Regolamenti għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti li jirregolaw il-faċilitajiet li jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali skond kif provdut f’Artikolu 11 tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap 578?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-Malta Enterprise tagħmel due dilgence fuq l-applikazzjonijiet li tirċievi biex tassikura li l-proġetti approvati huma ta’ kwalita, il-Medicines Authority hija responsabbli għar-regolamenti li jirregolaw dawn il-facilitajiet.
Awtorità tal-Mediċini – liċenzji għal kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ tista’ tgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?
Valletta FC – art biex jinbena stadium u faċilitajiet oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Valletta FC jingħataw art biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħol bażiku relatat mal-allokazzjoni potenzjali tal-art, sar. Il-ministeri rispettivi involuti bħalissa qed jaħdmu b'mod kollettiv sabiex jassiguraw l-aħjar prattiki kemm għall-użu tal-art kif ukoll għal-linji gwida ta' żvilupp relatat.
Kuntratti u Memorandum of Understanding – għaqdiet sportivi – art/proprjetà
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti/Memorandum of Understanding biex jgħaddilhom art u/jew proprjetà pubblika li daħal fihom ma’ għaqdiet sportivi fl-2017 u din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ntalbu kopji tad-dokumentazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija mingħand SportMalta. Dan it-tagħrif ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7021 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kull servizz/benefiċċju soċjali li jingħata mid-dipartimenti/entitajiet tiegħu u għal kull wieħed jgħid kemm kien hemm benefiċjarji f’Settembru ta’ din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7018 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont ma’ liema dipartiment/entità qed jagħmlu xogħolhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm, 278 Social Worker u huma mqassmin kif ġej;
Dipartiment/Entita`
Numru ta’
Social Workers
Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali
254
Aġenzija Sapport
16
Residenza San Vinċenz
4
Awtorita` tad-Djar
2
Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali
1
Awtorita` tal-Istandards tal-Kura Soċjali
1
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7019 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders mis-sena 2010 ‘l hawn sena b’sena (sal-aħħar ta’ Settembru 2018)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bejn 2010 u Settembru 2018, in-numru ta’ Ordni għal Ħarsien (Care Orders) huwa kif ġej ;
Care Orders
maħruġin mill-Aġenzija Appoġġ
Care Orders
maħruġin mill-Aġenzija AWAS
Sena
Malta
Sena
Malta
2010
36
2010
19
2011
51
2011
25
2012
34
2012
107
2013
33
2013
341
2014
27
2014
80
2015
21
2015
44
2016
9
2016
16
2017
14
2017
7
2018
33
2018
11
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-Miżuri tal-Baġit li tħabbru fil-Baġit tas-sena l-oħra (jiġifieri dak imħabbar f’Ottubru 2017) u jgħid liema miżuri twettqu u jispjega kif twettqu fid-dettall?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif jiġri ta’ kull sena, ser jingħata rendikont dwar it-twettiq tal-miżuri tal-baġit fil-jiem li ġejjien.
Akkomodazzjoni Soċjali – applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ikunu ilhom li applikaw l-applikanti (jiġifieri anqas minn sena, bejn sena u sentejn, bejn sentejn u tliet snin u aktar minn tliet snin)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita` tad-Djar għandha 3291 talba pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali u 549 talba, biex isir tpartit ta’ proprjeta`, kif ġej ;
Snin kemm ilhom applikati biex jingħataw akkomodazzjoni soċjali
Total
Inqas minn sena
367
Bejn sena u sentejn
554
Bejn sentejn u tlett snin
381
Aktar minn tlett snin
1989
Total
3291
Snin kemm ilhom applikati sabiex ipartu l-post mikri mingħand il-Gvern
Total
Inqas minn sena
54
Bejn sena u sentejn
87
Bejn sentejn u tlett snin
60
Aktar minn tlett snin
348
Total
549
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont ma’ liema dipartiment/entità qed jagħmlu xogħolhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tlestew units ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-snin 2016, 2017 u fl-2018 s’issa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-snin indikati sar ħafna xogħol fuq id-disinn, permessi, stimi u ħruġ ta’ tenders sabiex ingħata bidu għall-iżvilupp ta’ diversi siti fi proġetti maħsuba biex jitqassmu bħala akkomodazzjoni soċjali.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kull servizz/benefiċċju soċjali li jingħata mid-dipartimenti/entitajiet tiegħu u għal kull wieħed jgħid kemm kien hemm benefiċjarji f’Settembru ta’ din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2097 u 692 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2014 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2098 u 693 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2015 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 634 u jgħid kemm hemm immigranti uffiċjalment residenti fl-Open Centres, u jaqsam l-informazzjoni għal kull Open Centre rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm 913-il immigrant uffiċjalment residenti fl-Open Centres.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2016 u jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda ilmenti minn ħaddiema b’diżabilità mill-Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2022 u jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-dipartimenti, entitajiet u awtoritaijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tal u Solidarjeta’ Soċjali, ma kelhomx ilmenti minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2031 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor Interpellant li l-informazzjoni ghadha qieghda tingabar u ghaldaqstant tinghata f'seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2064 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Kunsill Lokali tal-Marsa?
Response (BONNICI, OWEN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar sett ta’ financial statementstal-Kunsill Lokali tal-Marsa.