Belt Valletta – stabbilimenti li għandhom permess jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk l-istabbilimenti kollha li għandhom permess biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fil-Belt Valletta? Għal kull permess jista’ jagħti:
a. l-isem tal-istabbiliment;
b. it-triq li jinsab fih; u
c. l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li għandu permess jarma jew l-ispazju f’metri kwadri li għandu permess jokkupa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li fil-Belt Valletta hawn 44 stabbiliment li għandhom il-permess li jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fit-toroq li ġejjin:
Triq
Numru ta’ stabbilimenti
Bieb il-Belt
3
Misraħ Mattie Preti
1
Telgħet Liesse
1
Triq id-Dejqa
4
Triq il-Lanċa
1
Triq il-Mediterran
2
Triq il-Merkanti
4
Triq ir-Repubblika / Misraħ ir-Repubblika
5
Triq it-Teatru l-Antik
3
Triq it-Teżor
1
Triq l-Arċisqof
4
Triq l-Ordinanza
1
Triq Marsamxett
2
Triq San Ġwann / Misraħ San Ġwann
5
Triq San Pawl
1
Triq Santa Luċija
4
Triq Sant’Orsola
2
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2018 u l-ewwel xhur ta’ din is-sena, saru diversi xogħlijiet fil-binjiet li minnhom joperaw diversi dipartimenti u entitajiet fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa sabiex ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Fil-binja fejn jinsab is-CPSU matul l-2018 saret rampa fit-tarf tal-amministrazzjoni kif ukoll fl-
emergency exit
. Bħala parti mill-proġett tat-tieni sular tal-istess binja ser isir
lift
sabiex kull persuna b’nuqqas ta’ mobilità u b’diżabilità tkun tista’ tagħmel użu minnu. Ġie rinovat il-parkeġġ u fiż-żmien li ġej mistenni jkun hemm numru ta’ parkeġġi assenjati lill persuni li għandhom il-
badge
il-blu.
Fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, ittieħdu diversi inizzjattivi matul l-2018 sal-lum, li huma:
Inizjattiva
Kirkop
Ċentru tas-Saħħa
Aċċess għall-entratura prinċipali permezz ta’ rampa
Lift
u
toilets
apposta biex ikun jistgħu jintużaw minn persuni b’diżabilità.
Mosta
Ċentru tas-Saħħa
Il-lift ġie mibdul biex ikunu jistgħu jidħlu bil-
wheelchairs
u
stretchers
.
Haż-Żebbuġ
Klinika fil-Komunita’
Aċċess għall-entratura prinċipali permezz ta’ rampa li titpoġġa meta jkun hemm mil-ħtieġa peress lit-triq ma tippermettix rampa fissa.
Pieta’
Klinika fil-Komunita’
Wheelchair lift
u
toilet
aċċessibbli għall-pazjenti b’diżabilita’.
Proġetti oħra li jinsabu f’diversi fażijiet tal-proċess fl-istess imsemmi dipartiment, huma:
Bini / Immodernizzar taċ-Ċentri tas-Saħħa skont il-liġijiet li jħarsu d-drittijiet tal-persuni b’diżabilita’
Ċentru Reġjonali Vincent Moran, Paola
Meta jitlesta ser ikun aċċessibbili għall-persuni b’diżabilità
Gżira
L-
istretcher lift
ser jiġi installat waqt l-programm ta’ immodernizzar, filwaqt li ser isiru xogħolijiet sabiex il-binja issir aċċessibli ukoll għal persuni b’diżabilità
Victoria, Għawdex
Meta titlesta ser tkun aċċessibili għall-persuni b’diżabbilità
Il-progetti kollha tal-isptar Ġenerali t’Għawdex li saru jew li qed isiru matul iż-żmien indikat huma aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Dawn l-proġetti jinkludu s-sala il-ġdida tal-Ortopedija li ser tiġi inawgurata fil-ġimgħat li ġejjin, ċ-Ċentru ġdid tal-Anatomija tal-iskola medika ta’ Barts li ġie inawgurat f’Diċembru 2018 kif ukoll l-iskola medika ta’ Barts li ser tospita’ l-ewwel studenti f’Settembru 2019.
Matul l-2018, fil-binja tal-Ministeru tas-Saħħa t-taraġ li kien jagħti għall-uffiċini ġie mibdul f’rampa biex l-istess binja u l-uffiċini kollha fi ħdan il-binja ikunu aċċessibbli għal kullħadd.
