Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18611 u jgħid kemm hemm individwi li qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-Family Therapy? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru totali tal-familji li ġejjin minnhom l-istess individwi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, s-servizz tat-terapija tal-familja jingħata kemm mis-Servizzi Psikoloġiċi tal-Aġenzija Sedqa u kemm mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Kommunità (ACTS).
Ġewwa Sedqa, il-psikologi jaħdmu mal-persuni biex jindirizzaw temi relazzjonali.
L-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi (ACTS) tagħmel dak li jissejjaħ Home-Based Family Therapy ma’ familji bi problemi varji (multi-stressed families).
In-numru ta’ persuni kif ukoll familji li qed jirċievu din l-għajnuna jinsab miġbur fit-tabella t’hawn taħt.
Servizz
Familji
Individwi
Sedqa (Psychology Services)
61
146
ACTS (Family Therapy)
48
109
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18612 u jgħid kemm hemm koppji miżżewġin, f’unjoni ċivili u f’koabitazzjoni li qed jużaw servizzi ta’ counselling offruti mill-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18613 u jgħid kemm hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena 2019 u fis-sena 2020? Kemm hemm persuni li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnha jinsab fit-tabelli t’hawn taħt:
Persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena 2019 u s-sena 2020:
Applikazzjonijiet
Sena
SA
SUP
Total
2019
576
258
834
2020
768
549
1,317
Persuni li ma baqgħux jirċievu l-għajnuna soċjali tul is-sena 2019 u s-sena 2020:
Beneficcji Mwaqqfa
Sena
SA
SUP
Total
2019
862
435
1,297
2020
729
362
1,091
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18614 u jgħid x’servizzi qed jingħataw lir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għas-Solidarjeta u Ġustizzja Soċjali, l-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, permezz tad-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza joffri servizz lil dawk il-persuni li jkunu waslu sabiex jiskontaw is-sentenza ta’ priġunerija sabiex ikunu jistgħu jiġu megħjuna japplikaw għall-benefiċċji soċjali. Dan is-servizz jingħata billi jattendi uffiċjal mid-Divizjoni fil-Faċilità Korrettiva. Matul dawn l-aħħar xhur, dan is-servizz beda jingħata billi l-uffiċjal ikollu diskussjonijiet kontinwi mal-uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva u kif ukoll mal-persuni li jkunu waslu sabiex jiskontaw is-sentenza permezz ta’ servizz online, u dan minħabba l-effetti tal-pandemija tal-Covid-19. Għaldaqstant, is-servizz qiegħed jingħata billi jimtlew l-applikazzjonijiet kkonċernati bis-sistema online.
Kull min ikun wasal biex jiskonta s-sentenza, jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz imsemmi. Id-Diviżjoni madanakollu, ma żżommx statistika ta’ kemm bbenefikaw individwi minn dawn is-servizzi mgħotija.
Servizzi oħra indirizzati u offruti lir-residenti tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, offruti bil-għajnuna tal-Fondazzjoni għas-Servizzi għal-Ħarsien Soċjali, huma is-segwenti, flimkien ma’ informazzjoni dwar kemm individwi qegħdin jibbenefikaw minn dawn is-servizzi:
Aġenzija
Servizz
Numru ta’ Individwi
Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Kommunità
Community Services
1
Direttorat għall-Ħarsien(Kura) Alternattiv ta’ Minuri
Adolescent Day Programme
1
Court & SAV
3
Embark 4 Life
7
Youth In Focus
1
Appoġġ
Oncology Social Work Service (SAMOC)
1
Fergħa ta’ Għawdex
Generic social work service
2
Gozo Prison Project
5
Sedqa
Addictions Community Service
7
Ħidma oħra f’dan il-qasam, bħala għajnuna immirata biex tgħin lir-residenti tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, hija, l-għajnuna finanzjarja f’forma ta’ ftehim (Public Social Partnership), mal-Fondazzjoni Rise. Il-ftehim ikkollaborat ta’ 3 snin, ikopri l-użu ta’ 10 sodod lil numru residenti tal-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin li jkunu rreferuti mill-‘Correctional Service Division’ (CSD) u jkunu rrikkomandati mill-‘Prison Leave Advisory Board’ (PLAB). Il-Fondazzjoni Rise toffri wkoll programm ta’ rijabilitazzjoni residenzjali 24 siegħa kuljum, is-sena kollha lil dawn ir-residenti flimkien ma’ ‘day community-based care’ u assistenza mill-aspett fiżiku, spiritwali, soċio-legali u psikoloġiku. Dan il-ftehim jiġi iffinanzjat mill-Ministeru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal kif ġej:
€197,000 għas-sena 2021,
€200,750 għas-sena 2022 u
€204,400 għas-sena 2023.
