Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-professjonisti jaħdmu mas-settur tas-servizzi soċjali f’pajjiżna,
a. Social Workers
b. Psikologi
c. Psikoterapisti
d. Councellors
e. Psikjatri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Rijabilitazzjoni ta’ persuni bi problema tad-droga – għajnuna lill-organizzazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jagħti l-Gvern lill-orgranizzazzjonijiet li jaħdmu fir-rijabilitazzjoni ta' persuni li jkollhom problema ta' droga? Jista’ jsemmi liema huma l-organizzazzjonijiet u kemm hu l-valur tal-għajnuna li qed tingħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Il-Ministeru jgħati għajnuna lil żewġ organizzazzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam; Caritas Malta u Fondazzjoni Oasi (Għawdex).
Il-Ministeru jagħti fondi taħt Public Social Partnership, lil Caritas biex ikopri l-ispejjeż għal operat (inklużi s-salarji) ta’ dawn it-tliet programmi li ġejjin:
1)
New Hope Programme
–
2019 - €1,278,810
2020 - €1,324,470
2021 - €1,370,130
2)
Youth Rehabilitation Therapeutic Programme
– €780,000 kull sena bejn l-2017 u l-2020. Bhalissa qed jiġi diskuss it-tigdid ta’ dan l-agreement li jkun ikopri s-snin 2021 sal-2023
3)
National Outpatient Addiction Aftercare Service (Dar Charles Miceli)
–
2021 - €256,500
2022 - €265,500
2023 - €274,500
Il-Ministeru jgħati fondi lil OASI taħt Public Social Partnership, biex ikopri l-ispejjes għal operat (inklużi s-salarji) tal-programm ta’ rijabilitazzjoni li joffru, hekk kif ġej:
2020 - €541,000
2021 - €552,000
2022 - €563,000
Servizzi biex jgħinu lill-persuni maħkuma mill-problema tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema huma s-servizzi kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma mwaqqfa biex jgħinu persuni maħkuma mill-problema tad-droga? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu sehem f’dawn is-servizzi bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17018, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u mar-residenti ta’ Triq San Pawl fin-Naxxar qabel u mhux f’nofs ix-xogħlijiet li għaddejjin fl-istess triq? Jikkonferma li pereżempju dan id-dewmien seta’ ġie evitat fil-każ tad-drenaġġ u tal-bankini?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17651 tas-Seduta 415 li saret mill-istess Onorevoli membru, nispjega li sakemm twaqqfet Infrastructure Malta fl-2018, il-Kunsilli Lokali kienu fdati bil-manutenzjoni u t-titjib tat-toroq residenzjali. Sfortunatament ma ngħatawx ir-riżorsi finanzjajri u tekniċi biex jinvestu b’mod adegwat fl-iżvilupp tat-toroq tal-lokalitajiet tagħhom u b’konsegwenza t’hekk, dawn tħallew fi stat t’abbandun. Infrastructure Malta ngħatat il-kompitu li ssolvi din id-diffikultà, billi tirrispondi għal bosta appelli mill-Kunsilli Lokali li ma setgħux ikampaw aktar mar-responsabbiltajiet tal-manutenzjoni tat-toroq.
Għaldaqstant, l-aġenzija qiegħda gradwalment tibni mill-ġdid bost toroq residenzjali fil-lokalitajiet kollha, bħala parti mill-pjan fit-tul tagħha għat-titjib tan-netwerk tat-toroq f’Malta. Qabel ma tibda x-xogħlijiet fi triq, l-aġenzija tikkonsulta bosta partijiet interessati biex tiżgura li t-tijib ippjanat isir b’mod li jissodisfa rekwiżiti differenti, ħalli b’hekk wieħed jieħu l-aħjar li jista’ mill-investiment li jsir u biex dan iservi aktar fit-tul. Entitajiet u kumpaniji li għandhom netwerks tas-servizzi tagħhom għaddejjin minn taħt l-art fit-toroq jiġu kkuntattjati biex jiċċekkjaw jekk l-infrastruttura tagħhom ikollhiex bżonn li tissaħħaħ jew tinbidel bħala parti mix-xogħlijiet tat-toroq ippjanati, u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ xogħlijiet oħrajn fl-istess toroq fil-futur previdibbli.
