Legislature:
Category:
Reset
Active:

Employment licences – talbiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-Employment Licenses mill-JobsPlus, u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-applikant/a?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fit-28 t’April, Jobsplus kellha 128 applikazzjoni pendenti għal permess tax-xogħol. Din l-istatistika tinkludi biss applikazzjonijiet pendenti minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal Single Residence/Work Permit. In-nazzjonalità tal-applikanti hija kif ġej: Nazzjonalità AFGANISTAN 1 ALBANIA 1 BANGLADESH 6 BRAZIL 1 CAMEROON 1 CHINA 1 COLOMBIA 1 EL SALVADOR 1 ERITREA 6 ETHIOPIA 1 GAMBIA 3 GHANA 1 GUINEA 1 INDIA 13 IVORY COAST 4 LIBYA 9 MALI 7 MOROCCO 2 NEPAL 6 NIGER 1 NIGERIA 11 PAKISTAN 1 PHILIPPINES 11 SENEGAL 1 SERBIA 6 SOMALIA 9 SUDAN 7 SYRIA 1 TOGOLESE REP. 1 TURKEY 4 UKRAINE 1 UNITED STATES OF AMERICA 2 VENEZUELA 6 Total 128

Single residence/work permits maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Single Residence/Work Permits, sena b’sena mill-2013 ’il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna li nħarġitilha l-permess?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-regolament (KE) Nru 862/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL l-awtoritajiet Maltin huma mitluba biex kull sena jippreżentaw l-istatistika dwar il-migrazzjoni li tkun tkopri sal-aħħar tas-sena ta’ qabel. Għaldaqstant, bħalissa qed tiġi miġbura l-istatistika għas-sena 2019 skont l-obbligi li joħorġu mill-istess regolament. Madankollu, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt għall-istatistika dwar in-numru ta’ permessi ta’ residenza ġodda marbuta max-xogħol li ħarġu fis-snin ta’ qabel. First Residence Permits Issued by Remuneration Activity Reason 2013 2014 2015 2016 2017 2018 Remunerated Activity 1,230 2,044 2,782 3,036 5,997 10,178 Top 3 Nationalities for First Residence Permit Issued for Remunerated Activity Ranking 2013 2014 2015 2016 2017 2018 Nationality No. Nationality No. Nationality No. Nationality No. Nationality No. Nationality No. First Philippines 259 Serbia 471 Serbia 708 Serbia 886 Serbia 1827 Serbia 1927 Second Serbia 213 Philippines 419 Philippines 660 Philippines 623 Philippines 1091 India 1776 Third China 82 Libya 305 North Macedonia 178 India 230 India 619 Philippines 1556

Single residence/work permits – talbiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-Single Residence/Work Permits, u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-applikant/a?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19, Malta bħalissa mhix tilqa’ applikazzjonijiet ġodda għal single permit, filwaqt li ssospendiet kull applikazzjoni li kien hemm. L-uniku eċċezzjoni huma l- highly skilled workers (Key Employee Initiative) u professjonisti mediċi

Formoli ta' tmiem tal-impjieg sottomessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi formoli tat-tmiem tal-impjieg lill-JobsPlus fix-xhur ta’ Diċembru 2019, Jannar, Frar, Marzu u April 2020, maqsuma xahar b’xahar separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ formoli tat-tmiem tal-impjieg sottomessi lill-Jobsplus fix-xhur ta’ Diċembru 2019, Jannar, Frar, Marzu u April 2020 huwa kif ġej: Sena/Xahar Formoli tat-tmiem tal-impjieg sottomessi Diċembru 2019 5,940 Jannar 2020 9,707 Frar 7,678 Marzu 8,397 April (sas-26 t’April 2020) 9,116

Persuni mressqa l-Qorti fuq ħasil ta flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati relatati ma’ ħasil ta’ flus mill-2015 'il hawn, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi li-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

COVID-19 — Malta Enterprise – skemi u għajnuna lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ applikazzjonijiet u numru ta’ impjegati benefiċjarji li rċieviet il-Malta Enterprise sal-lum b’rabta mal-iskemi ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-iskemi rispettivi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għad fadal pendenti? Fil-każ tal-Wage Supplement jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawk li jaqgħu f’Annex A u f’Annex B separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni ghada qed tingabar

