Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise – kumpaniji li ngħataw Letter of Intent

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw Letter of Intent mill-Malta Enterprise skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hi koperta bil-kunfidenzjalità imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji li huma approvati għajr dawk li huma diġà pubbliċi.

Air Malta plc – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-kumpanija Air Malta plc?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ahhar sett ta financial statements tal-Kumpanija Air Malta plc.
Leg 13 PQ #14314 Sitting 330 2020-05-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Proġett tat-tliet sptarijiet — approvazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Ministeru tiegħu, jew xi entità fi ħdanu, qattx intalbet l-approvazzjoni tagħhom għat-twettiq tal-proġett marbuta mat-tliet sptarijiet pubbliċi (San Luqa, Karin Grech u Gozo General Hospital)? Jekk iva, jista’ jgħid x’tip ta’ approvazzjoni intalbet, jekk din ingħatatx u jekk iva, meta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-deċizjonijiet dwar il-proġett tal-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, ittieħdu direttament mill-Kabinett tal-Ministri.

Garanzija statali favur il-kumpanija Malta Air Travel

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14013, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalxiex inħarġet garanzija statali ta’ €3.2m favur il-kumpanija Malta Air Travel?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-garanzija statali ta’ Eur3,200,000 hi temporanja u tkopri “bridge loan facility” li ġiet mogħtija l-kumpanija Malta Air Travel Ltd sabiex tiffinanzja pagament relatat ma’ xiri li jista jsir ta’ arjuplani sakemm jiġu assikurati finanzjament fi-tul u aktar fondi.

Projects Malta – xogħlijiet u proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol u l-proġetti li qed taħdem fuqhom bħalissa Projects Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li f’Jannar li għadda kien hemm bidla fil-Ministeri, Projects Malta ma baqgħetx taqa’ taħt il-Ministeru tat-Turiżmu iżda waqgħet taħt il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli. Bħalissa għaddejin b’diskussjonijiet sabiex ikun stabbilit liema ser ikunu dawk il-proġetti li Projects Malta Limited se tkun qed tiffoka fuqhom fiż-żmien li ġej.

Persuni li mietu b’overdose tad-droga

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mietu persuni b’overdose ta’ droga fis-snin 2017, 2018 u 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-reġistru nazzjonali tal-imwiet kien hemm 9 mwiet b’overdose ta’ droga matul is-sena 2017 u 2 fis-sena 2018. L-informazzjoni għas-sena 2019 għadha qed tinġabar.

Persuni li daħlu jsofru b’sintomi relatati ma’ overdose

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm iddaħħlu persuni jsofru b’sintomi relatati ma’ overdose ta’ droga fis-snin 2017, 2018 u 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala pazjenti fejn overdose kien imniżżel bħala wieħed mid-dijanjosi meta il-persuna ħarġet mill-isptar, fl-2017 kien 355, fl-2018 366 filwaqt li fl-2019 312. Ninfurmah ukoll illi t-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji: Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi Kategorija B: Attentat ta’ suwiċidju jew ikkaġunar ta’ offiża fuqha nnifisha, ikkawżat minn avvelenament b’sustanzi solidi jew likwidi. Kategorija Ċ: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat. Dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li setgħu ġew inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma ddaħħlux bħala pazjenti fl-iswali tal-Isptar Mater Dei.