Il-periti ta’ Infrastructure Malta huma wkoll f’kuntatt kostanti mal-Kunsilli Lokali, li jista’ jkollhom talbiet għal xogħlijiet addizzjonali biex isolvu sfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-residenti taż-żona, jew biex jintroduċu faċilitajiet ġodda. Barra minn hekk, skont ir-regolamenti applikabbli, qabel tibda x-xogħlijiet, l-aġenzija teħtieġ tikseb permess tax-xogħlijiet fit-toroq minn Transport Malta. Il-proċess tal-applikazzjoni għal dan il-permess jinkorpora mekkaniżmu biex jinforma lill-Kunsilli Lokali dwar dawn ix-xogħlijiet u l-għeluq tat-toroq jew devjazzjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa. L-iskop ta’ din in-notifika huwa li jagħti ¿mien lill-Kunsili Lokali biex jikkuntattjaw lill-aġenzija jew lill-awtorità f’każ ta’ diffikultajiet minħabba x-xogħlijiet involuti, jew jekk ikunu jixtiequ jissuġġerixxu interventi addizzjonali
Kif turi l-korrispondenza li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra, l-allegazzjoni li Infrastructure Malta ma kkonsultatx lill-Kunsill Lokali dwar ix-xogħlijiet fit-triq imsemmija mhix vera. L-aġenzija temmen li l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, inkluż il-Kunsilli Lokali, hija kontributur fundamentali għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ kwalunkwe proġett infrastrutturali. Dan jagħti lill-aġenzija l-opportunità li ttejjeb il-pjanijiet tagħha biex tissodisfa r-rekwiżiti li qed jinbidlu ta’ komunitajiet differenti, filwaqt li tippjana miżuri ta’ mitigazzjoni biex tnaqqas kwalunkwe impatt negattiv waqt ix-xogħlijiet.
Żona tat-Trade Fair – toroq li ser jinfetħu jew jinbidlu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17047 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema toroq se jinfetħu jew jinbidlu fiż-żona tat-Trade Fair, b’rabta mal-proġett ta’ żvilupp massiv f’din iż-żona?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li s-sit in kwistjoni huwa kopert b’permess ta’ kontroll ta’ ppjanar PC 38/16 datat 6 ta’ Dicembru 2017: “To introduce new street alignments and exclude site from land covered by CMLP Policies NA01 and NA02 and confirm building height limitations at 17.50 metres. ” Qed inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-pjanta approvata u li turi li dan il-permess ta’ kontroll ta’ ppjanar (Planning Control permit) jirriżulta fit-toroq elenkati hawn taħt:
1. Tkabbir tal-“
junction
” bejn Triq San Pawl u Triq il Marki¿ Giuseppe Scicluna u ntroduzzjoni ta’ “
roundabout
”:
2. Estensjoni ta’ Triq San Timotju fid-direzzjoni Xlokk il-Lvant sakemm tinfed ma’ triq ġdida li tibda mill-“
junction
” ma’ Triq San Pawl u taqsam is-sit b’mod lonġitudinali fid-direzzjoni Nofsinhar;
3. Estensjoni ta’ Triq it-Torri tal-Kaptan fid-direzzjoni ta’ l-Lvant li taqsam is-sit b’mod latitudinali sakemm tinfed ma Triq il-Markiż Giuseppe Scicluna faccata ta’ Triq il-Ġiżwiti ;
4. Triq ġdida li minn Triq San Pawl taqsam is-sit b’mod lonġitudinali lejn in-nofsinhar sakemm tasal ma l-estensjoni ta’ Triq it-Torri tal-Kaptan fejn tifred iż-żewġ toroq li jibqgħu neżlin lejn in-Nofsinhar sakemm jerġgħu jingħaqdu u t-triq twassal sa Pjazza Celsi;
