Legislature:
Category:
Reset
Active:

Twelid ta’ tfal minn IVF — oocyte freezing

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu tfal permezz tal-IVF minn meta beda jitħaddem f’pajjiżna u jaqsam l-informazzjoni skont kemm twieldu permezz ta’ oocyte freezing? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-reġistri tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li bdew jinżammu mill-2013 sa issa twieldu 306 trabi mill-proċeduri tal-IVF’s li saru f’Malta. Minn dawn 48 tifel u tifla twieldu wara użu ta’ oocyte freezing , filwaqt li 258 tfal oħra twieldu minn ċikli li użaw fresh oocytes . Tabella annessa bl-informazzjoni sena b’sena. Year Cycle Performed Babies Born-Fresh Oocytes Babies Born-Frozen Oocytes Total Babies born 2013 25 0 25 2014 30 13 43 2015 61 11 72 2016 48 14 62 2017 54 7 61 2018 40 3 43 TOTALS 258 48 306

Qorti – persuni msijuba ħatja fuq traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew misjuba ħatja mill-Qorti fuq reati ta’ traffikar tad-droga u jgħid ukoll kemm minnhom ukoll (fl-istess proċess) instabu ħatja fuq reat ta’ ħasil ta’ flus?

Response (BONNICI, OWEN)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Membru, quddiem il-Qorti ta’ Malta ġew deċiżi s-segwenti kawżi ta’ traffikar ta’ droga (mis-sena 2016 sallum) skond kif indikat fit-tabella A ta’ hawn taħt. Intant, fil-Qorti ta’ Malta ma tinżammx statistika dwar jekk persuna tkunx ġiet misjuba ħatja jew liberata, u jew kienx hemm ħtija ta’ reat ta ħasil ta’ flus. Tabella A Sena Superjuri Qorti tal-Magistrati 2016 7 6 2017 19 5 2018 17 2 2019 (sallum) 6 1 Fir-rigward tal-Qorti ta’ Għawdex il-persuni li ġew misjuba ħatja mill-Qorti fuq reat ta’ traffikar tad-droga u kemm minnhom ukoll (fl-istess proċess) instabu ħatja fuq reat ta’ ħasil ta’ flus mis-sena 2016 sallum huwa kif muri fit-tabella B ta’ hawn taħt: Tabella B Sena Ħatja dwar Traffikar ta’ Droga Ħatja dwar Hasil ta’ Flus 2016 7 Nil 2017 5 (waħda minnhom fi stadju ta’ appell) Nil 2018 2 (waħda minnhom fi stadju ta’ appell) Nil 2019 (sal-lum) 2 Nil

Malta Enterprise – intrapriżi li ħarġitilhom Letter of Intent għall-produzzjoni tal-Kannabis Mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi li applikaw mal-Malta Enterprise biex tinħarġilhom Letter of Intent għall-produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u Riċerka? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ġew approvati u nħarġitilhom il-Letter of Intent?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise irċeviet 37 applikazzjoni li min dawn ġew approvati 15.

Malta Enterprise – intrapriżi li ħarġitilhom Letter of Intent għall-produzzjoini tal-Kannabis Mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi li applikaw mal-Malta Enterprise biex tinħarġilhom Letter of Intent għall-produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u Riċerka u fil-każ ta’ dawk li huma diġà pubbliċi jgħid għal kemm talbu spazju f’metri kwadri ta’ art għall-operat tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise flimkien mal-Malta Industrial Parks bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet mal-kumpaniji li nħarġitilhom il-Letter of Intent fuq l-ammont ta’ spazju. L-ammont totali ta’ spazju mitlub huwa aktar minn 30,000m2.

Malta Industrial Parks – żoni identifikati għall-produzzjoni tal-Kannabis għal skopijiet mediċinali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7955, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta’ dawk iż-żoni li l-Malta Industrial Parks (MIP) identifikat bħala żoni li fihom isiru faċilitajiet li minnhom joperaw l-azjendi li se jkunu qed jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żoni li ġew identifikati jvarjaw minn 'plots' jew propjettajiet vakanti ġewwa Industrial estates eżistenti. Id-disinji w il-pjanti mhumiex ser jiġu preżentati minħabba s-sensittività kummerċjali.

