidma tagħhom fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga?
Response (BONNICI, OWEN)
Infakkar li l-Gvern qed jgħaddi diġà lill-entitajiet imsemmija l-flus li jiġu mill-ħlasijiet ta' multi fuq reati ta' pussess sempliċi tad-droga. Il-Gvern hu miftuħ għall-konsiderazzjoni ta' suġġerimenti ta' dan it-tip.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 673, jista’ l-Ministru jagħti l-ammont totali ta’ spazji għall-parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ Parkeggi Riservati huwa ta’ mija u sitta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 673, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ spazji għall-parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 673, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-ispazji għall-parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta li jistgħu jintużaw mill-pubbliku wara l-ħin tal-uffiċċju?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mekkaniżmu biex vettura li tkun ilha aktar minn 30 ġurnata f’pajjiżna, tiġi tracked
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 682, jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu jintuża biex tiġi tracked vettura li tkun ilha aktar minn 30 ġurnata f’pajjiżna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tibgħat tinforma lil dawk is-sidien tal-vetturi li jkunu għamlu permess ta’ tletin ġurnata mal-Awtorità sabiex jużaw l-vettura tagħhom fi triq, li l-permess skada u li jekk mhux se jirreġistraw l-vettura tagħhom dawn jiġu mmultati €30 għal kull ġurnata li tgħaddi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 682, jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu vetturi li kienu ilhom aktar minn 30 ġurnata f’pajjiżna fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u d-data sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, u jaqsam l-informazzjoni sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 inġabru 13-il vettura, fl-2014 inġabru 46, fl-2015 inġabru 7, fl-2016 inġabru 94, u fl- 2017 (sal-lum) inġabru 90 vettura li kien ilhom aktar minn 30 ġurnata f’pajjizna.
Wieħed ukoll irid jinnota illi ddahlet sistema ta’
clamping
sabiex il-problema ta’ vetturi b’registrazzjoni barranija li jinsabu f’ pajjizna b’ mod irregolari, tiġi ndirizzata aħjar.
Deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu kkonfiskati flejjes, oġġetti u assi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu kkonfiskati flejjes u/jew oġġetti u/jew assi oħra bejn l-2010 u sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-informazzjoni sena b’sena? Għal kull deċiżjoni, jista’ jindika jekk din ġietx esegwita u x’kien l-eżitu tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni li qed tiġi mitluba hija vasta ħafna u peress li tkopri kull tip ta’ kawża, minn dawk tad-distrett sa ġurijiet.
L-istatistika li tinżamm mill-Qorti ma tkoprix il-kawżi kollha fejn tinħareġ ordni ta’ konfiski. Fil-maġġor parti tal-każijiet fejn ikun hemm ordni ta’ konfiska, l-ordni tiġi eżegwita billi, il-flus jiġu mgħoddija favur il-Gvern ta’ Malta, oġġetti bla valur jiġu distrutti u oġġetti oħrajn id-Dipartiment jiddisponi minnhom skont il-ligi.
Deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu ffriżati flejjes, oġġetti u assi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu ffriżati flejjes u/jew oġġetti bejn l-2010 u sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-informazzjoni sena b’sena u jgħid jekk dawn il-flejjes u/jew oġġetti u/jew assi oħra għadhomx iffriżati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn is-sena 2010 sal-lum, in-numru ta’ Ordni ta’ Frizar kif ordnat mill-Qorti u kemm minnhom għadhom fis-seħħ huwa kif muri fit-tabella ta hawn taħt:
Friżar tal-Assi
Numru ta’ persuni b’ordni ta’ Friżar tal-Assi, sena b’sena
Friżar tal-Assi li għadu fis-seħħ
2010
61
53
2011
27
20
2012
68
49
2013
62
59
2014
90
84
2015
89
89
2016
62
61
2017
34
34
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li rreġistraw deficit fl-aħħar sena finanzjarja u f’kull każ jgħid kemm kien dan id-deficit?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li rreġistraw deficit fl-aħħar sena finanzjarja , kif ukoll kemm kien dan id-deficit. Għall-benefiċċju tal-Onor. Interpellant u għal kull ċittadin, li jesiġi li flusu jintefqu kif jixraq, qed nagħtu wkoll stampa tal-istess sitwazzjoni fl-2012. Id-diskrepanza hi aktar minn evidenti u tixhed kif l-aħħar snin kienu aktar minn strumentali biex l-affarijiet jibdew jiġu rranġati minn kif kienu taħt amministrazzjoni preċedenti.
Intant nirrimarka li tlett Kunsilli Lokali għad ma għandomx l-audits tagħhom finalizzati, għal raġunijiet lill’hinn mill-kontroll tagħhom. Jidher li d-dewmien kien ikkaretizzat minn diversi fatturi. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jissorvelja dan il-ka¿ flimkien mall-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom negative equity (jiġifieri liabilities akbar mill-assi) fl-aħħar sena finanzjarja u f’kull każ jgħid ta’ kemm kien dan in-negative equity?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hemm Kunsill Lokali wieħed li hu dak tal-Imdina li għandu negative equity. Dan jammonta għal €56,937. Intant, madankollu, il-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Ħal Għaxaq u l-Kalkara għadhom ma kkonkludewx l-eżerciżżju ta’ verifika għaldaqstant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali għadu ma rċeviex l-istqarrijiet finanzjarji.
Kawżi pendenti ta’ kontestazzjoni ta’ konfiska tal-proprjetà
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 637, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ kawżi pendenti ta’ kontestazzjoni ta’ konfiska tal-proprjetà u f’kull każ jgħid ukoll kemm ilhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’dan l-istadju mhux qed tinżamm statistika dwar kemm isiru kawżi ta’ kontestazzjoni ta’ konfiska ta’ proprjetà.
Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 638, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif jaf l-Onor. Membru l-Asset Recovery Bureau huwa fl- istadju formattiv u għalhekk wieħed ma jistax jistenna li f’dan li stadju jkun hemm diġa l-proċeduri msemmija fid-domanda. Apparti minn hekk huwa rilevanti li flus konfiskati jew flus li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ proprjeta’ konfiskata jgħaddu għand il-Gvern kif provdut fir-regolamenti li jwaqqfu l-Asset Recovery Bureau.
Inċentivi lill-employers privati — ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux skemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat? Jekk iva, jista’ jpoġġi d-dettalji u t-termini tal-iskema rispettivi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali bħalissa u jaqsam l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 3,271 –il applikazzjoni. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba
Akkomodazzjoni Soċjali – applikazzjonijiet għal bdil ta’ postijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ applikazzjonijiet għal bdil ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali bħalissa u jaqsam l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 522 –il applikazzjoni. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali bħalissa u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ilhom pendenti kif ġej:
a. Aktar minn ħames snin;
b. Bejn erba’ u ħames snin;
c. Bejn tlieta u erba’ snin;
d. Bejn sentejn u tliet snin;
e. Bejn sena u sentejn; u
f. Inqas minn sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 3,271 –il applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti, hekk kif ġej:
Numru ta’ Snin li ilhom Pendenti l-Applikazzjonijiet
Total
Aktar minn ħames snin
1161
Bejn erba’ u ħames snin
419
Bejn tlieta u erba’ snin
320
Bejn sentejn u tliet snin
342
Bejn sena u sentejn
473
Inqas minn sena
556
3271