Ninfurmah ukoll illi l-bini tad-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa minn fejn jingħata servizz mediku diġa huma aċċessibbli għal-persuni b’diżabilita’.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħa ħsieb sabiex il-proġetti strutturali li kienu ppjanati li jinbdew matul is-sena 2018 u jitkomplew fis-sena 2019, f’Malta kif ukoll barra minn Malta, ikunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. L-istess sar meta kien hemm il-ħtieġa li tinbena struttura temporanja fil-bitħa ta’ Palazzo Parisio fil-Ministeru stess, sabiex isiru attivitajiet ‘awdjo viżivi’ ta’ Sempre Viva. Il-kuntrattur ġie mitlub jinstalla rampa apposta li setgħet tipprovdi aċċess lil persuni b’diżabilitżà. Dan minkejja l-fatt illi l-binja nfisha ta’ Palazzo Parisio hija skedata u ma tistax tagħmel tibdil strutturali.
Inżid ninforma wkoll li l-uffiċini ta’ TradeMalta huma attrezzati b’aċċessibilità għal persuni b’diżabilità. L-uffiċini li joperaw minnhom diġà kellhom din l-aċċessibilità meta nkera il-post.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-entitajiet u dipartimanti li għalihom jien responsabbli hawn taħt tinsab lista bl-inizzjativi li ġew meħuda;
Ministeru u dipartimenti - Il-binjiet kollha tal-Ministeru f’Belt is-Sebħ huma kollha aċċessibli għal persuni b’diżabilita’. Dawn il-binjiet kollha għandhom lift funzjonabbli u rampi bi ‘gradient’ adekwat skond ir-regolamenti ta’ CRPD.
Infrastructure Malta - Li minn meta twaqqfet ftit tax-xhur ilu, Infrastructure Malta bdiet taħdem biex tiżgura l-aċċessibilità tal-uffiċċji assenjati għall-operat tagħha f’Ħal Luqa. Filwaqt li l-entratura ewlenija ta’ dan il-bini li jintuża wkoll minn entitajiet oħra diġa hija aċċessibbli għal persuni b’diffikultajiet ta’ mobilità, bħalissa qed jiġi installat lift sabiex anke s-sulari ta’ fuq tal-bini jkunu jistgħu jiġu aċċessati minn kulħadd.
L-Awtorita’ tal-Ippjanar
· 4 spazji ta’ parkeġġ fl-uffiċini prinċipali tal-Awtorita’ fil-Furjana riservati għal persuni b’di¿abbilita’.
· Rampa ta’ emerġenza fl-uffiċini tal-Kummissjoni għall-Ippjanar.
· Temporanjament kemm f'Għawdex kif ukoll f’Malta l-Awtorita’ tal-Ippjanar qed tagħmel użu minn bini li huwa kompletament aċċessibli, sakemm isiru x-xogħlijiet ta’ ristrutturar u mmodernizzar fl-uffiċini li l-Awtorita' għandha f'Għawdex u fil-blokka tad-Direttorat tal-Infurzar fil-Furjana, li se jkunu kompletament aċċessibli għal persuni b’diżabilità.
· Tiġi miġbura kontribuzzjoni f’applikazzjonijiet għal żvilupp li ma jkollux aċċess għal persuni b’diżabilità.
· Tenders għal servizzi li jinkludu kiri ta’ postijiet ta’ taħrig u/jew konferenzi jew kiri ta’ trasport għal massa, jitolbu li dawn is-servizzi jipprovdu aċċess lil kulħadd.
Transport Malta - Il-binjiet kollha li jappartjenu lil Transport Malta kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex għandhom aċċess għal rampi u lifts għal użu ta’ persuni b’diżabilità.
BICC - Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minhabba li l-binja minn fejn jopera l-BICC hija skedata ma jistgħux isiru xogħolijiet fuqha.
BRO - Infurmat li fil-bini li minnu jopera l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini saru xogħlijiet fih ta’ tneħħija ta’ turġien kemm kien umanament u strutturalment possibbli.
L-Awtorita’ tal-Artijiet hija aċċessibli għall-persuni b'diżabbilita', kemm fir-rigward tal-impjegati tagħha kif ukoll għall-pubbliku. Eżempji jinkludu rampa illi ġiet installata quddiem l-entratura tal-binja, toilets għall-persuni b’diżabilita’ fis-sular ta’ isfel kif ukoll dak ta’ fuq, filwaqwt li hemm ukoll lift illi jagħti aċċess għas-sulari kollha tal-binja.
