Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — sponsorships/grants mogħtija

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tagħha sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant tgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizjattiva u meta ngħatat?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isponsorships ingħataw prinċipalment hekk kif ġej: · Malta Film Commission – sponsorjat attivitajiet relatati ma’ festivals tal-films · Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) – Fellowship Exposure Grants lill-ħaddiema tagħha · Awtorita’ tal-Mediċina – Fellowship Exposure Grants u korsijiet oħra lill-ħaddiema tagħha · Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) – sponsorships ta’ natura turistika li l-maġġorparti tagħhom ilhom jiġu sponsorjati għal snin sħaħ. Dawn jgħaddu mill-iskrutinju ta’ Kumitat fi ħdan l-MTA imwaqqaf apposta għal dan il-għan. L-informazzjoni f’dan il-każ hija ta’ natura kummerċjali.
Leg 13 PQ #15854 Sitting 366 2020-07-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Direttorat tal-Iżvilupp tal-Politika u Implimentazzjoni tal-Programmi, fi ħdan il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, segwa mill-qrib id-diskussjonijiet u n-negozjati kollha li saru dwar il-Brexit f’pajjiżna. Filwaqt li ġie stabbilit l-ewwel u qabel kollox liema huma dawk is-setturi li l-aktar setgħu ikunu milquta mill-Brexit, id-Direttorat tal-Iżvilupp tal-Politika u Implimentazzjoni tal-Programmi, finalment fl-oqsma li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, l-aspett internazzjoni, u x’impatti seta’ jħalli l-Brexit, kien jirrigwardja biss b’mod partikolari lid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali. Madanakollu, fuq livell Ewropew, sar komunikat ta’ garanzija lil pajjiżi membri stati, illi l-ħaddiema mhumiex se jkunu milquta b’mod negattiv, u dan huwa rifless fil-ftehim li nkiseb sa issa fil-qasam tas-Sigurtà Soċjali.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #15859 Sitting 366 2020-07-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — sponsorships/grants mogħtija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizzjattiva u meta ngħatat?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-perjodu msemmi, l-Istitut tas-Servizz Pubbliku ta sponsorships lill-288 persuna b’valur totali ta’ €825,494.00 (VAT mhux inkluża) u scholarships lill- 323 persuna b’valur totali ta’€1,820,766.00 (VAT mhux inkluża). Nfurmat ukoll li c-CHOGM 2015 ta żewġ sponsorships b’valur totali ta’ €22,677.61( VAT mhux inkluża), l-Stamperija tal-Gvern tat scholarship ta’ taħriġ lill-tlett impjegati b’valur totali ta’€3,900 (VAT mhux inkluża), l-NDSF tat 5 grants b’valur totali ta’ €17,490.000 u l-IAID tat 22 sponsorships ta’ taħriġ b’valur totali ta’ €72,439 (VAT mhux inkluża).

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-PQ 15853, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessments li saru fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejin diskussjonijiet u negozjati dwar ir-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit wara li jintemm il-perjodu tranżitorju. Kwalunkwe analiżi tal-impatt li saret fir-rigward tal-ewwel proċess illum m’għadiex relevanti. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni proċess, in-negozjati għadhom għaddejin u l-impatt jista jiġi biss determinat aktar tard.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — impatt ta’ Brexit fuq pajjiżna – impact assessment

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar impact assessment li sar fir-rigward tal-impatt tal-Brexit fuq pajjiżna?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #15836 Sitting 363 2020-07-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — first aiders kwalifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għal Għawdex hemm 127 -il uffiċjal li huma kwalifikati bħala First Aiders. Fir-rigward tal-Gozo Channel Operations Ltd., hemm 134 first aiders.