Malta Enterprise – rifużjoni ta’ investment aid

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-każijiet (mingħajr ma’ jsemmi l-ismijiet tal-intrapriża) li l-Malta Enterprise jew il-Malta Industrial Parks (MIP) qed titlob għal rifużjoni ta’ investment aid/inċentivi oħra li ngħataw lill-kumpaniji li ma’ żammewx mal-obbligi tagħhom meta ngħataw tali investment aid/inċentivi oħra? Għal kull każ jista’ jagħti: a) x’ investment aid /inċentivi oħra ngħatat l-intrapriża? b) x’għamlet jew qed tagħmel il-Malta Enterprise jew l-MIP biex tirkupra l-ammonti rispettivi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda każ pendenti fejn il-Malta Enterprise qegħda titlob rifużjoni t’assistenza mogħtija taħt skemi tagħha minħabba li l-benefiċjarji ma’ żammewx mal-obbligi tagħhom. Intant, il-Malta Enterprise qegħda tipprova tirkupra €107,872 mingħand ħames benefiċjarji li bbenefikaw taħt l-skema ERDF Energy Grant Scheme li kienet attiva bejn 2010 u 2013. Dawn ir-rifużjonijiet ikopru penali imposti mill-Internal Audit and Investigation Department minħabba rregolaritajiet fil-proċess ta’ xiri t’apparat li fuqu ngħatat l-assistenza. Fuq l-istess skema kien hemm ukoll tlett benefiċjarji oħra li waslu f'arranġament mal-Malta Enterprise biex jirrifondu l-penali imposti.

Droga Maqbuda

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 7961 u 7169 jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ qabdiet ta’ droga li għamlet il-Pulizija jew xi Forza tal-Ordni fl-2017, l-2018 u sal-lum fl-2019, u għal kull qabda jagħti l-informazzjoni mitluba b’mod aggregat: a. ta’ meta saret; b. f’liema lokalità saret; u c. fiex kienet tikkonsisti d-droga u f’liema kwantità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li lista sħiħa ta’ qabdiet ta’ droga li għamlet il-Pulizija li tinkludi qabdiet li ġew riferuti lilha mid-Dipartiment tad-Dwana fis-snin 2017, 2018 u sa Marzu 2019, huma kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tabella tinkludi d-data ta' meta saret il-qabda kif ukoll dettalji tad-droga u l-kwantità maqbuda.

Kunsill Lokali Ħamrun – xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid: a) fejn sar ix-xogħol; b) fiex kienet tikkonsisti; c) tlestiex ix-xogħol; d) meta sar ix-xogħol; e) kemm sewa x-xogħol; f) min wettaq ix-xogħol; u g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba kif komunikata lili. fejn sar ix-xogħol Tisbiħ ta' Pjazza Kappilan Muscat fiex kienet tikkonsisti Tibdil ta’ pavimentar, installar ta’ dwal ġodda, installar ta’ bankijiet u bins ġodda, installar ta’ funtana ġdida tlestiex ix-xogħol Iva meta sar ix-xogħol April – Diċembru 2018 kemm sewa x-xogħol € 34,890 (approx.) min wettaq ix-xogħol Christian Abela il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol Tender – EPPS fejn sar ix-xogħol Il-Kappella tad-Duluri / Triq Joe Abela Scolaro fiex kienet tikkonsisti Manutenzjoni ta’ bankini tat-triq u tisbiħ quddiem il-kappella tlestiex ix-xogħol Iva meta sar ix-xogħol Jannar – Diċembru 2018 kemm sewa x-xogħol €106,427 min wettaq ix-xogħol J&K Contractors Ltd il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol Tender – EPPS fejn sar ix-xogħol Tisbiħ ta’ roundabout Triq il-Ferrovija fiex kienet tikkonsisti Installar ta’ dawl ġdid tlestiex ix-xogħol Iva meta sar ix-xogħol Apr-18 kemm sewa x-xogħol €6,172.00 min wettaq ix-xogħol Christian Abela il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol Quotation

Awtorità tal-Mediċini – liċenzji għal kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8162, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ dawk il-kumpaniji li s’issa nħarġitilhom liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u f’kull każ jgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Awtorità dwar il-Mediċini fasslet linji gwida għall-kumpaniji b’intenzjoni li joperaw f’Malta fil-qasam tal-kannabis għall-skopijiet mediċinali u ta’ riċerka. L-Awtorità ltaqgħet ma’ rappreżentanti ta’ din l-industrija minn diversi pajjiżi u saru konsultazjonijiet ma’ dawk kollha li rċevew Letter of Intent mill-Malta Enterprise. Ir-rekwiżiti xjentifiċi u tekniċi ġew diskussi fid-dettall, hekk kif meħtieġa għas-sottomisjoni tal-applikazjoni li tinsab aċċesibbli onlajn. Il-pass li jmiss huwa li dawn il-kumpaniji japplikaw mal-Awtorità, b’applikazzjoni kompleta kif jitolbu r-rekwiżiti, biex ikunu jistgħu isiru l-ispezzjonijiet u jinħarġu l-licenzji, kif applikabbli.

Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8163, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha konfiskati mill-Istat b’rabta ma’ reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-prinċipju u fil-prattika, l-assi kkonfiskati, nkluż dawk relatati mat-traffikkar tad-droga, minn Awwissu 2018 u fdati lil Uffiċċju għal Rkupru ta’ l-Assi, jiġu ppreservati u msarrfa, permezz ta’ bejgħ b’subasti pubbliċi, bil-valur miġbur jiġi trasferit fil-fond konsolidat favur il-Gvern ta’ Malta.

Asset Management Unit / Asset Recovery Bureau – konfiski

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħaddmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau minn Novembru 2018 ‘il hawn u jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħruġ ta’ freezing orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħargu freezing orders mill-2012 ‘il hawn, u jgħid kemm minn dawn għadhom fis-seħħ sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella li turi n-numru ta’ Freezing Orders li nħarġu mill-2012 'il hawn u kemm minnhom għadhom fis-seħħ sas-26 t’April 2019. Qorti ta’ Malta Sena Freezing orders Għadhom fis-seħħ 2012 67 48 2013 62 55 2014 90 87 2015 89 88 2016 62 56 2017 39 38 2018 (s’Awwissu, 2018) * 70 70 Qorti t’Għawdex Sena Freezing orders Għadhom fis-seħħ 2012 0 0 2013 4 4 2014 0 0 2015 2 2 2016 2 2 2017 0 0 2018 (s’Awwissu, 2018) * 0 0 *Minn Awissu 2018 il-freezing orders bdew isiru mill-Asset Recovery Bureau hekk kif tkopri it-tabella t’hawn taħt. Uffiċċju għall-Rkupru tal-Assi Sena Freezing orders Għadhom fis-seħħ Minn Awwissu 2018 19 19 2019 26 26

Freezing orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm freezing orders mill-2012 ‘il hawn li llum m’għadomx fis-seħħ u jgħid kemm minn dawn kienu kkanċellati, kemm minnhom irriżultaw f’konfiski (u jindika l-ammont globali tal-konfiski), u kemm minnhom irriżultaw f’konfiski iżda ma’ rriżultaw li kien hemm assi x’jiġu kkonfiskati? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni mitluba sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif mitlub sas-26 t’April 2019. Qorti ta’ Malta Sena Freezing Orders li m’għadhomx fis-seħħ/kanċellati Konfiski Ma kienx hemm x’jiġi konfiskat 2012 19 Nil 17 ġew liberati u tnejn mejta 2013 7 Nil Liberati 2014 3 €12,565 konfiskati 2 liberati 2015 1 Nil Liberat 2016 6 Nil Liberati 2017 1 Nil Liberati 2018 0 Nil Nil Qorti ta’ Għawdex Sena Freezing Orders li m’għadhomx fis-seħħ/kanċellati Konfiski 2012-2018 0 0 Uffiċċju għall-Rkupru ta’ l-Assi L-Uffiċċju għall-Rkupru tal-Assi ma rċieva l-ebda cancellation order minn Awissu 2018 sas-26 t’April 2019.

Kunsill Lokali Santa Venera – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar sett ta’ Audited Financial Statements tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera.

Kunsill Lokali Belt Valletta – xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid: a) fejn sar ix-xogħol; b) fiex kienet tikkonsisti; c) tlestiex ix-xogħol; d) meta sar ix-xogħol; e) kemm sewa x-xogħol; f) min wettaq ix-xogħol; u g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li ma kienx hemm l-ebda xogħol infrastrutturali mwettaq minnu matul l-2018.