Ministeru għal Għawdex — aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar audit ħolistiku tal-binja kollha tal-Ministeru u ser isiru xogħlijiet biex ikollna binja aċċessibbli u energy efficient biex ukoll tkun mudell ta’ binja amministrattiva li hija eco-friendly.
Apparti l-aċċessibilità fiżika, qed jittieħdu wkoll favur l-aċċessbilità b’mod ħolistiku u allura materjal informattiv bis-sottotitoli, bil-lingwa tas-sinjali u
easy to read
u addattat għall-persuni fuq l-firxa wiesgħa tal-awtiżmu. Dan apparti li f’kull proġett qed jiġu inklużi
loop systems
għall-persuni neqsin mis-smigħ,
pathways
għall-persuni neqsin mid-dawl u qed jiġu osservati l-linjigwida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità kif ukoll il-kunċett tal-Universal Design kif promoss mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda għad-Drittijiet tal-Persuni b’diżabilità.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdu diversi azzjonijiet u saru diversi xogħlijiet sabiex il-binjiet li joperaw minnhom, id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, ikunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Dan jinkludi dipartimenti, entitajiet u kummissjoni li mxew għall-binjiet ġodda, li huma aċċessibli għall-persuni b’diżabilità. Saru xogħlijiet u ġie installat apparat sabiex titjieb l-aċċessibilità f’numru ta’ binjiet oħra.
L-aħħar proġett kien il-ftuħ ta’ Ċentru Servizz Familja, li huwa wkoll aċċessibli skont l-istandards stabbiliti.
Sptar Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre – operaturi tal-parkeġġ
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8179, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
a. Lista tal-offerenti kollha li ssottomettew l-offerta tagħhom;
b. Il-prezzijiet u/jew l-offerti finanzjarji li ssottometta kull offerent; u
c. Il-bażi/kriterji li fuqhom saret l-evalwazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt filwaqt li ninfurmah li l-kuntratt ingħata lill-kumpanija li offriet l-aktar konċessjoni vantaġġjuża u li kienet konformi mal-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
L-offerenti li ssottomettew l-offerta tagħhom
Il-prezzijiet u/jew l-offerti finanzjarji li ssottometta kull offerent
Car Park Solutions
€100,000
(annual concession fee)
Parksec Ltd
€150,501
(annual concession fee)
CVA Technology Co Ltd
€225,000
(annual concession fee)
KIS Services JV
€270, 842
(annual concession fee)
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2027.
Bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta'
refurbishment
fil-binja tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza kif ukoll fid-DIER. Huwa ppjanat li jiġu implimentati inizjattivi b’rabta ma’ dawn ix-xogħlijiet sabiex fejn hu possibbli tiżdied l-aċċessibilità.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binjiet li joperaw minnhom il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu huma fil-parti l-kbira tagħhom diġa’ aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Il-Malta Film Commission kif ukoll Dar il-Mediterran għal Konferenzi għaddejjin bi proġetti infrastrutturali fejn il-faċilitajiet tagħhom se jsiru aktar aċċessibbli. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha uffiċċju tal-informazzjoni (TIO) ġewwa l-Imdina li jinsab ġo torri antik u qed jiġi studjat kif din l-aċċessibilità tista’ ssir possibbli.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018 u fl-ewwel kwart ta’ din is-sena ttieħdu bosta miżuri biex il-binjjiet li minnhom joperaw l-Entitajiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru jkunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Dettalji jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Entità/ Dipartiment
Inizjattivi
Awtorità tax-Xandir
Il-binja prinċipali tal-Awtorità hija aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.
Ċentru tal-Medjazzjoni
Iċ-Ċentru qiegħed fil-proċess biex tinbidel il-binja min fejn qed jopera biex imur għal binja li mgħammra b’aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità.
Dipartiment tal-Ġustizzja
Direttorat tal-Kultura
Kummisjoni Permanenti kontra il-Korruzzjoni
Aġenzija tal-Għajnuna Legali
Dawn id-dipartimenti u entitajiet qed jieħdu l-inizjattiva sabiex isiru rampi ħalli
wheelchairs
jistgħu jkunu mgħejjuna sabiex jitilgħu numru ta’ turġien fil-pjan terran. Il-livelli l-oħra huma aċċessibli permezz ta’
lift
ta’ qisien adekwati. Iżjed minnhekk ġa saru arranġamenti mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali li fejn jkollhom laqgħat mall-pubbliku li għalihom jkunu sa jattendu persuni b’mobilita’ ristretta, dawn il-laqgħat jsiru fl-uffiċini moderni u aċċessibli ta’ Servizz. gov ġewwa St. Francis Ditch il-Furjana. L-istess arranġament sa jsiru wkoll għat -tlett entitajiet l-oħra.
