Awtorità dwar it-Trasport – vetturi kklampjati b’reġistrazzjoni barranija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija li ġew ikklampjati mill-Awtorità dwar it-Trasport minħabba li kienu f’pajjiżna mingħajr permess fl-2017, l-2018 u s’issa fl-2019?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella annessa:
Numru ta’ Vetturi
Mill-aħħar kwart ta sena ta’ 2017
315
2018
1,014
Sal-aħħar ta’ Marzu 2019
139
Awtorità dwar it-Trasport – tneħħija ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma qed tagħmel l-Awtorità dwar it-Trasport biex tara li vetturi b’reġistrazzjoni barranija li jkunu f’pajjiżna mingħajr permess jinstabu u jitneħħew mit-toroq ta’ pajjiżna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, li fil-preżent Transport Malta tħaddem team tal-Clamping 24/7. Dan it-team li hu fornut b’vann Toyota Hilux jduru kontinwament fit-toroq Maltin sabiex jinnotaw u jieħdu azzjoni fuq vetturi bi pjanċi barranin li jkunu qed jiksru l-liġi kif imtennija f’Kaptiltu 65 u bis-saħħa mogħtija lill-Awtorita` permess tal-Liġi sussidjarja 65.13
Fejn jinstabu dawn il-każijiet, il-vettura tiġi kklempjata għal 24 siegħa. Dan jagħti żmien lil sid il-vettura sabiex jitlob li titneħħa l-clamp u jirregolarizza ruħu kontra ħlas ta’ €180. F’każ li sid il-vettura ma jagħmilx kuntatt ma’ Transport Malta sabiex jirregolarrizza ruħu, il-vettura tiġi ttowjata għall-compounds ta’ Transport Malta. Fl-eventwalità li sid il-vettura ma jitlobx rilaxx tal-vettura permezz ta’ regolarizzazzjoni tal-vettura, din il-vettura tiġi mtella` għall-irkant hekk kif deriġit fil-Liġi Sussidjarja 65.13
Sidien ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija – kontravenzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-lista ta’ kontravenzjonijiet li twettqu minn sidien ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija li kienu f’pajjiżna fl-2017 u fl-2018,
maqsumin skont ir-reat u skont il-pajjiż li fih kienet reġistrata l-vettura rispettiva?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru kkonċernat.
Planning Authority – ħruġ ta’ permessi fil-Floriana -
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġet permessi l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) fil-Floriana fl-aħħar tliet snin li ma kenux konformi mal-Policy GF15?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8163 mill-Ministru tal-Ġustizzja fejn stqarr li flejjes konfiskati jiġu depożitati fil-fond konsolidat, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha konfiskati mill-Istat b’rabta ma’ reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern diġà qiegħed jgħin lil diversi għaqdiet non-governattivi li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga.
Il-Furjana — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Furjana li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti:
a) id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;
b) it-tip ta’ użu tas-sit/bini;
c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini;
d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u
e) x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Il-Marsa — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Marsa li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti:
a) id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;
b) it-tip ta’ użu tas-sit/bini;
c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini;
d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u
e) x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Il-Ħamrun — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Ħamrun li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti:
a) id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;
b) it-tip ta’ użu tas-sit/bini;
c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini;
d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u
e) x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Tal-Pietà — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet fil-Pietà li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti:
a) id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;
b) it-tip ta’ użu tas-sit/bini;
c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini;
d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u
e) x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Santa Venera — lista ta’ bini suġġetti għall-avviż ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-siti/binjiet f’Santa Venera li huma suġġetti għall-avviż ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kull każ jista’ l-Ministru jagħti:
a) id-dettalji ta’ fejn jinsab is-sit fejn hemm l-avviż tal-infurzar;
b) it-tip ta’ użu tas-sit/bini;
c) ir-raġuni tal-infurzar u l-irregolarità li hemm fis-sit/bini;
d) id-data meta nħareġ l-ordni tal-infurzar; u
e) x’azzjoni ttieħdet mill-awtorità mid-data tal-ħruġ tal-infurzar ’l hawn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Awtorità tal-Artijiet – stabbilimenti li għandhom permess jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk l-istabbilimenti kollha li għandhom permess mill-Awtorità tal-Artijiet biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fil-Belt Valletta? Għal kull permess jista’ l-Ministru jagħti:
a) l-isem tal-istabbiliment;
b) it-triq li jinsab fih; u
c) l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li għandu permess jarma jew l-ispazju f’metri kwadri li għandu permess jokkupa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mir-rekords tal-Awtorità tal-Artijiet, stabbilimenti li għandhom permessi ta’ encroachment għal imwejjed u siġġijiet jammontaw għal 73 (tlieta u sebgħin). Dan l-ammont jeskludi applikazzjonijiet li għadhom fil-proċess sabiex jiġu evalwati t-talbiet għall-eventwali permessi meħtieġa mill-Awtoritajiet kollha kkonċernati.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Ħamrun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
(Informazzjoni Addizzjonali:
Ara dokument PL 3430 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Furjana?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
(Informazzjoni Addizzjonali:
Ara dokument PL 3431 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-local plan u dokumenti relatati li jirregolaw l-iżvilupp fil-lokalità tal-Belt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
(Informazzjoni Addizzjonali:
Ara dokument PL 3432 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 224 tat-Tnejn, 6 ta' Mejju 2019)