Fis-sena 2020, ir-Rise ħa s-somma ta’ €159,352 għas-servizzi li offra.
Barra minn hekk, F’Diċembru 2020, l-Awtorita’ tal-Artijiet allokat fond ta’ art ġewwa l-Belt Valletta lil Ministeru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u Drittijiet tat-Tfal; liema art ser tkun mgħoddija lil Fondazzjoni Rise sabiex tibda tintuża bħala ‘mixed unit’: kemm għar-residenti nisa u kemm għall-irġiel. Bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet dwar ix-xogħlijiet neċessarji li hemm bżonn li jsiru fil-binja, u dwar tagħmir ieħor.
Fl-aħħar nett, Il-Ministeru għas-Solidarjeta’ u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal għandu wkoll‘Public Social Partnership’ li huwa ftehim għal 3 snin, mal-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl. Din il-Fondazzjoni ingħatat għajnuna ta’ €20,000 fis-sena 2019, €21,000 fis-sena 2020, u ser tkun qed tiġi ffinanzjata is-somma ta’ €22,000 matul l-2021. Dan il-ftehim ikopri l-użu ta’ 5 sodod f’servizz ta’għixien residenzjali indipendenti għal ex-priġunieri u tassistihom fl-aspetti fiżiċi, soċio-legali u psikoloġiċi. Dan is-servizz jingħata minn żewġ residenti separati ġewwa Bormla.
Advisory Committee for Healthcare Benefits – diskussjoni fuq il-mediċina Xeralto
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk saritx id-diskussjoni fuq il-mediċina Xeralto fl-Advisory Committee for Healthcare Benefits? Jekk iva, jista’ jgħid x'kienet id-deċiżjoni? Jekk le, meta se tiġi diskussa? U meta huwa ppjanat li l-mediċina Xeralto tidħol fil-formolarju tal-mediċini li jingħataw b'xejn lill-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 17880.
Jista' d-Deputat Prim Minsitru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk il-proċess biex jinxtraw il-Constant Glucose Monitors ġiex konkluż u li dawn il-monitors fil-fatt waslu Malta? Jista' jgħid meta se jibda dan ir-roll-out mat-tfal u ż-żgħażagħ li għandhom Type 1 Diabetes?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif spjegajt jiena stess fil-parlament fis-seduta 424 ta’ nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar 2021 is-sistema tal-Constant Glucose Monitors se tibda minn għada t-Tlieta 9 ta’ Frar 2021.
Servizzi biex jgħinu lill-persuni maħkuma mill-problema tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18610 u jindika liema huma s-servizzi kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma mwaqqfa biex jgħinu persuni maħkuma mill-problema tad-droga? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu sehem f’dawn is-servizzi bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, L-Aġenzija Sedqa fi ħdan l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) hija l-Aġenzija Nazzjonali Kontra l-Abbuż mill-Alkoħol, Droga u Sustanzi Oħra. Bħala l-aġenzija nazzjonali, l-Aġenzija Sedqa tassisti individwi minn kull qasam tas-soċjeta’, li jersqu lejn is-servizzi tagħha minħabba użu minn sustanzi u dipendenzi oħra. Sedqa toffri dawn is-servizzi permezz ta’ tim ta’ impjegati multidixxiplinarju u speċjalizzat li jinkludi tobba, infermiera, social workers, psikoloġi, u carers.