Kunsill Lokali Floriana – xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Floriana fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid: a) fejn sar ix-xogħol; b) fiex kienet tikkonsisti; c) tlestiex ix-xogħol; d) meta sar ix-xogħol; e) kemm sewa x-xogħol; f) min wettaq ix-xogħol; u g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba kif komunikata lili. Fejn sar ix-xogħol Triq Lopez p/o fiex kienet tikkonsisti Tarmak tlestiex ix-xogħol Iva meta sar ix-xogħol Marzu 2018 kemm sewa x-xogħol €6,353 min wettaq ix-xogħol Road Services Ltd. il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol Tender EPPS Fejn sar ix-xogħol Triq San Publju fiex kienet tikkonsisti Tiswija ta' parti minn culvert tal-ilma tlestiex ix-xogħol Iva meta sar ix-xogħol Frar 2018 kemm sewa x-xogħol €16,672.98 min wettaq ix-xogħol Road Services Ltd. il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol Tender EPPS Fejn sar ix-xogħol Ġnien Vilhena fiex kienet tikkonsisti Stallazzjoni ġdida ta’ dawl tlestiex ix-xogħol Iva meta sar ix-xogħol Lulju 2018 kemm sewa x-xogħol €9,551.50 min wettaq ix-xogħol Nexos il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol Xogħlijiet skont Framework Agreement eżistenti

Kunsill Lokali Marsa – xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħolijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Marsa fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid: a) fejn sar ix-xogħol; b) fiex kienet tikkonsisti; c) tlestiex ix-xogħol; d) meta sar ix-xogħol; e) kemm sewa x-xogħol; f) min wettaq ix-xogħol; u g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba kif komunikata lili. Resurfacing u bankini Fejn sar ix-xogħolTriq it-TiġrijaTriq Isouard/ Zerafa fiex kienet tikkonsistiresurfacing u bankiniresurfacing tat-toroq tlestiex ix-xogħolivaiva meta sar ix-xogħolfl-ahhar tat-2017/bidu ta’ 2018l-aħħar pagament fuq proġett PPPApparti hekk il-Kunsill għadu kemm spiċċa jħallas l-aħħar pagament ta’ Triq Isouard U Zerafa li din kienet swiet lill-Kunsill il-fuq min €300,000 taħt l-iskema tal-PPP. kemm sewa x-xogħol€91,574.47€11,296.06 min wettaq ix-xogħol Cental Asphalt Cental Asphalt il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħolTender Tender Bdil ta’ Turġien Fejn sar ix-xogħolTriq San Tumas fiex kienet tikkonsistibdil tat-turġien tlestiex ix-xogħoliva meta sar ix-xogħolApr-18 kemm sewa x-xogħol€6,269.04 min wettaq ix-xogħol Karmig il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħolTender Bankini Fejn sar ix-xogħolTriq Xemxija Triq Xemxija Triq Azzopardi fiex kienet tikkonsistitiswija t’entratura quddiem Block Hquddiem Block Etiswija ta’ bankina quddiem Block M u Block T tlestiex ix-xogħolivaivaiva meta sar ix-xogħol201820182018 kemm sewa x-xogħol€182€773€3,106.33 min wettaq ix-xogħol KarmigKarmigKarmig il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħolTenderTenderTender Fejn sar ix-xogħolTriq San Pawl/ Pjazza San VinċenzTriq Għabex ma Triq is-SebħParti minn Triq Marsa fiex kienet tikkonsistitiswija ta’ bankina tiswija ta’ bankina tiswija ta’ bankina tlestiex ix-xogħolivaivaiva meta sar ix-xogħol201820182018 kemm sewa x-xogħol€1,900.16€603.16€2,343.40 min wettaq ix-xogħol KarmigKarmigKarmig il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħolTenderTenderTender Fejn sar ix-xogħolTriq Belt il-ĦaznaTriq Antonio DoubletTriq il-Marsa fiex kienet tikkonsistitiswija ta’ bankinatiswija ta’ bankina tiswija ta’ bankina tlestiex ix-xogħolivaivaiva meta sar ix-xogħol201820182018 kemm sewa x-xogħol€2,695€1,154.47€2,548.58 min wettaq ix-xogħol KarmigKarmigKarmig il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħolTenderTenderTender Fejn sar ix-xogħolTriq il-Marsa minn Triq Azzopardi sa Triq IsouardTriq BalbiTriq Isouard fiex kienet tikkonsistitiswija ta’ bankina tiswija ta’ bankina (kanali tal-Water Services Corp) tiswija ta’ bankina tlestiex ix-xogħolivaivaiva meta sar ix-xogħol201820182018 kemm sewa x-xogħol€6,627.63€655.79€2,999.99 min wettaq ix-xogħol KarmigKarmigKarmig il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħolTenderTenderTender Fejn sar ix-xogħolTriq il-BajjadaParti min Triq Bajjada c/o Triq Isouard fiex kienet tikkonsistibdil ta’ bankina tiswija ta’ bankina tlestiex ix-xogħolivaiva meta sar ix-xogħol20182018 kemm sewa x-xogħol€1,313.62€8,145.05 min wettaq ix-xogħol KarmigKarmig il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħolTenderTender Ċnut Fejn sar ix-xogħolTriq AzzopardiTriq il-Jum fiex kienet tikkonsistitiswija ta’ ċnuttiswija ta’ ċnut tlestiex ix-xogħolivaiva meta sar ix-xogħol20182018 kemm sewa x-xogħol€863.17€392.35 min wettaq ix-xogħol KarmigKarmig il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħolTenderTender Disabled ramp Fejn sar ix-xogħolTriq il-Marsa fiex kienet tikkonsistitiswija ta’ disabled ramp tlestiex ix-xogħoliva meta sar ix-xogħol2018 kemm sewa x-xogħol€207.39 min wettaq ix-xogħolKarmig il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħolTender Bdil ta’ Taraġ u Ċnut Fejn sar ix-xogħolTriq il-Jum fiex kienet tikkonsistibdil ta’ taraġ u ċnut tlestiex ix-xogħoliva meta sar ix-xogħol2018 kemm sewa x-xogħol€5,722 min wettaq ix-xogħolKarmig il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħolTender

Kunsill Lokali Pietà – xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Pietà fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid: a) fejn sar ix-xogħol; b) fiex kienet tikkonsisti; c) tlestiex ix-xogħol; d) meta sar ix-xogħol; e) kemm sewa x-xogħol; f) min wettaq ix-xogħol; u g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella l-informazzjoni mitluba kif komunikata lili. Fejn sar ix-xogħol Triq id-Duluri quddiem il-Kappella tad-Duluri fiex kienet tikkonsisti Pavimentar tal-area, dawl ġdid, street furniture ġdida u sistema aħjar biex tilqa' l-ilma tax-xita tlestiex ix-xogħol Iva meta sar ix-xogħol Ottubru - Diċembru 2018 kemm sewa x-xogħol €193,000.00 min wettaq ix-xogħol KL Pietà b'fondi tad-Development Planning Fund u Infrastructure Malta il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol b'sejħa għall-offerti maħruġa mill-KL Pietà Fejn sar ix-xogħol Triq l-Ursolini fiex kienet tikkonsisti Servizz tal-ilma ġdid, bankini ġodda u resurfacing tat-triq tlestiex ix-xogħol Iva meta sar ix-xogħol Ġunju - Settembru 2018 kemm sewa x-xogħol €789,791 min wettaq ix-xogħol KL Pietà b'fondi ta' Infrastructure Malta il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol b'sejħa għall-offerti maħruġa mill-KL Pietà Fejn sar ix-xogħol Triq S. Ġużepp u Triq Edgar Ferro fiex kienet tikkonsisti Servizz tal-ilma ġdid, bankini ġodda u resurfacing tat-triq tlestiex ix-xogħol Iva meta sar ix-xogħol Frar - April 2018 kemm sewa x-xogħol €460,312 min wettaq ix-xogħol KL Pietà b'fondi ta' Infrastructure Malta il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol b'sejħa għall-offerti maħruġa mill-KL Pietà

Kunsill Lokali Samta Venera – xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera fis-sena 2018 u għal kull biċċa xogħol jgħid: a) fejn sar ix-xogħol; b) fiex kienet tikkonsisti; c) tlestiex ix-xogħol; d) meta sar ix-xogħol; e) kemm sewa x-xogħol; f) min wettaq ix-xogħol; u g) il-mod kif intgħażel min wettaq ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera li matul l-2018 sar xogħol fi Triq il-Qalb Imqaddsa li kien jikkonsisti f’asfaltar u bankini. Ix-xogħol tlesta u ġie jiswa €39,088,31. Ix-xogħol twettaq minn Central Asphalt wara li nħareġ tender.
Leg 13 PQ #9606 Sitting 223 2019-04-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Swedish Income Tax – Whitelist – impact assessments

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8073, jista’ l-Ministru jwieġeb jekk sarux impact assessments qabel jew wara li l-Iżvezja neħħiet kompletament lill-Malta mill-Whitelist għall-finijiet fiskali mill-1 ta’ Jannar 2019 ‘il hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern segwa mill-qrib l-azzjoni Zvediża u l-impatt tagħha u qiegħed jaħdem sabiex jindirizza l-problema.