Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu li jirrevedi l-istrateġija tas-Saħħa Mentali ppublikata f’Diċembru li għadda sabiex pajjiżna jkollu strateġija tas-Saħħa Mentali li tinkludi l-effetti immedjati u fit-tul tal-pandemija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Istrategija tas-Saħħa Mentali qegħda tkun implimentata. Infatti is-servizz kollu issa qiegħed jingħata skont regjuni kif tgħid l-istess strateġija. L-implimentazzjoni tagħha kemm fil-preżent u dak kif ippjanat għal futur jinkludi l-effetti tal-Pandemija. Is-servizz qed jingħata b’tali mod li jkun sikur minn trasmissjoni tal- Covid 19 kemm għal l-istaff kif ukoll għal klijenti. Dan is-servizz qed ikun iktar aċċesibbli, speċjalment fil-kommunità, ħalli jkun jista’ jirrispondi għal problemi u sitwazzjonijiet ġodda psikoloġiċi li ġabet din il-pandemija.
COVID-19 — Servizz u Sapport għas-Saħħa Mentali tal-Frontliners
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizz u sapport għas-Saħħa Mentali qed jingħataw il-frontliners tagħna li jmissu direttament mal-COVID-19 fosthom l-infermiera, t-tobba u l-professjonisti mediċi kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-impjegati inkluż il-frontliners jistaw jirreferu għal servizz ta’ sapport psikoloġiku u ta’ counselling permezz tal-Employee Support Programme (ESP) fejn f’kull livell professjonali jiġu mħeġġa biex jagħmlu użu f’każ ta’ bżonn.
Hemm wkoll is-servizz tal-psikologu u l-psikjatra on call minn tobba u professjonisti oħra f’każ ta’ emerġenza barra l-ħin normali tax-xogħol sabiex l-impjegati jkunu jistgħu jiġu riferuti għalih.
Barra minn hekk ġew introdotti protokolli, linji gwida u lbies protettiv li flimkien jagħtu serħan il-moħħ lill-professjonisti tagħna f’kull ċirkostanza relatata mal-pandemija tal-Covid-19. Dawn il-protokolli huma aġġornati kontinwament biex jirriflettu l-aħħar direzzjoni fuq is-suġġett skont kif ikun maħruġ mil-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (BONNICI, OWEN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16813, infurmat li mit-tagħrif mogħti dwar ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-MEDE, ħlief għal entità waħda li referenza għaliha qed issir fil-paragrafu li jmiss, mill-1 ta’ Marzu 2020 sas-27 ta’ Ottubru, kien hemm 475 talba approvati li minnhom 331 kienu nisa u 144 irġiel. Kien hemm ukoll 12-il applikazzjoni pendenti waqt li sitta ma ngħatawx permess.
Inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni relatata mal-Università ta’ Malta.
Ministeru għas-Saħħa — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-dipartimenti u l-entitajiet tal-Ministeru għas-Saħħa hemm 1404 li huma ħaddiema minn skala 6 ‘l fuq jew ekwivalenti. Minn dawn hemm 596 li huma nisa u 808 li huma rġiel.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għadd ta’ ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt dan il-Ministeru hu ta’ 455, li minnhom 322 huma rġiel u 133 nisa.
Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Gozo Channel topera bi ftehimi kollettivi differenti minn dawk tas-settur pubbliku, l-iskali tal-pagi ma jikkorispondux ma’ dak rikjest.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (ABELA, CARMELO)
Infurmat li l-pagi fis-settur pubbliku jsegwu l-ftehim kollettiv tal-entità partikolari u mhux l-iskali ta’ pagi fis-Servizz Pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat illi fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej hemm b'kollox 193 ħaddiema li huma minn skala 6 'l fuq. Mija u erbgħa (104) minnhom huma rġiel u disgħa u tmenin (89) huma nisa.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema tas-settur pubbliku m’għandhomx l-istess skali ta’ pozizzjonijiet bħalma hemm fis-servizz ċivili.
Għalhekk l-informazzjoni mitluba ma’ tistax tingħata.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 202 ħaddiem tas-settur pubbliku taħt dan il-Ministeru li huma minn skala 6 ‘il fuq. 90 minnhom huma nisa u 112 huma rġiel.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzat tal-Liġi — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li n-numru ta’ ħaddiema minn Skala 6 ’l fuq fis-settur pubbliku, li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, hu ta’ 119, li minnhom 61 huma rġiel u 58 nisa
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li mill-ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi li huma minn skala 6 ‘l fuq hemm 27 li huma rġiel u 57 li huma nisa.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tas-Settur Pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar huwa ta’ mitejn u tmienja u ħamsin (258). Minn dawn, mija u disgħa u ħamsin (159) huma rġiel filwaqt li disgħa u disgħin (99) huma nisa.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li kien hemm 19-il persuna tas-settur pubbliku li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma' persuni bil-COVID-19.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li mis-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, sa issa kien hemm żewġ persuni li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li huma minn skala 6 'l fuq
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-pagi fis-settur pubbliku jsegwu l-ftehim kollettiv tal-entità partikolari u mhux l-iskali ta’ pagi fis-Servizz Pubbliku.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar– Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli interpellant, li parti sosstanzjali mill-impjegati tas-settur pubbliku u li allura huma impjegati f’wahda mil-entitajiet li jifurmaw parti mil- portafol ta dan il- ministru ma ghandhomx sistema ta skali izda jsegwu ftehim kollettv ta’ l-entita’ partikolari.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-MEDE li huma minn skala 6 (ekwivalenti) ’l fuq huwa ta’ 416 li minnhom 185 huma nisa u 231 irġiel.
Dawn il-figuri ma jinkludux l-impjegati akkademiċi fl-Università ta’ Malta u l-MCAST.