Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lista ta’ Deċiżjonijiet tal-Qorti — iffriżar ta’ flus u oġġetti

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7965, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ konfiska li semma fit-tweġiba u li m’għadhomx fis-seħħ (39 fl-2017) irriżultaw f’konfiska ta’ assi u fiex kienu jikkonsistu dawn il-konfiski?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7964, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha kkonfiskati mill-Istat b’rabta ma’ reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta f'ohra.

Awtorità tal-Mediċini — responsabilità

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7957, tista’ l-Ministru tikkonferma li hi responsabbli mill-Awtorità tal-Mediċini?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Mediċini taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Leg 13 PQ #8071 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Swedish Income Tax Act — Whitelist

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalxiex l-Iżvezja ddeċidiet li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-Whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-gvern Żvediż, bħal pajji¿na, qiegħed jallineja r-regoli Żvediżi mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-Evitar tat-Taxxa, jew kif ġeneralment tissejjaħ l-ATAD (Diettiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164). Dawn il-bidliet huma proposti sabiex jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2019. Skont ir-regoli CFC ( controlled foreign corporation ) li ġew proposti mill-gvern Żvediż, il-gvern Żvediż se jkabbar in-numru ta’ pajjiżi fejn il-kumpaniji tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għat-tassazzjoni Żvediża f’livell ta’ azzjonist. Huwa importanti li jiġi rrilevat li Malta ma tpoġġietx fuq xi black list u għalhekk li tkun barra mill- white list ifisser l-kumpaniji Maltin se jkunu aktar suxxettibbli għal skrutinju mill-awtoritajiet tat-taxxa Żvediża. Ngħarraf ukoll li l-Gvern Żvediż ma kkonsultax ma’ pajjiżna qabel ma ppubblika dawn il-proposti speċjalment fl-isfond meta wieħed jikkonsidra l- fundamental freedoms stabbiliti u li r-reġim tat-taxxa tagħna huwa wieħed approvat mill-UE. Ngħarraf ukoll li billi bħalissa il-gvern Żvediż huwa “ caretaker government ”, il-laqgħa proposta mal-Ministru tal-Finanzi Żvediż qed tiġi posposta temporanjament. Minħabba n-natura tal-proposta fejn l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom diskrezzjoni wiesa’ fl-iskrutinju tagħhom fuq il-kumpaniji Maltin b’shareholding Żvediż, l-impatt ta’ tali mi¿ura mhux possibbli li jiġi kkalkulat.
Leg 13 PQ #8072 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Swedish Income Tax Act — Whitelist

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għamel il-Gvern biex jindirizza d-deċiżjoni tal-Iżvezja li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-Whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8071.
Leg 13 PQ #7972 Sitting 176 2018-12-04 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Pjattaforma Prospects – lista ta’ IPOs u Bond Issues

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ IPOs u Bond Issues fuq il-Pjattaforma Prospects li saru kemm ilha mwaqqfa u f’kull każ jgħid: - id-data tal-ħruġ; - kemm kien l-ammont ta’ ishma/valur ta’ bonds maħruġa; u - min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Appoġġ – complement ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Appoġġ u jaqsam l-informazzjoni skont kull grad kif ukoll bejn full-time u part-time?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej ; Appoġġ Pożizzjoni tal-Ħaddiema Numru ta’ Impjegati FULL TIME ADMINISTRATION EXECUTIVE 1 ADMINISTRATIVE SUPPORT WORKER 10 CUSTOMER CARE CLERK 1 DIRECTOR - APPOGG 1 DRIVER II 3 EXECUTIVE - SENIOR 1 EXECUTIVE I 3 EXECUTIVE II 12 EXECUTIVE III 12 EXECUTIVE IV 12 GENERAL HAND 1 MANAGER 11 PERSONAL ASSISTANT 1 PRECINCTS HANDLER 4 PSYCHOLOGY OFFICER 2 SENIOR ADMINISTRATION EXECUTIVE 3 SOCIAL SUPPORT WORKER 20 SOCIAL WORKER 170 SUPPORT LINE (179) OPERATOR 4 SUPPORT WORKER 68 TRAINEE SUPPORT WORKER 6 TRAINEE SUPPORT WORKER 1 YOUTH WORKER 5 PART TIME ADMINISTRATIVE SUPPORT WORKER 1 CUSTOMER CARE CLERK 1 EXECUTIVE III 3 SOCIAL SUPPORT WORKER 9 SOCIAL WORKER 10 SUPPORT WORKER 17 UNPAID LEAVE SOCIAL WORKER 5 SUPPORT WORKER 1 TOTAL 399