Il-ħidma tal-Aġenzija Sedqa tinqasam fuq Prevenzjoni Primarja, Prevenzjoni Sekondarja u Kura Residenzjali kif ukoll Kura fuq bażi ta’ Out-patient jew, kif inhuwa magħruf aħjar id-DETOX.
Prevenzjoni Primarja
Dawn is-servizzi jibdew fuq il-livell ta’ Prevenzjoni, fejn l-aġenzija żiedet b’mod sostanzjali s-servizzi tagħha fl-iskejjel, billi żdiedu 2 programmi oħra ma’ dak li jingħata fil-Year 3. Fil-fatt, issa qed isiru programmi ta’ prevenzjoni fil-Year 5 u fil-Form 2 tal-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex ukoll sabiex ikun hemm kontinwazzjoni dwar għarfien relatat ma’ life skills u wkoll sustanzi u dipendenzi oħra.
Tul il-pandemija l-aġenzija Sedqa, b’kollaborazzjoni mal-Public Broadcasting Services, ipproduċiet ukoll materjal li ingħata online lill-istudenti kollha li tilfu xi sessjonijiet minn dawn il-programmi minħabba l-għeluq ta’ l-iskejjel.
Programm ieħor ta’ prevenzjoni huwa dak li jsir fuq il-postijiet tax-xogħol permezz tas-SAFE (Substance Abuse Free Employees) Programme sabiex tingħata assistenza lill-management ta’ kumpaniji u individwi li jkunu qed jesperjenzaw tali diffikultajiet, kemm personali u wkoll fejn jidħlu l-impjegati tagħhom.
Bejn Jannar u Ġunju 2020, permezz tal-programmi kollha hawn fuq imsemmija, ġew mgħejuna 11,777 -il parteċipant.
Prevenzjoni Sekondarja
Barra minn hekk, fil-qasam tal-kura, l-Aġenzija Sedqa toffri wkoll sessjonijiet professjonali minn social workers ġewwa Santa Venera permezz tas-servizz tal-Addictions Community Team, fejn individwi b’diffikultajiet ta’ dipendenzi jistgħu jirrikorru għall-għajnuna b’mod regolari. Skond il-bżonnijiet li jippreżenta l-individwu, dan jista’ jiġi referut ukoll għas-servizzi ta’ Psikoloġija ta’ l-istess Aġenzija Sedqa.
Fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Ġunju 2020, l-Addictions Community Team ra total ta’ 680 individwu, filwaqt li s-servizz ta’ Psikoloġija ra 411-il individwu.
Kura Soċjo-Medika Residenzjali (inpatient) u Outpatient
Is-servizzi ta’ Sedqa jestendu ruħhom ukoll ġewwa ċ-ċentru tad-DETOX f’Gwardamangia, fejn tim ta’ tobba u nurses ifasslu pjanijiet ta’ kura mas-social workers sabiex jassistu individwi milquta minn diffikultajiet ta’ dipendenzi. Dan is-servizz jinkludi wkoll Inpatient detoxification ġewwa s-Substance Misuse Inpatient Unit (Dar l-Impenn) f’Ħal-Farruġ, fejn individwu jiġi rreferut mit-tobba għal ditossifikazzjoni minn sustanzi biex b’hekk ikun jista’ jibda programm ta’ rijabilitazzjoni.
Bejn Jannar u Ġunju 2020, iċ-Ċentru tad-DETOX ħadem ma’ medja ta’ aktar minn 900 ruħ li attendew fiċ-Ċentru matul l-ewwel 6 xhur tal-2020 u fil-fatt il-medja ta’ nies li jattendu għad-doża tal-methadone kuljum fiċ-Ċentru tad-DETOX hija ta’ aktar minn 700 individwu kuljum. Intant, fl-istess perjodu, Dar l-Impenn laqgħet għandha 42 individwu.