5. Triq ġdida li minna t’isfel ta’ Triq il Marki¿ Giuseppe Scicluna tikser lejn il-Punent sakemm tinfed mat -triq ġdida msemmija f’punt “4”;
6. Triq (li diġà hija ffurmata) li tibda minn Triq it-Torri tal-Kaptan u tinżel lejn in--nofsinhar u tispiċċa f’turning circle”.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Ħaddiema infattati bil-Covid-19
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16830 u 17009 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16994, jista’ l-Ministru jgħid minbarra s-7 ħaddiema tal-Gozo Channel, kien hemm aktar ħaddiema mis-Servizz Pubbliku minn Għawdex li ħadmu permezz tat-teleworking? Jekk iva, kemm kien hemm mill-bidu ta’ Marzu sal-lum? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-bidu ta’ Marzu sal-lum, fil-Ministeru għal Għawdex hemm 199 ħaddiem fuq telework (48 raġel u 151 mara).
Minħabba s-siwazzjoni preżenti hemm għadd ta’ ħaddiema oħra li qegħdin jaħdmu għadd ta’ ġranet mid-dar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Ħaddiema - Telework
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16992, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji għall-Awtorità tat-Trasport kif kien indikat fir-risposta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija mill-Awtorita’ tat-Trasport minn l-1 ta’ Marzu 2020 sa llum kien hemm 62 talba uffiċjali għal
teleworking
minn impjegati sabiex jkunu jistu ilaħħqu mad-doveri familjari tagħhom (mhux relatati ma’ Covid-19). Minn dawn kien hemm 58 mara u 4 rġiel.
Hekk kif tfeġġet il-pandemija tal-Covid-19, mill-1 ta’ Marzu 2020 s’issa, l-Awtorita’ tat l-opportunita’ għat-teleworking lil dawk l-impjegati li n-natura tax-xogħol tagħhom jippermetti li jaħdmu mid-dar.
Il-Magħtab — żona residenzjali - tnaqqis ta' rimi ta' Skart
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17016, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-WasteServ fil-fatt m’għandhiex Corporate Social Responsibility?
Response (FARRUGIA, AARON)
Naħseb li r-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 17016 kienet ċara biżżejjed u m’għandix x’inżid magħha.
In-Naxxar — Triq il-Fortizza tal-Mosta - xogħlijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17017, jista’ l-Ministru jgħid liema kienet id-data li fiha beda x-xogħol fuq Triq il-Fortizza tal-Mosta fl-intier tagħha mill-Mosta san-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġà spjegajt fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti li saru mill-istess Onorevoli membru, Triq il-Fortizza tal-Mosta hija triq twila bejn il-Mosta u n-Naxxar u x-xogħol fiha kien ġie ppjanat li jsir fi tliet fażijiet. Ix-xogħol beda fl-2019 fuq ix-xaqliba tal-Mosta fejn saru l-ewwel żewġ fażijiet li fihom saret manutenzjoni tal-wiċċ tat-triq. Biex setgħet issir il-parti tat-triq li kien fadal in-naħa tan-Naxxar, l-ewwel kellhom jitlestew xogħlijiet tas-sistema tad-drenaġġ li saru minn entità oħra. Għaldaqstant, l-aħħar fażi tax-xogħlijiet f’din it-triq minn Infrastructure Malta bdew fl-ewwel t’Ottubru. Tlesta x-xogħol fuq il-mains tal-ilma u bdew xogħlijiet fuq bankini ġodda. Huwa ppjanat li x-xogħlijiet jiltestew fl-ewwel kwart tal-2021.
