Dipartiment tat-Taxxa – trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2095 u 684 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn is-settlor huwa Malti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ stabbilimenti fil-Marsa li għandhom permess ta’ operat mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu (MTA) u għal kull stabbiliment jgħid għal xiex huma liċenzjati li joperaw u sa x’ħin għandhom permess li jibqgħu miftuħin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li preżentament fil-lokalità tal-Marsa għandha dawn l-istabbilimenti liċenzjati:
Bars
38
Snack Bars
15
Kiosks
1
Ristoranti
1
Aġenziji tal-Ivjaġġar
3
L-istabbilimenti tal-ikel għandhom permess joperaw sas-siegħa ta’ filgħodu (0100hrs).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn taxpayers (individwi) f’Malta fl-2016 u kemm minnhom ma kellhomx l-ebda taxxa (FSS) xi jħallsu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ taxpayers (individwi) f’Malta fl-2016 kien 315,491.
Minnhom kien hemm 43,888
taxpayers
illi rriżulta li ma kellhomx taxxa xi jħallsu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn taxpayers (kumpaniji) f’Malta fl-2016 u kemm minnhom ma kellhomx l-ebda taxxa (FSS) xi jħallsu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ taxpayers (kumpaniji) f’Malta fl-2016 kien 55,164.
Peress li l-maġġorparti tal-formoli tat-taxxa tal-kumpaniji (sena bażi 2016), intbagħtu milux m’aħniex f’pożizzjoni li nagħtu l-figura totali ta' dawk il-kumpaniji li ma kellhomx iħallsu taxxa.
Jista’ l-Ministru jagħi rendikont dettaljat tal-ħidma tat-Tax Compliance Unit fl-2016 u jagħti l-istatistika kollha neċessarja (mingħajr ma jsemmi każijiet individwali)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2016, it-Tax Compliance Unit kompliet bix-xogħol tagħha ta’ investigazzjonijiet fuq diversi individwi u kumpaniji wara eżerċizzji mir-Risk Management Unit, li xogħolha hu li tiddentifika każijiet ta’ evażjoni ta’ taxxa diretta u taxxa indiretta.
L-investigazzjonijiet ivarjaw minn
Aspects Audits
,
Limited Scope Audits
u
Fully Fledged Investigations
.
Qed isiru wkoll eżerċizzji biex ninkoraġġixxu aktar
Voluntary Compliance
, kemm fir-rigward ta’ dikkjarazzjonijiet u anke’ fis-submission ta’ tax/vat returns.
L-ammont ta’ każijiet investigati matul is-sena 2016 kien ta’ 1218 u r-revenue ġġenerat minn dawn il-każijiet u xi eżerċizzji oħra relatati kien ta’ € 58,615,775.
FIAU – rapporti lill-Pulizija ta’ money laundering
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dwar money laundering mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) lill-pulizija mill-2013 ‘il hawn u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Ippjanar – Żvilupp fi Strategic Open Gap
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom l-Awtorità tal-Ippjanar tiddeċiedi li tippermetti żvilupp fi Strategic Open Gap?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Strategic Open Gaps huma żoni identifikati f’erba pjanijiet lokali tal-2006 jiġifieri Central Malta Local Plan, North West Local Plan, South Malta Local Plan u l-Gozo and Comino Local Plan u l-kriterji jinsabu fil-policies CG25, NWCO11, SMCO10 u GZ-SETL-2 rispettivament. Kopja tal-policies qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi ta’ żvilupp f’żoni definiti bħala Strategic Open Gap mill-2013 sal-lum u jaqsamhom sena b’sena u lokalità b’lokalità?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2724, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 513 f’żoni definiti bħala Strategic Open Gapmill-2013 sal-lum. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni maqsuma skont kif staqsa l-Onor. Interpellant.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet deċiżi u approvati mill-1 ta' Jannar 2013 li s-sit tagħhom jaqa jew parzjalment jaqa f’żona definita bħala Strategic Open Gap.
Jista’ l-Ministru jgħid meta biħsiebu l-Gvern jiftaħ iċ-Ċentru tal-Impjiegi għall-Immigranti, kif kien ħabbar fl-2015 u jgħid f’liema lokalità se ssir?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tal-Impjiegi għall-Immigranti ilu miftuħ minn Mejju 2017 u jinsab fil-lokalità tal-Marsa.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet infetħu skejjel fl-aħħar ħames snin u jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategic Open Gap, eċċ.) li fuqha hija mibnija kull skola u l-faċilitajiet rispettivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub dwar skejjel li nfetħu bejn l-2013 u l-2017, kif ukoll tagħrif dwar l-artijiet li ntużaw, hu kif muri fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista tinkludi wkoll skejjel b'kunċett ġdid li nfetħu f'binjiet li diġa` kienu jeżistu qabel.
Attachments:PQ 2726 - Skejjel u faċilitajiet - art.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet huwa ppjanat li se jinfetħu skejjel fil-ħames snin li ġejjin u jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategic Open Gap, eċċ) li fuqha se tinbena kull skola u l-faċilitajiet rispettivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-programm li tfassal mill-Ministeru u li bħalissa qegħdin nimxu fuqu flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (Foundation for Tomorrow’s Schools), l-iskejjel li huma ppjanati li jinfetħu fil-ħames snin li ġejjin u tagħrif dwar l-artijiet li ser jintużaw għal dawn il-faċilitajiet, hu kif muri fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 2727 - Skejjel li huma ppjanati li jinfetħu fil-ħames snin li ġejjin.pdf
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – riklam — funzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-funzjonijiet li se jagħmel l-uffiċċju li l-Ministeru tiegħu qed ifittex, hekk kif indikat fir-riklam li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, r-riklam għal tfittxija ta’ spazju biex jintuża bħala uffiċċju, fil-lokalità imsemmija, kien sabiex jinstab post biex iservi bħala uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch ta’ Luxol St. Andrews?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali (North Harbours Local Plan: 2006), is-sit jinstab fiż-żona ta’ l-iżvilupp (ara Mappa PE1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet ta’ Melita FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali ta’ fuq ta’ Malta, l-art li fuqha huwa mibni l-football pitch ta’ Melita FC tinsab f’ Żona ta’ Żvilupp fejn żvilupp relatat ma sport biss jista jkun permessibbli. Il-Facilitajiet ta’ l-stess club jinsabu fuq art barra iż-żona ta’ żvilupp fejn fl-istess Pjan Lokali jindika din l-art bhala spazju miftuh ghall-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet ta’ Swieqi United FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali (North Harbours Local Plan: 2006), is-sit jinstab fiż-żona ta’ l-izvilupp (ara Mappa PE1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet tal-Għaxaq FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, is-sit jinstab barra iż-żona ta’ l-iżvilupp u ġo żona identifikata għal faċilitajiet sportivi (ara Mappa GH1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet tax-Xgħajra FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, is-sit li jinsab fih il-football pitch tax-Xgħajra qiegħed fiż-żona tal-iżvilupp.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet ta’ Marsaxlokk FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali ta’ Marsaxlokk l-football pitchu l-faċilitajiet ta’ Marsaxlokk FC jinsab barra iż-żona ta’ l-iżvilupp pero' jinsab ukoll ġo żona li hija identifikata fil-pjan lokali bħala sit li għaliha jrid isir Development Brief.