COVID-19 — Lista aġġornata ta' setturi/NACE Codes tal-wage supplement

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata ta’ dawk is-setturi/NACE Codes li jaqgħu taħt Annex A u Annex B tal-Wage Supplement ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jgħid x’inhi l-proċedura li permezz tagħha s-setturi rispettivi jistgħu jiddaħħlu jew jinħarġu mill-annexes rispettivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

COVID-19 — Applikazzjonijiiet għal għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ applikazzjonijiet li rċieva l-Ministeru tiegħu b’rabta mal-iskemi ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-iskemi rispettivi sad-data tal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għad fadal pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu, kif aġġornata fid-29 ta’ April 2020, hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Isem tal-Benefiċċju (Covid-19) Talbiet li daħlu Talbiet maħduma Talbiet Imħallsa Talbiet pendenti Benefiċċju ta Ġenitur 5,548 5,444 3,881 104 Benefiċċju ta’ Persuna b’Diżabilita’ 494 463 334 31 Benefiċċju Addizzjonali tal-Qgħad u Benefiċċju tal-Qgħad Kontributorju 1,166 1,166 992 0 Benefiċċju Mediku 1,887 1,720 1,239 167 Total 9,095 8,793 6,446* 302 * In-numru ta’ talbiet imħallsa ma jinkludix 249 persuna li kienu qed jitħallsu xi wieħed mill-benefiċċji u waqfuh għaliex irritornaw għax-xogħol jew bdew jirċievu l-għajnuna minn għand l-imgħallem tagħhom permezz tal-iskemi tal-Malta Enterprise, inkluż 88 li kienu qed jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad. Għalhekk in-numru ta’ benefiċjarji li kellhom l-applikazzjoni tagħhom milqugħa kien ta’ 6,695 u n-numru ta’ talbiet mhux milqugħa 2,098.

COVID-19 MDB scheme — Banek kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-banek kummerċjali li ser ikunu qed iħaddmu l-COVID-19 MDB Scheme, ingħataw il-mezzi u l-istrumenti kollha neċessarji biex ikunu jistgħu jħaddmu l-iskema tas-sussidji tal-interessi fuq l-imsemmija skema, hekk kif imħabbar mill-Gvern fil-ġranet li għaddew?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bank Malti ta’ Zvilupp (MDB), qiegħed jiffinalizza l-aħħar preparamenti, b’konsultazzjoni mal-banek biex tkun tista tibda titħaddem l-iskema tas-sussidji tal-interessi fuq self garantit mill-COVID-19 MDB Scheme.

Ħruġ ta' attachment/freeze orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b’sena. kemm inħarġu attachment/freeze orders mill-2013 ’il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-istituzzjoni finanzjarja li lilhom inħarġu u għal kemm kienu jammontaw l-ammonti restritti? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew ikkonfiskati favur il-Gvern, kemm minnhom ġew rilaxxati u kemm minnhom għadhom in vigore?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Garanziji li l-Gvern għandu Outstanding għal dejn/self

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda bid-dettalji kollha ta’ kull garanzija li l-gvern għandu outstanding għal dejn/self li qiegħed jiggarantixxi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi sal-24 t’April 2020, il-Gvern kellu ammont ta’ garanziji ta’ €1,969,839,749. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Twelid ta’ tfal minn IVF — embryo freezing

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu tfal permezz tal-IVF minn meta beda jitħaddem f’pajjiżna u jaqsam l-informazzjoni skont kemm twieldu permezz ta’ embryo freezing? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ trabi li twieldu mill-2013 sal llum huwa ta’ 309.

