Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15456 u 14905 u jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li din l-informazzjoni ser tinghata fis-seduta li jmiss.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15507 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/i li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks għaddiet sit f’Ħal Luqa lill-Awtorità tal-Artijiet, liema sit kien indikat biex jgħaddi lil Valletta FC?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art inkwistjoni kienet rilaxxata lura lill-Awtorità tal-Artijiet b'tali mod li din tkun allokata permezz ta' Sports Malta.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – għajnuna lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15508 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi MIP irrilaxxar art lura lill-Awtorità tal-Artijiet b'tali mod li din tkun allokata permezz ta' Sports Malta.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – għajnuna lil Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15509 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kienx hemm din it-tip ta’ għajnuna.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – għajnuna lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15510 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq is-sit mgħoddi lilhom għal dan l-iskop?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15511 u jgħid meta SportsMalta ser tgħaddi s-sit f’Ħal Luqa (li kellu jgħaddi għand SportMalta mingħand Malta Industrial Parks fl-2019) lil Valletta FC biex il-club ikun jista’ jibda x-xogħlijiet tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġimgħat li ġejjin ser tiġi intavolata r-riżoluzzjoni parlamentari li permezz tagħha l-Parlament ser jintalab japprova l-kuntratt ta’ trasferiment tal-art inkwistjoni b’titolu ta’ emfitewsi temporanja minn SportMalta għal Valletta Football Club.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — open data - datasets
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari W82, fejn intqal li “hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’ diversi siti u portali tal-internet” jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu qed tipprovdi bħala Open Data?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-datasets disponibbli li jirrigwardjaw il-Ministeru tiegħi, huma:
1.
Kontijiet Nazzjonali
li jinkludu l-Prodott Gross Domestiku (GDP) u d-Dħul Nazzjonali Gross (GNI).
2.
L-informatika
b’ċifri kemm assoluti u indiċijiet.
3.
L-indiċi tal-prezzijiet
bl-imnut (RPI).
4. Statistika dwar
il-finanzi tal-gvern
fejn insibu ċifri fuq il- kontijiet finanzjarji tas-settur tal-gvern, kontijiet mhux finanzjarji, id-dejn, il-fond konsolidat, taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali, u l-infiq fuq il-benefiċċji soċjali.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14911 u jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entità/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14918 u jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-weġiba se tingħata waqt seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14921 u jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej:
SENA
NUMRU TA’ ĦADDIEMA
MINISTERU
2017
38
MESDC
2018
54
MESDC
2019
64
MESDC
2020
23
MAFA
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15446 u 14344 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15450 u 14675 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġew riferuti lilu u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14306, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-azzjonisti ta’ Malta Air Travel Ltd?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant illi l-azzjonista tal kumpanija Malta Air Travel Ltd huwa 100% il – Gvern ta Malta.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15454, 14898 u 14342 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi il-lista mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14887 u 14329 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru għall-Familja Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, inkluż ukoll is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuna b’Diżabilità, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, karigi oħrajn fil-Ministeru tiegħi, fuq bażi ta’ fiduċja, huma dawk ta’ Maintenance Officer, Housekeeper, Expert on Diability Services, żewġ Personal Assistants, Secretary, Coordinator, IT Officer, Customer Care Assistant, Client Service Coordinator, Assistant Client Relations Coordination Officer, żewġ Assistant Events & Logistics Coordinators, Sports and Day Centre Activites Coordinator, tlett Policy & Operations Coordinators, Administrative Coordinator, Technical Expert on Drugs, Alcohol and Other Dependencies, Administration Officer, Head of Customer Care u żewġ Customer Care Officers, bi spiża ta’ €576,846.02 fis-sena. Din il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — għajnuna lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħatatx għajnuna fil-proġett imsemmi.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — għajnuna lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq is-sit mgħddi lilhom għal dan l-iskop?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħatatx għajnuna fil-proġett imsemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid xahar b’xahar minn Januar 2020 sa Mejju 2020, kemm kien hemm benefiċjarji ta’ xi forma ta’ benefiċċju marbut mal-qgħad u jaqsam l-informazzjoni għal kull benefiċċju speċifiku?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ benefiċċjarji li rċevew xi forma ta’ benefiċċju marbut mal-qgħad, huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Benefiċċju
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Diżimpjieg (UB)
281
317
332
641
623
Speċjali għal Diżimpjieg (SUB)
43
48
39
39
55
Għajnuna għal Qgħad (UA)
639
624
588
590
631
Benefiċċju Addizjonali għal Qgħad (COUB)
0
0
154
975
1,766
Awtorità tal-Mediċini – liċenzji lill-kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14672, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-kumpaniji li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u li qed jiġu evalwati u tgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija ser tkun qed topera?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità dwar il-Mediċini għadha ma ħarġet l-ebda liċenzja skont l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta' Riċerka, u dan peress li l-Awtorità tinstab fil-proċess li tevalwa l-ħames applikazzjonijiet li sarulha. F’dan l-istadju, informazzjoni dwar fejn qegħdin il-faċilitajiet u l-lista tal-kumpaniji mhux qed tiġi ppublikata, għal raġunijiet ta’ tħaris ta’ sigurtà u ta’ sensittività kummerċjali.