Jista’ l-Ministru jgħid fix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq San Pawl fin-Naxxar għalfejn il-katusa ta’ dijametru wiesgħa li ser tintuża bħala storm water culvert, ma’ tkomplietx sa ħdejn il-Kappella ta’ San Pawl tat-Tarġa biex ingħaqdet ma’ culvert antik li joħroġ minn Triq il-Markiż Scicluna li huwa idjaq? Jikkonferma li lanqas spezzjonijiet fil-manhole ma saru?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Diċembru, Infrastructure Malta lestiet l-aħħar fażi tal-bini mill-ġdid ta’ Triq San Pawl fin-Naxxar, li testendi 1.3 kilometri bejn ir-roundabout fl-inħawi tat-Telgħa t’Alla u Ommu (Burmarrad) u r-roundaout li hemm fuq in-naħa l-oħra u li tgħaqqadha ma’ Triq il-Parroċċa u Triq il-Wied, l-Iklin. Ix-xogħlijiet bdew kmieni s-sena l-oħra u biex l-inkonvenjent għal kull min jużaha u għar-residenti jkun l-inqas possibbli, dawn tqassmu f’erba’ fażijiet billi f’kull fażi saret parti mit-triq.
L-investiment ta’ €2.3 miljun li sar f’din it-triq jinkludi bini mill-ġdid tal-bankini u oħrajn ġodda, punti għall-qsim pedonali ġodda (
pedestrian crossings
) sabiex dawk li jkunu għaddejjin bil-mixi jkunu jistgħu jaqsmu għan-naħa l-oħra tat-triq b’inqas riskji t’aċċidenti, tqegħid ta’ aktar minn 3 kilometri ta’ pajpiet taħt l-art għas-servizzi tal-ilma u Internet, kif ukoll katusi tad-drenaġġ li biex saru uħud minnhom kellhom jitħaffru trinek ta’ madwar sular fond kif ukoll inbnew mill-ġdid il-manholes kollha tat-triq.
Inbidlet ukoll is-sistema ta’ lqugħ tal-ilma tax-xita tal-istess triq wara li nstab li din ġarrbet ħsarat waqt xogħlijiet li saru fil-passat, bil-konsegwenza li kienet qed tikkawża problemi ta’ għargħar fit-triq u f’bini li hemm fil-viċin. Qabel ma nbdew ix-xogħlijet is-sistema kollha ġiet spezzjonata b’mod komprensiv permezz ta’ cameras, kif juri r-ritratt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, u rriżulta li fost ħsarat oħrajn kien hemm diversi partijiet minnha miżdudin. Kull fejn instab li din l-infrastruttura ma kenitx taħdem sew ġiet mibdula u s’intendi fejn kienet għadha tajba ma kienx jagħmel sens li tinbidel.
Fl-istess waqt saru anke spezzjonijiet fit-toroq tal-madwar u fost xogħlijiet oħrajn saret estensjoni tal-culvert ma’ Triq il-Markiż Scicluna, liema żona qatt ma kellha lqugħ għall-ilma tax-xita. Saru wkoll żewġ soak aways ta’ madwar 40 metru fond biex ikomplu jtaffu l-problema tal-għargħar f’din iż-żona.