Direttorat tar-Restawr
Id-Direttorat tar-Restawr għadu qed jistenna il-permessi meħtieġa sabiex ikun jista’ jagħmel it-tibdil strutturali neċessarju biex jintroduċi lift għall-ewwel sular tal-Uffiċċji tiegħu fl-Ospizio fil-Furjana.
Direttorat tas-Servizzi Korporattivi
Information management Unit
Il-binja min fejn joperaw dawn l-uffiċji huma aċċessibli għall-persuni b’diżabilità.
Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjon
i
Il-binjiet li huma fir-responsabbiltà tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni huma kollha aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.
Fondazzjoni Kreattivita’
Fis-sena 2018 iċ-Ċentru żbarazza u rranġa varji oġġetti li kienu jinstabu fl-entraturi taċ-Ċentru biexjitnaqqas l-possibiltà ta’ ostakli. Ta’ min isemmi ukoll li fi Frar 2018 iċ-ċinema ġie armat b’
Hearing Loop Sound System
biex ikun iktar aċċessibli.
Fondazzjoni Valletta 2018
L-aċċessibilità għall-uffiċini tal-meżżanin hija problematika minħabba nuqqas ta' spazju fejn jista' jkun installat lift. Minħabba wkoll nuqqas ta' spazju, il-kmamar tal-banju mhumiex aċċessibbli għal persuni f'siġġu tar-roti. Madankollu, l-Kamra tal-Kummerċ hija attrezzata b'kmamar tal-banju li huma aċċessibili bil-lift. Għaddejjin diskussjonijiet mal-Kamra tal-Kummerċ sabiex jiġi stabbilit huwiex possibbli li tiżdied l-aċċessibilità.
Heritage Malta
Minn fost is-siti ta’ Heritage Malta matul l-2018, l-Aġenzija ħadmet fuq il-MUZA fejn il-mużew huwa attrezzat bl-
lifts
u rampi biex kull parti tas-sit tkun aċċessibli għall-persuni b’diżabilità.
Kunsill Malti għall-Arti
Il-Kunsill qiegħed fil-proċess biex joħroġ
tender
għall-kostruzzjoni ta’ lift.
LESA
L-aġenzija LESA, minn Diċembru 2018 bdiet topera minn uffiċini amministrattivi ġodda li jinsabu, 246, Triq Mater Boni Consili, Fgura.Il-binja hija totallment aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Il binja hija mgħammra bit-tlett liftijiet li jagħtu aċċess għal kull sular, rampi. F’kull daħla kif ukollfaċilitajiet sanitarji f’kull sular separati minn dawk użati regolarment.Żewg spazji għall-parkeġġ fil-garaxx, ġew ukoll riservati skond standards kif proposti
f Access for all Design Guidelines
(KNPD).
Malta Philarmonic Orchestra
Il-binjiet min fejn topera l-Orkestra huma kollha aċċessibbli għall-persuni b’diżabilià’.
MCCAA
L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur hija impenjata bi sħiħ biex sa fejn hu possibli tkompli dejjem ittejjebl-aċċessibilità għal persuni b’diżabbilità. F’dan ir-rigward, l-Awtorità ħolqot kamra għal-laqgħat fis-sular ta’ isfel fl-uffiċji ewlenin tagħha għal aċċess iktar faċli, kif ukoll ħadet ħsieb biex fl-uffiċju tagħha f’Għawdexli qiegħed fi stadju li jiġimgħammar; ikun hemm ir-rekwiżiti neċessarji għall-aċċessibilita’ għal persuni b’diżabilità.
Barra minn hekk, l-Awtorità qed tagħmel pjan ta’ studju biex ittejjeb l-aċċess għal-faċilitajiet sanitarji fis-sular ta’ isfel.
Ministerial Procurement Unit
Il-binja min fejn jopera dan l-uffiċju huwa aċċessibli għall-persuni b’diżabilità
Nutar tal-Gvern
Fl-Arkivju prinċipali (2/3 Triq Mikiel Anton Vassalli, BeltValletta) saret reading room fl-2018 fil-pjan terran sabiex takkomoda anzjani jew persuni b’diżabilita’ li ma jkunux jistgħu jitilgħu t-taraġ. Matul din is-sena qed tiġi studjata wkoll il-possibilità li jiġi installat
lift
li jagħti għar-
reading roo
m prinċipali tal-Arkivju. Fl-Arkivju Nutarili (Sekondarju) fi Triq San Kristoferu kantuniera ma’ Triq San Pawl ser jibdew xogħlijiet interni permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropeja, li fosthom hemm li ser jiġi installat lift għall-pubbliku u li ser ikun skont l-
istandards
maqbula mal-KNPD.