Embrijuni ffriżati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm embrijuni ffriżati bħalissa u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ilhom iffriżati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 12 il-koppja li għandha l-embrijuni krijopreservati. Koppja waħda krijopreservaw l-embrijuni f’Settembru tal-2018, 10 koppji f’Ottubru tal-2018, u koppja oħra fi Frar 2019.
Leg 13 PQ #9738 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana — qabdiet ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mid-Dwana ta’ Malta mill-2013 ’il hawn, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena skont it-tip ta’ droga li nqabdet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #9739 Sitting 228 2019-05-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana — Qbid ta’ droga - proċeduri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi jsir md-droga li tinqabad mid-Dwana u x’inhi l-proċedura li tintuża f’dawn il-każijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 8847.

Vetturi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi f’Malta fl-2017, l-2018 u sa Frar fl-2019 u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategoriji li ġejjin: - Vetturi privati - Garage hire - Self-drive - Leased?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-ammont ta’ vetturi reġistrati skont il-kategoriji mitluba jidher fit-tabella segwenti; 2017 2018 2019 (sa Frar) Vetturi privati 16,630 16,230 1,943 Garage hire 278 618 118 Self-drive/Leased 1,862 2,155 255

Vetturi — VRT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-VRT u kemm-il vettura m’għaddietx mill-VRT fis-snin 2016, 2017 u 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, li n-numru ta’ testijiet tal-VRT li saru, kif ukoll in-numru ta’ vetturi illi għaddew u fallew minn dan it-test fis-snin 2016, 2017 u 2018, huma dawk annessi fit-tabella t’hawn taħt: Sena 2016 2017 2018 Numru sħiħ ta’ testijiet tal-VRT li saru 152,896 189,396 197,134 Numru ta’ vetturi li għaddew mit-test tal-VRT 138,008 170,364 174,947 Numru ta’ vetturi li fallew mit-test tal-VRT 14,888 19,032 22,187 Numru ta’ vetturi li għaddew wara li sarilhom re-test 13,760 17,506 20,028

Kunsilli Lokali — ħlas għal infurzar lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallas kull Kunsill Lokali f’Malta għall-infurzar lokali fil-lokal tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħ hawn tabella bl-informazzjoni kif miġbura mill-Kunsill Lokali. Kunsill Lokali 2017 2018 2019 Il-Belt Valletta Nil Nil Nil L-Imdina € 2,620 € 602 € 136 Il-Birgu € 4,196.46 € 5,616.97 Nil L-Isla € 27.21 € 2,885.43 € 248.80 Bormla € 2,950.00 € 660.80 Nil Ħal Qormi € 12,342.09 € 22,808.09 € 1,479.08 Ħaż-Żebbug Nil Nil Nil Ħaż-Żabbar Nil Nil Nil Is-Siġġiewi € 2,183 € 1,928 € 1,682 Iż-Żejtun € 1,500 € 1,700 € 2,000 Ir-Rabat (G) Nil Nil Nil Ħ’Attard Nil Nil Nil Ħal Balzan Nil Nil Nil Birkirkara Nil € 1,486 € 1,119 Birżebbuġa € 2,289.00 € 2,809.00 € 70.80 Ħad-Dingli € 1,221.43 € 1,174.20 Nil Il-Fgura € 515.19 € 2,646.27 € 991.20 Floriana € 690.00 € 4,439.83 € 203.83 Il-Fontana Nil Nil Nil Il-Gudja Nil Nil Nil Il-Gżira Nil € 2,171.20 € 1,746.40 Għajnsielem € 102.50 Nil Nil L-Għarb Nil Nil Nil Ħal Għargħur Nil € 1,109.75 € 27.14 L-Għasri Nil Nil Nil Ħal Għaxaq Nil Nil Nil Il-Ħamrun € 20,689.97 € 19,561.00 € 210.94 L-Iklin Nil Nil Nil Il-Kalkara Nil € 552 € 1,698.31 Ta’ Kerċem Nil Nil Nil Ħal Kirkop € 1,311 € 2,195 Nil Ħal Lija Nil Nil Nil Ħal Luqa Nil Nil Nil Il-Marsa Nil Nil Nil Marsaskala Nil Nil Nil Marsaxlokk € 3,320.35 € 3,320.24 € 456.12 Il-Mellieħa € 2,810.87 € 16,249.43 € 134.78 L-Imġarr € 2,441.24 € 3,075.09 Nil Il-Mosta € 138 € 1,285.23 € 152.85 L-Imqabba € 980.82 € 2,687.52 € 197.82 L-Imsida € 82.47 € 3,660.64 € 1,746.40 Il-Munxar € 927.00 € 1,145.00 € 461.38 In-Nadur Nil Nil Nil In-Naxxar Nil Nil Nil Paola € 202.30 Nil Nil Pembroke Nil Nil Nil Tal-Pietà Nil Nil Nil Il-Qala Nil Nil Nil Il-Qrendi € 1,809.65 € 7,026.20 Nil Ir-Rabat (M) Nil € 891.40 Nil Ħal Safi Nil Nil Nil San Ġiljan € 1,490.00 € 13,300.00 € 1,147.00 San Ġwann Nil Nil Nil San Lawrenz Nil Nil Nil San Pawl il-Baħar Is-somma ma tistax tiġi kwantifikata peress li bħala parti mill- Blitz agreement li il Kunsill għamel mal- Cleansing Department, il- Kunsill kellu wkoll inkluz fil-prezz 500 siegħa ta’ Infurzar relatat ma Green Wardens. Huwa stmat li d-Divizjoni għat-Tindif u Manutenzjoni nefqet madwar €10,000, bħala parti mill-Memo of Understanding li kellha mal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar. Ta’ Sannat € 154.80 € 654.02 € 169.92 Santa Luċija Nil Nil Nil Santa Venera € 913 2005 842 Tas-Sliema Nil € 2,914.60 € 2,489.80 Is-Swieqi € 477 € 229.20 € 354 Ta’ Xbiex Nil Nil Nil Ħal Tarxien € 35.40 € 772.32 Nil Ix-Xagħra € 1,485.70 € 4,355.68 Nil Ix-Xewkija Nil Nil Nil Ix-Xgħajra Nil Nil Nil Iż-Żebbuġ € 337.90 € 2,300.06 € 283.20 Iż-Żurrieq Nil € 1,132.80 Nil L-Imtarfa € 126.72 € 205.92 Nil Total: € 63,551.09 € 126,597.97 € 13,829.97