Ħruġ ta' attachment/freeze orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14012 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u issa ġiet riferuta lilu u ċjoe: Jista' l-Ministru jgħid, sena b’sena. kemm inħarġu attachment/freeze orders mill-2013 ’il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-istituzzjoni finanzjarja li lilhom inħarġu u għal kemm kienu jammontaw l-ammonti restritti? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew ikkonfiskati favur il-Gvern, kemm minnhom ġew rilaxxati u kemm minnhom għadhom in vigore?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-Asset Management Unit u l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi m’għandhomx informazzjoni relatata ma’ ordnijiet ta’ sekwestru minħabba illi dawn ma jagħmlux parti mill-mandat tal-imsemmi Uffiċċji. Iż-żewg entitatjiet jippubblikaw notifika fil-gazzetta tal-Gvern tal-ordnijiet tal-Qrati li jikkonsistu minn ordni tal-iffriżar, varjazzjoni u kanċellazjoni. Meta jinħarġu l-ordnijiet tal-iffriżar, issir riċerka mal-entitajiet irreġistrati mal-MFSA sabiex tinġabar kull tip ta’ informazzjoni fuq assi li jkunu f’isem l-imputat li fuqu nħarġet l-ordni. Fuq ordnijiet tal-iffriżar, l- As set Management Unit (sa qabel bdew l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi) sal-20 ta’ Awwissu 2018 kellu dawn il-valuri: Sena ta’ Rapport Numru ta’ Ordnijiet tal-Iffriżar 2013 62 2014 90 2015 89 2016 62 2017 39 2018 68 Fuq ordnijiet tal-iffriżar, l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jirraporta li matul il-perjodu tal-operat li beda fl-20 ta’ Awwissu 2018 sat-30 ta’ April 2020 kellu dawn il-valuri: Sena ta’ Rapport Numru ta’ Ordnijiet tal-Iffriżar 2018 19 2019 71 2020 11 L- Asset Management Unit jirraporta wkoll li għall-perjodu mill-2013 ‘l hawn sa ma beda jopera l-Irkupru tal-Assi, mill-ordnijiet tal-iffriżar jirriżulta li kien hemm l-ammonti hawn imniżżla iffriżati: Sena ta’ Rapport Assi Iffriżati 2013 29 proprjeta immobbli u €166,465.45 flejjes 2014 3 proprjetajiet immobbli u €26,312.52 flejjes 2015 3 proprjetajiet immobbli u €51,224.80 flejjes 2016 6 proprjetajiet immobbli, vettura u €946,253.15 2017 Proprjeta immbbli, €101,538.70 2018 €922,733.58 flejjes f’kontijiet bankarji, €55,747.21 f’investimenti u trusts, 55 proprjeta immobbli, 4 opri tal-bahar u 71 vettura L-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jirraporta wkoll illi għall-perjodu tal-operat hekk kif imsemmi, mill-ordnijiet tal-iffriżar jirriżulta illi kien hemm dawn l-ammonti hawn imniżżla iffriżati: Sena ta’ Rapport Assi Iffriżati 2018 27 kont tal-bank attivi, 37 vettura (inklu¿ opri tal-baħar), 15-il propjetà immobbli €7,564.87 fi kreditu u €194,876.15 f’debitu 2019 134 kont tal-bank, 105 vettura (inklu¿ opri tal-baħar), 11-il propjetà immobbli €386,954.45 fi kreditu u €839,050.83 f’debitu 2020 1 kont tal-bank €0.19 fi kreditu* Mill-każijiet imsemmija l- Asset Mangement Unit u l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jirraportaw illi ġew ikkonfiskati l-ammonti murija hawn taħt: Sena ta’ Rapport Assi Ikkonfiskati 2013 €152,340.82 2014 €1,453.59 u €88,378.77 u vettura 2015 €18,452.74 2016 €98,458.84 2017 2 vetturi u €20,193.27 u €602,505.70 2018 €204,057.70 , €2,760 u vettura 2019 Sett tapiti 2020 -

COVID-19 — Malta Enterprise – skemi u għajnuna lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14008 u jagħti rendikont tan-numru ta’ applikazzjonijiet u numru ta’ impjegati benefiċjarji li rċieviet il-Malta Enterprise sal-lum b’rabta mal-iskemi ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-iskemi rispettivi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għad fadal pendenti? Fil-każ tal-Wage Supplement jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawk li jaqgħu f’Annex A u f’Annex B separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

COVID-19 — Lista aġġornata ta' setturi/NACE Codes tal-wage supplement

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14009 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata ta’ dawk is-setturi/NACE Codes li jaqgħu taħt Annex A u Annex B tal-Wage Supplement ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jgħid x’inhi l-proċedura li permezz tagħha s-setturi rispettivi jistgħu jiddaħħlu jew jinħarġu mill-annexes rispettivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ghadha qedt tingabar.

Attachment/freezing orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm attachment/freezing orders mill-2017 ‘il hawn li llum m’għadhomx fis-seħħ u jgħid kemm minn dawn kienu kkanċellati, kemm minnhom irriżultaw f’konfiski (u jindika l-ammont globali tal-konfiski), u kemm minnhom irriżultaw f’konfiski iżda ma’ rriżultawx li kien hemm assi x’jiġu kkonfiskati? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni mitluba sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Asset Management Unit tal-Qorti / Asset Recovery Bureau — konfiski

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħadmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2018 ‘il hawn u jagħti l-informazzjoni xahar b’xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ April 2020.

Awtorità tal-Mediċini – liċenzji lill-kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ jista’ jgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Ħruġ ta’ Employment licences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Employment Licenses mill-JobsPlus, sena b’sena mill-2013 ’il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna li nħarġitilha l-liċenzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.