Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ħaddiema - telework

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16815, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Tista' l-Onor. Interpellant tinfurmani għal liema tabella qiegħda tirreferi. It-tweġiba kienet ingħatat f'risposta tal-mistoqsija parlamentari 16815.

Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Ħaddiema - telework

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16820, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figuri mogħtija fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 16820 jirrelataw ma’ applikazzjonijiet għal telework li ntlaqgħu mill-1 ta’ Marzu 2020 ‘il quddiem, skont it-taqsima 3.2 tal-Manwal fuq Mi¿uri ta’ Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja jew skont il-ftehim kollettiv rispettiv. Fit-tieni parti tar-risposta indikajt ukoll in-numru globali ta’ impjegati li qed jaħdmu b’telework taħt l-istess parametri, irrispettivament jekk l-applikazzjoni tagħhom għamluhiex qabel jew wara d-data msemmija. In-numru ta’ ħaddiema fl-entitajiet tal-Ministeru huwa ta’ seba’ mija u tlieta u tmenin (783).

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Ħaddiema - telework

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16816, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm total ta’ elf, mitejn u għoxrin (1,220) persuna impjegati ma’ dawn l-entitajiet. Qabel il-bidu tal-pandemija, kien hemm sitta u tmenin (86) persuna li kellhom arranġamenti ta’ teleworking, li ġew estiżi hekk kif faqqgħet il-pandemija.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Ħaddiema - telework

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16819, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid f’liema dipartiment/awtoritajiet jaħdmu dawn il-persuni indikati? Jista’ jgħid kemm hu numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sas- 6 ta’ Novembru 2020. Ninforma li t-totali ma jaqblux ma dawk miġbura f’PQ 16819, għaliex l-informazzjoni dwar l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data ma ġewx mniżżla fit-tweġiba tal-PQ preċedenti pero ġew inklużi f’din it-tweġiba.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16745 u 16471 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ngħataw 3 donazzjonijiet b’ total ta’ € 13,775 mingħand 3 entitajiet; Infrastructure Malta, Lands Authority u MATS Ltd. Id-Dettalji tal-Awtorita’ tat-Trasport ser jingħataw aktar il-quddiem meta jinġabru.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16749, peress li l-Ministru ma weġibx dak li kien mistoqsi, jista’ l-Ministru jgħid: a. Min awtorizza dawn id-deċiżjonijiet; u b. Kemm kien l-ammont li ħadet kull għaqda li ssemmiet fir-risposta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Filwaqt li mill-ġdid nirreferi lill-Onor. iInterpellanta għat-tweġiba tal-PQ16749, ninfurmaha li m’għandi xejn iżjed x’inżid.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16750, peress li l-Ministru ma weġibx il-mistoqsija parlamentari oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid min awtorizza dan il-proġett?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-proġett ‘The Meeting Place’ kien proġett ko-finanzjat minn Fondi Ewropej. L-applikazzjoni għal European Regional Development Fund (ERDF) għall-finanzjament tal-proġett imsemmi, kienet ġiet sottomessa mill-Ministeru għall-Familja Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, fit-8 ta’ April 2016, għall-attenzjoni tal-Planning and Priorities Co-ordination Division (PPCD). Il-proġett imsemmi ġie approvat fl-24 ta’ Mejju 2017. Wara l-approvazzjoni, il-Ministeru beda bix-xogħolijiet fuq il-proġett, fis-sit tal-Marsa, wara li sar ukoll ix-xogħol preparatorju tat-tenders għax-xogħolijiet li kienu meħtieġa sabiex seta’ jibda ix-xogħol fuq il-proġett imsemmi.
Leg 13 PQ #16981 Sitting 402 2020-11-18 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16811 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm tmien ħaddiema nisa u ħamsa irġiel li applikaw ghat-teleworking. L-applikazzjonijiet tagħhom ġew milqugħa. Jidher ċar illi kull min talab b’mod formali sabiex jaħdem bit-teleworking, it-talba tiegħu jew tagħha ġiet milqugħa.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Ħaddiema - telework

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16812 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 110 ħaddiema li applikaw għat-teleworking u li ġew aċċettati. Applikaw 59 il-mara u 54 l –ragel.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16813 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16813 f'seduta 399.

