Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema li huma minn Skala 6 'l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16879 u jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (entita’ li taqa’ taħt il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli) għandha 40 -il impjegat fi skala 6 ’l fuq. Minnhom 22 huma nisa’ u 18 huma rġiel.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16876 u jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fuq informazzjoni illi ġbarna mill-entitajiet tas-Settur Pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, jirri¿ulta li hemm total ta’ mija tlieta u erbgħin (143) b’salarju ekwivalenti minn skala 6 ‘l fuq.
Disgħa u tmenin (89) huma rġiel u erbgħa u ħamsin (54) huma nisa.
Pandemija — Nies li qed jonqsu li jmorru jagħmlu check-ups ta’ rutina
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16902, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kie hemm pazjenti affettwati minn dan in-nuqqqas ta' servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Marzu u l-bidu ta’ Awissu tal-2020 dan is-servizz kien waqaf minħabba l-bidu tal-pandemija tal-Covid-19. Fl-aħħar xhur tas-sena li għaddiet saru sforzi kbar biex minkejja li għadha għaddejja l-pandemija il-figuri għal-iscreening għal-colon u cervix issa huma simili tal-2019 filwaqt li dawk tal-breast screening għadu qed isir l-eżerċizzju tal-catch up.
COVID-19 — Servizz u Sapport għas-Saħħa Mentali tal-Frontliners
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16904, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid filfatt minn Marzu 2020 sal-ġurnata meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm frontliners li għamlu użu minn dan is-servizz tas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 123 il- frontliner li fittex u għamel użu mis-servizzi tas-saħħa mentali offruti mid-Dipartimenti tas-Saħħa. Rigward is-servizz ta’ sapport psikoloġiku u ta’ counselling permezz tal-Employee Support Programme (ESP) nitolbha sabiex tirreferi lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa — Ħaddiema li ħarġi bil-kwarantina
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-11 ta’ Dicembru kien hemm 47 persuni li jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet tal-Ministeru għas-Saħħa li kienu fi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16859, peress li mhux qed tintalab ebda informazzjoni personali li tista' twassal biex ħaddiema jew individwi jiġu identifikati minħabba li din hija biss statistika, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari u jgħid mill-1 ta' Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma' persuni bil-Covid-19?
Ministeru għal Għawdex — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16860, jista' l-Ministru jikkonferma li fil-Gozo Channel kien hemm persuna waħda infettata bil-Covid-19 u persuna waħda biss ħarġet bil-kwarantina? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm persuni infettati bil-Covid-19 u persuni li ħarġu bil-kwarantina li jaħdmu f'dipartimenti tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sad-data u l-ħin li ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari numru 16860, fil-Gozo Channel kien hemm biss persuna waħda li ttestjat pożittiv għall-COVID-19 mill-1 ta’ Marzu 2020. Sussegwenti mill-mistoqsija parlamentari 16860 kien sar random swabbing lill-ħaddiema kollha u mill-aħħar testijiet li saru rriżulta li tlett ħaddiema - addizzjonali ma’ dak irrapurtat fil-mistoqsija parlamentari 16860 - instabu pożittivi għall-COVID-19. Dawn il-ħaddiema tpoġġew taħt kwarantina mandatorja. Barra minn hekk dawn il-każijiet ġew investigati mill-awtoritajiet tas-saħħa u sar il-contact tracing neċessarju, fejn ukoll tpoġġew f’kwarantina mandatorja numru ta’ ħaddiema li setgħa kellhom xi tip ta’ kuntatt ma’ dawn il-ħaddiema li nstabu pożittivi għall-COVID-19.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16861 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor Interpellanta li n-numru ta’ persuni li kienu kwarantina minħabba li kienu f’kuntatt ma persuni infettati bil-COVID-19 kien ta’ ħamsa u sittin (65).
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16870, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu fi skala 6 jew aktar 'il fuq skond Appendix 'N' tal-Estimi finanzjarji 2021 (Pg 407)? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bil-maqlub għal dak li ntalab fl-ewwel mistoqsija parlamentari li speċifikat għall-ħaddiema fi Skala 6 jew ogħla fis-settur pubbliku, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 884 ħaddiema li minnhom huma 453 rġiel u 431 nisa, li jaqgħu f’dik il-kategorija jew f’livell amministrattiv fl-entitajiet pubbliċi li huma regolati bil-ftehim partikolari tagħhom.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16868, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha fi skala 6 jew aktar 'il fuq skond Appendix 'N' tal-Estimi finanzjarji 2021 (Pg 407)? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 491 ħaddiema li huma minn skala 6 ‘l fuq u li minnhom hemm 114 mara u 377 raġel.
