Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa?
Response (BORG, IAN)
Skond mappa 12 tal-Grand Harbour Local Plan (ara l-mappa annessa li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ), l-stadium u l-faċilitajiet fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa jinsabu ġo żona ta’ mportanza Xjentifika (Site of Scientific Importance - An area of geological importance has been identified as indicated on the Inset Map. Any works proposed to be carried out on or in the vicinity of this area which require development permission must be assessed in relation to their effect upon the geological significance of the site. Dumping or significant excavation of material will not normally be acceptable)
Ir-reviżjoni tal-Pjan Lokali datat 10 ta’ Marzu 2011 jagħraf s-sit ta’ l-stadium u l-faċilitajiet fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa bħala l-Marsa Sports Complex taħt il-policy GM 24 – The Marsa Sports Complex (ara l-mappa - FIG A approved li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni x-Shooting Range tal-Bidnija?
Response (BORG, IAN)
L-art in kwestjoni tinsab barra ż-żona tal-iżvilupp.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop jaqa parti (madwar kwart tal-binja, b’faccata fuq Triq Raffaele Caruana) fiż-żona tal-iżvilupp filwaqt li l-kumplament tal-binja taqa barra iż-żona tal-iżvilupp.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch tas-Saint Patricks f’Ħaż-Żabbar?
Response (BORG, IAN)
L-art in kwestjoni tinsab barra ż-żona tal-iżvilupp.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet ta’ Santa Luċija?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, is-sit li jinsabu fih l-istadium u l-faċilitajiet ta’ Santa Lucija qiegħed fiż-żona tal-iżvilupp.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha se jinbena l-football pitch ta’ Marsaskala?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, is-sit tal-football pitch ta’ Marsaskala jinstab barra iż-Żona ta’ l-iżvilupp u ġo żona identifikata għal facilitajiet ta’ rekrejazzjoni (ara Mappa MS1 annessa li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Jista’ l-Ministru jgħid x’permessi għandu l-fond li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fond imsemmi hu munit b’ permess tal-2002 biex jopera bħala tali skont l-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet ta’ Ħamrun Spartans FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-pjan lokali taċ-Ċentru ta’ Malta, l-art li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet ta’ Ħamrun Spartans FC tinsab f’'żona ta’ żvilupp fejn żvilupp relatat ma’ sport biss jista jkun permessibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet tal-Hibernians FC?
Response (BORG, IAN)
L-istadium u l-faċiliatijiet tal-Hibernians Football Club jinstabu f’ Raħal l-Ġdid barra l-Industrial Estate ta’ Kordin.
Skond il-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir (Grand Harbour’s Local Plan: 2006), is-sit jinstab f’żona identifikata għal faċilitajiet sportivi (ara Mappa 16 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet ta’ Sliema Wanderers FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali ta’ fuq ta’ Malta, l-art li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet ta’ Sliema Wonderers FC tinsab f’ żona ta’ żvilupp.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 699 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien ebda transfer ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn.
kumpaniji reġistrati f'Malta mal-MFSA li għandhom azzjonisti ta' nazzjonalità li mhijiex Maltija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 705 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra kif mgħoddija lili mill-MFSA.
Dipartiment tat-Taxxa – trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 684 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn is-settlor huwa Malti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 689 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta' kumpaniji maghrufa mal Kumissarju ghat-Taxxi u li gew registrati ghal ragunijie tat-taxxa fuq id-dhul matul is-snin huwa ta' 88,268. Madankollu, minn dawn, 63,333 biss huma magħrufa li ghadhom attivi sad-data ta' 27 ta' Ottubru 2017.
·
Nixtieq niċċara li dawn il-figuri ikopru minbarra Limited Liability Companies, entitajiet oħrajn li huma ikkunsidrati bħala kumpaniji, li jinkludu, SICAVs (ie Collective Investment Schemes b’kapital varjabbli), Societe European (kumpaniji pubbliċi skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni Ewropea) u Partnership en commandite li l-kapital tagħhom hu maqsum f’ishma.