Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ taxpayers Maltin li ġew investigati b’rabta mal-Panama Papers u jgħid kemm minnhom ġew konklużi, kemm ġew irkuprati flus u kemm għad hemm każijiet pendenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm mitejn u seba’ u tletin (237) ka¿ ta’ taxpayers Maltin li ġew investigati b’rabta mal-Panama Papers.
Minn dawn, mija tlieta u sittin (163) kaz gew konkluzi u ġiet migbura is-somma ta’ Euro 14,232,295.
Għad hemm erbgħa u sebgħin (74) kazijiet li għadhom pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ taxpayers Maltin li ġew investigati b’rabta mal-Swiss Leaks u jgħid kemm minnhom ġew konklużi, kemm ġew irkuprati flus u kemm għad hemm każijiet pendenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm sitta u disgħin (96) kaz ta’ taxpayers Maltin li ġew investigati b’rabta mas-Swiss Leaks.
Minn dawn, erbgħa u disgħin (94) kaz gew konkluzi u ġiet irkuprata is-somma ta’ Euro 13,422,115.
Għad hemm zewġ (2) kazijiet li għadhom pendenti.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — first aiders kwalifikati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Valletta Cultural Agency?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Valletta Cultural Agency se jkunu ffinalizzati u ppreżentati fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tan-National Orchestra ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat minn National Orchestra illi l-financial statements għas-sena 2019 se jkunu ppreparati fix-xhur li ġejjin skont Artikli 182 u 183 tal-Companies Act.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Just Noise Ltd?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Malti għall-Arti li l-annual audited accounts tal-Just Noise Ltd għandhom jiġu approvati sal-31 ta’ Ottubru 2020 u jiġu mgħoddija lill-Malta Business Register sat-12 ta’ Diċembru 2020. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba tigi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra meta l-informazzjoni tkun kompluta.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament fuq l-informazzjoni mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14011?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Bank Malti ta’ Żvilupp (MDB), issottometta notifikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Iskema tas-Sussidji tal-interessi fuq self garantit mill-COVID-19 MDB Guarantee Scheme. Il-Kummissjoni Ewropea ipprovdiet l-approvazzjoni tagħha fl-14 ta’ Mejju 2020.
Wara proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-MDB u l-banek kummerċjali, intlaħaq ftehim dwar il-proċedura li se tiġi attwata dwar l-operat ta’ l-Iskema tas-Sussidji tal-interessi. L-MDB jinsab fi stadju avvanzat biex jiġi iffinalizzat l-Operational Agreement formali mal-banek individwali.
L-entitajiet kollha li jibbenifikaw minn self taħt il- COVID-19 MDB Guarantee Scheme jikkwalifikaw awtomatikament għal sussidju sa 2.5% fuq dan is-self. Ma hemm ebda bżonn illi dawn l-entitatjiet japplikaw għal ħlas ta’ dan is-sussidju. Il-proċess ta’ ħlas tas-sussidju se jkun amministrat direttament bejn il-MDB u l- banek kummerċjali skont l-Operational Agreement.
Persuni li jaħdmu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li skont l-aħħar news release (NSO 079/2020) dwar in-numru ta’ ħaddiema irreġistrati mal-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li jaħdmu f’attivitajiet relatati mal-qasam tas-servizzi finanzjarji għax-xahar ta’ Novembru 2019, hu ta’ 12,694, li minnhom 1,241 huma mpjegati bħala part-timers.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Arkivju Nazzjonali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Arkivju Nazzjonali jinsab fuq is-sit tal-Parlament https://parlament.mt/media/105434/national-archives-annual-report-2019-final.pdf.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements ta’ Festivals Malta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-financial statements tal-Kunsill Malti għall-Arti fih inkluż dawk ta’ Festivals Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistqosija Parlamentari numru 15808.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tat-Teatru Manuel?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif indikat f’Mistoqsija Parlamentari 14545, l-audited accounts tal-aħħar sitt snin mistenni jitlestew sal-aħħar ta’ Novembru 2020.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – għajnuna lil Valletta FC fil-proġett ta’ żvilupp tal-istadium u faċilitajiet anċillari
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15512 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta FC fil-proġett tal-iżvilupp tal-istadium u l-faċilitajiet anċillari fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi gejt informat li sal-ġurnata tal-lum, SportMalta għadu għaddej bil-proċess biex l-art tiġi trasferita lill-klabb inkwistjoni u qed jiġi ffinalizzat l-istess proċess biex tiġi trasferita l-art innifisha. Dan il-kuntratt se jkun qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif titlob il-liġi, qabel ma l-art tiġi trasferita.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – għajnuna lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15513 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, lill-Marsa FC fit-twettiq tal-proġett tal-iżvilupp tal-ground tal-football fuq l-art mgħoddija lilhom għal dan l-iskop?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li SportMalta uffiċjalment għaddiet l-art għall-grawnd kif kien l-obbligu tagħha.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – għajnuna lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15514 u jagħti rendikont dettaljat ta’ kwalunkwe għajnuna li ta l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu lil Valletta Waterpolo Club fil-proġett tal-iżvilupp tal-faċilitajiet fuq lis-sit mgħoddi lilhom għal dan l-iskop?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li qatt ma ntalbet għajnuna mill-Valletta Waterpolo Club.
Garanzija statali favur il-kumpanija Malta Air Travel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15100 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoe: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14306, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ inkorporazzjoni (ie. Numru ta’ Reġistrazzjoni u Data ta’ Inkorporazzjoni) tal-kumpanija msemmija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Malta Air Travel Ltd, li topera taħt l-isem Malta MedAir, għandha n-numru ta’ reġistrazzjoni C 84358 u ġiet irreġistrata fl-10 ta’ Jannar 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi formoli tat-tmiem ta’ impjieg fix-xhur ta’ April, Mejju u Ġunju 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu imsemmi, id-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, kien hemm total ta’ 40 impjegat li spiċċaw mill-impjieg tagħhom fid-diaprtiment, entitajiet u awtoritajiet fejn kienu ingaġġati. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, r-raġuni tat-tmiem ta’ impjieg kienet tinkludi ukoll ħaddiema li ritraw fil-perjodu msemmi.