Aġenzija Sedqa – complement ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Sedqa u jaqsam l-informazzjoni skont kull grad kif ukoll bejn full-time u part-time?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej ; SEDQA Ħaddiema Sedqa – Pożizzjoni tal-Ħaddiema Numru ta’ Impjegati FULL TIME ACTING MANAGER 1 ADMINISTRATION SUPPORT WORKER 8 CARE WORKER 17 CLINICAL DIRECTOR 1 COMMUNITY WORKER 1 COUNSELLOR 3 DIRECTOR - SEDQA 1 EXECUTIVE III 4 EXECUTIVE IV 1 FAMILY THERAPIST 4 MANAGER 4 MEDICAL DOCTOR 2 NURSE 8 NURSING OFFICER 1 PRECINCTS HANDLER 1 PREVENTION EXECUTIVE 5 PSYCHOLOGIST 3 PSYCHOLOGY ASSISTANT 5 PSYCHOTHERAPIST 1 RECEPTIONIST 1 SENIOR ADMINISTRATION EXECUTIVE 1 SOCIAL WORKER 24 PART TIME ADMINISTRATION SUPPORT WORKER 1 EXECUTIVE I 1 FAMILY THERAPIST 2 FAMILY THERAPY WORKER 1 MEDICAL DOCTOR 2 NURSE 5 PHARMACIST 2 PREVENTION FACILITATOR 1 PSYCHOLOGIST 1 PSYCHOLOGY ASSISTANT 4 PSYCHOTHERAPIST 2 UNPAID LEAVE FAMILY THERAPIST 1 PREVENTION PROGRAMME FACILITATOR 1 TOTAL 121

Pensjonijiet mill-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn pensjonanti li jirċievu xi forma ta’ pensjoni mill-Istat u jaqsam tali informazzjoni fi brackets kif ġej: - Anqas minn €400 fix-xahar; - Bejn €401 u €500 fix-xahar; - Bejn €501 u €600 fix-xahar; - Bejn €601 u €700 fix-xahar; - Bejn €701 u €800 fix-xahar; - Bejn €801 u €900 fix-xahar; - Bejn €901 u €1,000 fix-xahar; - Bejn €1,001 u €1,100 fix-xahar; u - Aktar minn €1,101 fix-xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #7969 Sitting 175 2018-12-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Karigi – remunerazzjoni, allowances u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni, allowances u l-benefiċċji li huma marbutin mal-karigi li ġejjin: - President - Prim Ministru - Speaker - Awditur Ġenerali - Ombudsman - Ministru - Segretarju Parlamentari - Membru Parlamentari - Segretarju Permanenti Ewlieni - Segretarju Permanenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #7970 Sitting 175 2018-12-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Borża ta’ Malta – Lista ta’ IPOs

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ IPOs li saru fil-Borża ta’ Malta fl-aħħar għaxar snin u f’kull każ jgħid: - id-data tal-ħruġ; - kemm kien l-ammont ta’ ishma maħruġa; u - min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7971 Sitting 175 2018-12-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Borża ta’ Malta – Bond Issues

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ Bond Issues li saru fil-Borża ta’ Malta fl-aħħar għaxar snin u f’kull każ jgħid: - id-data tal-ħruġ; - kemm kien il-valur tal-Bonds maħruġa; u - min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Valletta FC – permessi għal bini tal-art għal stadium u faċilitajiet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Valletta FC jingħataw il-permess biex fuq l-art li ngħatatilhom b’ċens biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom, ikunu jistgħu jibdew tali proġett?