PBS Ltd
Il-binjiet ta’ Public Broadcasting Services Ltd. huma kollha mgħammra b’aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità.
Qorti t’ Għawdex
Fir-rigward il-Qorti ta’ Għawdex, peress li hemm il-ħsieb li l-bini tal-Qorti ta’ Għawdex jiġi rilokat f’post li ser jinbena mill-ġdid, ma ttieħdux inizjattivibiex il-bini preżenti jkun aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità, aktar u aktar meta l-bini preżenti tal-Qorti jinsab f’żona skedata.
Sadanittant kull meta jkollna talba minn xi persuna b’diżabilità biex naġevolaw is-sitwazzjoni dan isir.Per eżempju, meta tkun trid tippreżenta xi att, nibgħatudeputat reġistratur fid-dar tiegħu jew tagħha minflok il-persuna tiġi l-Qorti.
Qorti ta’ Malta
Fil-bidu tas-sena 2018id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta beda jagħmel użu minn żewġ awli ġodda fit-tilet sular tal-Qortiu li humaaċċessibbli għal persuni b’diżabilità, twaħħlu wkoll rampi f’diversi postijiet fil-qrati u l-appart tal-
Video Conferencing
ġie addattat sabiex ikun jista jintuza minn persuni b’diżabilità. Jiġi offrut wkoll servizz ta’
Roaming Microphone
meta persuna ma tkunx tista taċessa l-pedana tax-xiehda.
Fl-aħħar tal-2018 inbdew diskussjonijiet sabiex il-mezzanin li jinsab ġewwa l-Kamra tal-Avukati ġol-Binja Prinċipali tal-Qorti jsiraċċessibbli minn persuni b’diżabilità. Ġew sottomessi l-proposti u pjanti lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabbiltà (KNPD) fejn il-pjanti ġew riveduti hekk kif kien mitlub mill-KNPD, f’dan l-istadju, qedtiġi kkumpilata lista dettaljata ta’ xogħlijiet neċessarji sabiex id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja jkun jista’ jagħmel talba għal fondi addizzjonali li jkopru dan il-proġett.
Teatru Manoel
Teatru Manoel ha dawn il-mizuri:-
Fuq quddiem u fuq wara tal-plateau hemm possibilta li is-siġġijiet preżenti jistgħu jinqalgħu, sabiex ikun hemm possibilta’ li persuna b’siġġu tar-roti ikun jista/tista issegwi min isfel;
Mil-boxes tneħħew l-‘
platforms’
u tpoġġew siġġijiet għoljin;
Se jiġi installat lift sabiex persuni b’diżabilità jkollhom aċċess għat-
toilets
, 1sttier u 3rdtier;
Ġiet installata ‘
induction hearing loop’
fil-plateau għal-persuni neqsin mis-smiegh;
Se ssir rampa fil-
booking office
biex ikun aktar aċċessibli għal-persuni b’diżabilità
Uffiċju tal-Avukat Ġenerali
L-uffiċċji l-ġodda tal -Avukat Ġenerali li ser jitlestew is-sena d diehla sejrin ikunu aċċessibli għall-persuna b'diżabiltà.