In-Naxxar – pjanti ta’ proġetti fit-Trade Fair u diversi toroq
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tal-proġetti kollha li jmissu mat-Trade Fair, inkluż it-Trade Fair Grounds u ż-żona kollha fi ħdan dawn it-toroq tan-Naxxar: Pjazza Celsi, Triq il-Markiz Scicluna, Triq San Pawl, Triq it-Torri Gauci, Triq it-Torri tal-Kaptan, Triq il-Kappella tax-Xagħra, Triq Santa Marija u l-art kollha ta' wara d-djar ta' Triq G. Muscat u Triq Santa Luċija? Jista' jindika l-kobor ta' kull proġett u n-numru ta' residenzi f'kull proġett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra pjanta li turi s-siti li huma koperti b’permessi li għadhom validi u applikazjonijiet pendenti fiż-żona msemmija, flimkien ma' tabella li turi d-dettalji tal-istess applikazjonijiet. Id-dettalji li jinsabu fl-aħħar kolonna jiddeskrivu n-numru ta’ residenzi li nħolqu permezz tal-iżvilupp propost.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema ġeografika u tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, li għadhom pendent jew ġew approvati u l-permess kien għadu validu sas-17 ta’ Novembru 2020.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16882, peress li Appendix N f’paġna 407 tal-Estimi Finanzjarji 2021, hemm tabella li tiddeskrivi karigi differenti li jaqgħu taħt l-iskali differenti u li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħek, jista’ l-Ministru juża din it-tabella u jwieġeb il-mistoqsija parlamentari u jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li għalkemm qed terġa’ tagħmel riferenza għall-impjegati tas-settur pubbliku, nitolbha tirreferi għat-tabella t’hawn taħt bl-informazzjoni relatata ma’ ħaddiema minn Skala 6 'il fuq tas-servizz pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi.
IrġielNisaTotal
Skala 2202
Skala 38210
Skala 4639
Skala 5282452
Skala 622830
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16901, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għala ma jridx idaħħal id-Direttiva 13?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif spjegajna kemm il darba pubblikament u anke kif diga’ weġibna fil-Mistoqsija Parlamentari numru 16901, id-direzzjoni hija diga ċara li fiċ-ċirkostanzi kurrenti, talbiet għal teleworking jiġu milqugħa sakemm il-livell tas-servizz mogħti ma jigix mittiefes. La darba hemm din id-direzzjoni dwar xogħol lil hinn mill-uffiċċju u wkoll li jkunu osservati d-direzzjonijiet dwar sahha pubblika fil-postijiet tax-xogħol, f’dal-mument Direttiva numru 13 mhix meħtieġa..
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16903, minħabba li l-Istrateġija tas-Saħħa Mentali ħarġet sena qabel il-Pandemija tal-COVID-19 u għaldaqstant ma setgħetx antiċipat l-istess pandemija, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid b'liema mod l-Istrateġija antiċipat l-effetti tal-Pandemija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istrateġija ġiet ippjanata sabiex, tkun xi tkun il-kawża, il-problemi tas-saħħa mentali fis-soċjeta Maltija jiġu maqbuda fi stadju bikri, u tingħata l-għajnuna meħtieġa kmieni kemm jista’ jkun. B’hekk tkun iktar effettiva. B’dan il-mod, l-istrateġija qed tgħin sabiex il-problemi ta’ saħħa mentali b’effett tal-pandemija tal-Covid-19 qed jiġu identifikati u kkurati aħjar.
Persuni li ma għandhomx liċenzja ta’ gwida turistika
Question
Jista’ l-Ministru jispjega jekk fil-leġiżlatura kurrenti kienx hemm persuni li nqabdu jagħtu servizz ta' gwida turistika bla ma kellhom liċenzja u f'każ li iva, kemm minnhom inqabdu f'Malta u kemm f'Għawdex u x'passi ttieħdu kontra tagħhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2019 kien hemm persuna waħda li inqabdet tagħti servizz ta’ gwida turistika f’Malta mingħajr ma kellha liċenzja. Il-każ ġie riferut lill-Pulizija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16905, jista' l-Ministru jikkonferma li mhemm l-ebda budget allokat għal dak li qed jikkontempla l-Ministru fir-risposta tiegħu?
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16866, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu fi skala 6 jew aktar 'il fuq skond Appendix 'N' tal-Estimi finanzjarji 2021 (Pg 407)? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li huma minn skala 6 'l fuq
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16865, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu fi skala 6 jew aktar 'il fuq skond Appendix 'N' tal-Estimi finanzjarji 2021 (Pg 407)? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm 138 persuna fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li huma fi skala 6 jew aktar.Minn dawn 75 huma nisa u 63 irġiel.