Response (BORG, IAN)

L-Onor interpellant għandu jiġi nfurmat illi m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita’ Tal-Ippjanar li tinvolvi bini ta’ stadium u l-faċilitajiet tagħhom li jappartjenu lill-Valletta FC.

Pulizija – qabdiet ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-lista sħiħa ta’ qabdiet ta’ droga li għamlet il-Pulizija jew xi forza tal-Ordni oħra fl-2017 u fl-2018 (sad-data ta’ din il-mistoqsija) u għal kull qabda jgħid meta saret, fiex kienet tikkonsisti d-droga u l-kwantitajiet rispettivi maqbuda?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7169.

Il-Belt – lista ta’ proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ proġetti infrastrutturali li saru fil-Belt Valletta b’rizq ir-residenti Beltin bħala parti minn Valletta 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-residenti tal-Belt, bħala parti minn Valletta 2018, gawdew min dawn il-proġetti li ġejjin: Ufficini godda ghall-Kunsill Lokali Valletta Pjazza Tritoni u r-restawr tat-Tritoni Il-ġnien Malti fil-Foss ta’ San Ġakbu Ir-rigenerazzjoni ta’ Strada Stretta Il-Valletta Design Cluster fil-Biċċerija l-antika (ongoing) Il-proġett MUZA fil-Berġa tal-Italja Ir-restawr tal-Knisja tal-Ġi¿witi Ir-restawr ta’ Palazzo Ferreria Ir-restawr ta’ Palazzo Castellania Ir-restawr tal-faċċata tas-Civil Service Sports Club Ir-riġenerazzjoni tas-suq l-antik.

Asset Management Bureau

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li wettaq l-Asset Management Bureau fl-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2018, l-Uffiċċju għall-Irkupru tal- Assi (Asset Recovery Bureau) bena direttorat li hu responsabbli mill-operat; beda jħarreġ l-uffiċjali tiegħu u beda jopera fl- 20 t’Awwissu 2018. Bejn l-20 ta’ Awwissu sat-23 ta’ Novembru 2018, kien hemm erbatax-il Każ (14) ġdid ta’ ffriżar.

Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 638 u 2088, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom se jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċeduri li jelenkaw il-funzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jinsabu fl-Avviż Legali 357 tal-2015.

Lista ta’ Deċiżjonijiet tal-Qorti — iffriżar ta’ flus u oġġetti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu ffriżati flejjes u/jew oġġetti bejn Jannar 2017 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b’sens? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk dawn il-flejjes u/jew oġġetti u/jew assi oħra għadhomx iffriżati?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-informazzjoni mitluba. Nfurmat li għas-sena 2017, kien hemm 39 każ li minnhom każ wieħed biss m’għadux fis-seħħ u għas-sena 2018 kien hemm 85 każ li kollha għadhom fis-seħħ. Intant nfurmat mill-Qorti t’Għawdex li fl-2017 u l-2018 ma kien hemm ebda deċiżjoni tal-Qorti biex jiġu iffrżati flejjes u/jew oġġetti.

Malta Enterprise – letter of intent għall-kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw Letter of Intent mill-Malta Enterprise skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise koperta bil-kunfidenzjalità imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal- Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji li huma approvati għajr dawk li huma diġà pubbliċi li jinkludu MGC Pharma; Affinity Energy & Health; Wayland; Aurora; Alvit LCS Pharma; Aphria u Columbia Care.

Malta Industrial Parks – żoni identifikati għall-produzzjoni tal-Kannabis għal skopijiet mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta’ dawk iż-żoni li l-Malta Industrial Parks identifikat bħala żoni li fihom jistgħu jsiru l-faċilitajiet li minnhom joperaw l-azjendi li se jkunu qed jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin b’ħidma biex jiġu ddentifikati żoni/faċilitajiet għal dawn l-ażjendi. Il-probabilta li l-maġġor parti tagħhom jkunu bbażati ġewwa Ħal Far.