Kumpens fil-budget lill-Frontliners

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk talabx li l-frontliners fis-settur tas-Saħħa jingħataw xi tip ta’ kumpens fil-budget li nesihom kompletament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħal ma taf hi l-pandemija tal-Covid-19 għadha għaddejja. Waqt li l-gvern jinsab grat ħafna għax-xogħol dedikat, professjonali u kompetenti, li qed juru l-frontliners tagħna, mhux jeskludi li jkun hemm diskussjoni mal-Unions ikkonċernati jekk jirri¿ulta li hemm il-lok ta’ tibdil fil-ftehim settorjali rispettivi.

Professjonisti mediċi li ħarġu bil-kwarantina

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm professjonisti mediċi li jaħdmu mas-settur pubbliku li ħarġu bil-kwarantina bħalissa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentament hemm 151 professjonisti mediċi li jaħdmu fid-dipartimenti tal-Ministeru għas-Saħħa li qedgħin bil-kwarantina.

Sptar Mater Dei – nuqqas ta’ nurses

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm nuqqas ta’ nurses fl-Isptar Mater Dei illum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar 7 ġimgħat ġew impjegati 44 infermiera ġodda sabiex tkompli tintleħaq id-domanda għas-servizzi li dejjem ji¿diedu provduti mis-servizz nazzjonali tas-Saħħa. Ninfurmaha ukoll illi fil-jiem li ġejjin ser ikunu qed jiġu mpjegati 11 il-infermier ġdid ieħor.

ITU – 115-il sodda – infermiera u anestetisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx biżżejjed infermiera u anestetisti biex jieħdu ħsieb il-115 sodda tal-ITU li ħabbar fil-parlament l-istess Ministru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kontinwament qed isir it-taħriġ adekwat lil-infermiera kif ukoll tobba minn speċjalitajiet u oqsma differenti sabiex ikunu jistaw jassistu lill-pazjenti kollha li jkunu qed jieħu l-kura fl-ITU.

COVID-19 – kumpens għal persuni li kellhom jikru post għall-kwaratina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kumpens se jingħataw dawk il-persuni li kellhom jikru fejn jgħixu għall-perjodu ta’ kwarantina minħabba l-pandemija tal-COVID-19, speċjalment dawk li kienu tilfu xogħlhom minħabba l-istess pandemija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

COVID-19 – kumpens għal persuni li kellhom jikru post għall-kwaratina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kumpens se jingħataw dawk il-persuni li kellhom jikru fejn jgħixu għall-perjodu ta’ kwarantina minħabba l-pandemija tal-COVID-19, speċjalment dawk li kienu tilfu xogħlhom minħabba l-istess pandemija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat

Ministeru għall-Akomodazzjoni Soċjali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 42 ħaddiem tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi u li huma minn skala 6 ‘l fuq. 19 minn dawn il-ħaddiema huma nisa filwaqt li l-kumplament huma rġiel.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagi fis-settur pubbliku jsegwu l-ftehim kollettiv tal-entità partikolari u mhux l-iskali ta’ pagi fis-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #16901 Sitting 400 2020-11-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pandemija — Direttiva 13

Question

Peress li d-Direttiva numru 13 daħlet fis-seħħ fit-13 ta’ Marzu 2020, ġiet estiża fis-27 ta’ April 2020 imma ġiet revokata fit-2 ta’ Ġunju 2020, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Mario Cutajar, hux se jerġa’ jattiva din id-direttiva li tirregolarizza l-possibiltà li ħaddiema fis-settur pubbliku jaħdmu mid-dar minħabba l-pandemija tal-COVID-19?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li kif diġà ntqal pubblikament għal aktar minn darba, hemm direzzjoni ċara mis-Segretarju Permanenti Ewlieni biex talbiet għal telework f’dawn iċ-ċirkustanzi ma jiġux rifjutati sakemm kull dipartiment jassikura li s-servizz lill-klijenti jibqa’ mhux mittiefes.

Pandemija — Nies li qed jonqsu li jmorru jagħmlu check-ups ta’ rutina

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li minħabba l-pandemija, nies qed jonqsu li jmorru jagħmlu check-ups ta’ rutina li jista’ jwassal biex isiru jafu kmieni jekk għandhomx kanċer? Jista’ jikkonferma li dan in-numru fil-fatt naqas b’terz? X’qed jagħmel il-Gvern biex dan l-iscreening u l-early diagnosis jerġa’ jibda jsir mill-aktar fis?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu ta’ bejn Marzu u l-bidu ta’ Awissu ta’ din is-sena dan is-servizz kien waqaf minħabba l-bidu tal-pandemija tal-Covid-19, ninfurmaha ukoll illi l-screening u l-early diagnosis wara dan il-perjodu rega’ beda’ jingħata.