Ftehim tal-Gvern mas-Settur privat għall-użu tal-Isptar The Good Samaritan
Question
B’referenza għad-diskors li għamel il-Ministru nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru 2020, fid-diskussjoni tal-Estimi Finanzjarji 2021 fil-Parlament, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li l-Gvern għamel mas-settur privat għall-użu tal-“isptar” The Good Samaritan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 17446.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li t-tilqima tal-influwenza li qassam il-Gvern fix-xahar ta’ Ottubru 2020 ma kinetx żieda fuq in-numru ta’ tilqimiet li s-soltu jiġu impurtati minn pajjiżna, imma l-Gvern kien ħa t-tilqim li s-soltu jingħata mis-settur privat tas-saħħa bħal kliniċi u spiżeriji?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil fatt m’hiex korretta f’dak li qed tgħid. Sabiex jilqa’ għall-imxija tal-influwenza din is-sena l-Gvern xtara u mporta lejn Malta 225,000 tilqima tal-influwenza. 25,000 minnhom huma f’forma ta’ nasal spray li ser jintużaw għat-tfal. Dawn it-tilqim kollha huma offruti mingħajr ħlas. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi s-sena l-oħra, li kienet sena rekord fl-għoti ta’ tilqim tal-influwenza, l-Gvern kien xtara 100,000 doża li minnha ngħataw 89,000.
Tilqima tal-Influwenza – tieni doża – ditta differenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li t-tieni tilqima tal-influwenza li se tasal Malta iktar tard f’Novembru 2020 hija ta’ ditta differenti mill-ewwel tilqima li waslet f’Ottubru 2020? Filwaqt li dan ma jfissirx li waħda hija inferjuri, il-Ministru jikkonferma li minħabba li t-tilqimiet huma ta’ żewġ ditti differenti jfisser li min ikollu jieħu iktar minn tilqima waħda (bħal trabi) fil-fatt se jkollhom jieħdu żewġ dożi tat-tilqima l-ġdida?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil fatt mhiex korretta f’dak li qed tgħid. Dawk it-tfal u trabi kollha li kienu ħadu l-ewwel doża tat-tilqima tal-influwenza f’Ottubru ngħataw it-tieni doża b’tilqima tal-istess ditta.
Tilqima tal-influwenza – persuni vulnerabbli li għadhom ma ħaduhiex
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni vulnerabbli li għadhom ma ħadux it-tilqima tal-influwenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sa tmiem il-ġimgħa l-oħra t-tilqima tal-influwenza kienet miftuħa biss għal persuni vulnerabbli. Mill 225,000 doża tat-tilqima tal-influwenza sa dak inhar kienu ntużaw 131,052 waħda. Bħalissa t-tilqima hija offruta lill-Maltin u l-Għawdxin kollha mingħajr ħlas.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Morning After Pill hijiex disponibbli fl-Isptar Mater Dei? Jekk iva, jista’ jgħid jekk tingħatax b’xejn? Jekk le, jista’ jgħid jekk il-Morning After Pill hijiex parti mill-protocol tar-Rape Response Team skont l-istandards tal-World Health Organisation?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mediċina li semmiet hi, hija disponibbli mingħajr ħlas għal pazjenti in-patients f’Mater Dei skont id-deċiżjoni klinika tat-tabib kuranti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ir-Rape Response Team stabbilit skont l-istandards tal-World Health Organisation hux qed jiffunzjona?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz tas-Sexual Assault Team qiegħed jingħata lill-vittmi kkonċernati.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16852, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (CARUANA, CLYDE)
B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-PQ 16852, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-każijiet kienu jaqgħu taħt l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16853, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-PQ16853, ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li ma kien hemm ħadd mill-Ministeru, imma kollha kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16854, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-PQ16854, ninforma lill-Onorevoli interpellanta li ma kien hemm ħadd mill-Ministeru, imma kollha kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — ħaddiema li ħarġu bil-Kwarantina
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16855, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-PQ 16855, ninfurma lill-Onorevoli Interpellanta li ma kien hemm ħadd mill-Ministeru, imma kollha kienu mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.