Uffiċju tas-Segretarju Permanenti
Il-binja min fejn jopera dan l-uffiċju huwa aċċessibli għall-persuni b’diżabilità
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru tiegħi, il-binja fejn jinsab is-Segretarjat Permanenti diġà kienet attrezzata b’lift u faċilitajiet sanitarji għall-persuni b’diżabilità, madankollu matul l-2018 ġiet installata rampa fid-daħla ewlenija sabiex ikun hemm aċċess ħieles għar-reception. Fir-rigward tal-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd., matul l-2018, ġiet approvata estensjoni tal-uffiċini fil-Magħtab fejn fil-proċess tal-ippjanar saret konsultazzjoni mal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità; dan sabiex l-aċċessibilità tkun assigurata. Inizjattivi oħra favur aktar aċċessibilità twettqu f’Hexagon House mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Dawn kienu jinkludu l-iddisinjar u t-twaħħil mill-ġdid ta’ faċilitajiet sanitarji sabiex f’kull livell tal-binja ikun hemm żewġ kmamar tal-banju aċċessibli għall-persuni b’diżabilità. Barra minn hekk saru xogħlijiet ta’ twessiegħ ta’ bibien u kurituri, tbaxxew l-iswiċċijiet tad-dawl u l-palm readers, u ġew allokati spazji ta’ parkeġġ għall-persuni b’diżabilità.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8209 u 8074 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew likwidati kumpaniji matul l-2017 u l-2018, xahar b’xahar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2017 u fl-2018 għal kull kumpanija xolta, infetħu 4 kumpaniji ġodda.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk id-data sets li huma aċċessibbli taħt l-inizjattiva tal-Open Data?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li ġejt informat mill-MITA illi l-Gvern għandu bosta datasets u informazzjoni oħra strutturata li huma fid-dominju pubbliku u aċċessibbli minn diversi siti elettroniċi tal-gvern. Però bhalissa m’hemmx lista ta’ datasets li huma aċċessibbli taħt l-inizjattiva tal-Open Data.
Ghalhekk qed jiġi implimentat proġett li se jipprovdi Portal Nazzjonali tad-Data, minn fejn ‘
open data
’ ser tkun aċċessibbli taħt licenzja li tagħti dritt ta’ użu mill-ġdid, li tkun tista’ tiġi mnizzla taħt format miftuħ (
open format
) u li ma tkunx marbuta ma’ xi teknoloġija partikulari (
non-proprietary
). B’hekk inkunu qed norbtu iktar mad-definizzjoni stretta tat-terminu “
Open Data
”.
Ninsab informat mill-MITA, li qed tieħu ħsieb li jinbena dan il-portal, li dan ikun lest fit-tielet kwart tas-sena 2019. Għaddej ukoll xogħol biex isiru l-provizzjonijiet tal-liġi biex ikun hemm Awtorità Regolatorja u tinhatar l-Entità responsabbli mill-implementazzjoni tal-‘
open data
’.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2023.
Għar-rigward tal-binja tal-Information Management (IMU), din hi binja antika li ma toffrix wisq flesibbilità, iżda l-fatt li l-IMU jaħdmu permezz tat-teknoloġija tal-informatika, jagħmilha possibbli li l-impjegati ma jkunx hemmx bżonn li joperaw bil-fors minn din il-binja.
Dwar il-binja tal-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-Burokrazija, dan huwa post huwa tal-privat. Internament il-post huwa aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, iżda hemm problema dwar l-aċċess minn barra, liema problema qed ikun esplorat kif tista’ tiġi solvuta. Nixtieq niġbed l-attenzjoni li s-servizzi offruti minn din il-binja jistgħu jiġu aċċessati kemm
on
line
, kif ukoll
mis-servizz.gov
.
Dwar il-binja tad-Dipartiment tal-Verifika Interna u Investigazzjonijiet, ġejt informat li se jkun hemm binja ġdida.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, kif ukoll l-Entitajiet u Dipartimenti fid-dekasteru tiegħi huma kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, b’eċċezzjoni għal binja tal-Kordin Grain Terminal li tinsab fil-port u f’żona fejn l-aċċess huwa kkontrollat. F’dan ir-rigward qegħdin isiru evalwazzjonijiet biex dan is-sit ikun aċċessibli għal persuni b’diżabilita’.
Kull entità u dipartimenti li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħi, huma mpenjati li fejn hu teknikament possibli dejjem ikomplu jtejjbu l-aċċessibilita’ tal-postijiet tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira tal-postijiet fid-dekasteru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilità. Pereżempju, il-binja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, li tinkludi wkoll Dipartimenti u Direttorati, hija kompletament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.
Madankollu, mhux il-postijiet kollha fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huma kompletament aċċessibbli. Uħud huma aċċessibbli parzjalment. Għalhekk, il-MEDE qed jaħdem bi pjan biex il-binjiet kollha li jaqgħu taħtu isiru aċċessibbli. Fl-aħħar sena ġew installati numru ta’ lifts, rampi, u ġew ukoll irranġati numru ta’ faċilitajiet sanitarji biex dawn isiru aktar aċċessibbli.
Il-bini fejn hemm id-Dipartiment tal-Eżamijiet huwa aċċessibbli fis-sular t’isfel biss. Dan huwa bini skedat u ma jistax isir stallazzjoni ta’ lift.
L-informazzjoni dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Il-Belt — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Belt fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.