Kunsilli Lokali — sistemi ta' CCTV

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li joperaw sistemi ta’ CCTV fil-lokalità tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li hawn 51 Kunsill Lokali li joperaw sistemi ta’ CCTV fil-lokalità tagħhom. Dawn huma skont t-tabella t’hawn taħt: Sat-2 ta’ Mejju 2019 Il-Belt VallettaMarsaskala L-ImdinaMarsaxlokk Il-BirguIl-Mellieħa L-IslaL-Imġarr BormlaIl-Mosta Ħal QormiIn-Nadur Ħaż-ŻabbarPaola Is-SiġġiewiPembroke Iż-ŻejtunTal-Pietà Ir-Rabat (G)Il-Qala Ħ’AttardIl-Qrendi Ħal BalzanSan Ġiljan BirkirkaraSan Lawrenz Ħad-DingliSan Pawl il-Baħar FlorianaTa’ Sannat Il-FontanaSanta Luċija GħajnsielemTas-Sliema L-GħarbIs-Swieqi Ħal GħargħurTa’ Xbiex L-GħasriĦal Tarxien Ħal GħaxaqIx-Xagħra Il-ĦamrunIx-Xewkija Ta’ KerċemIx-Xgħajra Ħal KirkopIż-Żurrieq Ħal LuqaL-Imtarfa Il-Marsa

Ċikli ta’ IVF

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru ċikli ta’ IVF minn meta beda jitħaddem l-IVF f’pajjiżna? Jista’ jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-servizz tal-IVF mhux regolat kien ilu jitħaddem għal diversi snin f’pajjiżna mingħajr ebda statistika miġbura. Sa mit-twaqqif tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun beda’ jinżamm reġistru mill-istess Awtorità taċ-ċikli kollha li saru f’Malta mill-2013 l’hawn. Din l-informazzjoni hija miġbura fit-tabella hawn mehmuża. Sena Sptar Mater Dei Sptar St James Total 2013 0 100 100 2014 0 170 170 2015 176 135 311 2016 202 71 273 2017 229 75 304 2018 205 44 249