Individwi bi problemi ta’ dipendenzi għandhom ukoll il-faċilita’ li jirrikorru għall-programm ta’ rijabilitazzjoni ġewwa l-Kommunita’ Santa Marija ġewwa Ħal Farruġ. Dan il-programm huwa maqsum fi tliet fażijiet differenti, fejn tim multidixxiplinarju ta’ terapisti, social workers u tobba jassistu lill-individwu għal perjodu ta’ sena u xahrejn sakemm l-individwu, fl-aħħar fażi, jiġi mgħejjun jerġa’ jintegra lura fis-soċjeta’ anki permezz tal-aftercare fejn il-pazjent jingħata l-għajnuna meħtieġa sabiex isib impjieg. Tul il-perjodu ta’ bejn Jannar u Ġunju 2020, il-Kommunità Santa Marija laqgħet fi ħdanha 33 resident.
Fl-aħħar nett, irid ikun reġistrat li l-ewwel 6 xhur tal-2020 ikkoinċidew mal-perjodu ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, iżda minkejja dan, is-servizzi kollha għal persuni li għandhom problema ta’ abbuż ta’ sustanzi baqgħu jingħataw grazzi għall-miżuri ta’ prekawzjoni li ttieħdu biex kemm il-professjonisti tagħna u kemm is-service users tagħna jibqgħu safe.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18608 u għid kemm hemm persuni li qed jingħataw għajnuna għaliex huma dipendenti mid-droga kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha, għall-perijodu Jannar-Ġunju 2020, huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Jannar-Ġunju 2020
Sedqa Service
Numru ta’ Każijiet li s-Sedqa ħadmet magħhom
Il-Każijiet imsemmija f’terminu ta’ individwi
Addictions Community Service
695
680
Psychotherapeutic services
423
411
Substance Misuse Out-patient Unit
900
900
Substance Misuse In-patients Unit
44
42
Sedqa Residential Rehabilitation Programme
34
33
Huwa imporanti li wieħed jirrimarka li persuna/persuni jistgħu ikunu jew waqqfu minn wieħed mill-programmi imsemmija, kif ukoll daħħlu fi programm ġdid minn dawk imsemmija hawn fuq. Għaldaqstant, ir-rapportaġġ mgħoti jista’ ikun qiegħed jiġbor fih individwi b’mod dupplikat jew saħansitra aktar, hekk kif individwu jista’ ikun qiegħed jattendi aktar minn kors wieħed (minn dawk imsemmija) jew qaleb f’kors ieħor (u għalhekk mgħadud bħala każ ġdid).
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18607 u jgħid kemm minn dawn il-professjonisti jaħdmu mas-settur tas-servizzi soċjali f’pajjiżna,
a. Social Workers
b. Psikologi
c. Psikoterapisti
d. Councellors
e. Psikjatri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif qed ikun elenkat hawn taħt:
a. Social Workers - 278
b. Psikologi - 8
c. Psikoterapisti - 14
d. Counsellors - 18
Inkluż ma dawn il-gradi u professjonijiet hemm ukoll l-Leaders u l-Co-ordinators.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), ma timpjegax psikjatri, dan billi s-servizz tal-psikjatrija huwa servizz mediku mgħoti mill-Ministeru għas-Saħħa. Minkejja dan, hemm arranġamenti fil-livell operazzjonali bejn l-Aġenzija SEDQA fi ħdan l-FSWS u s-Servizzi mgħotija mill-Entita’/Dipartiment/Aġenzija li toffri is-servizzi marbuta mal-qasam tas-Saħħa Mentali, biex ikun hemm psikjatri li jassitu lil klijenti tal-Aġenzija SEDQA li jkollhom bżonn ukoll dan is-servizz.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18606 u 15057 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14739 jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ta' traffikar tal-persuni:
a. kienu nisa/rġiel marbuta ma'
massage parlours
;
b. kienu nisa/rġiel fis-settur tal-kostruzzjoni;
c. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni; u
d. kienu nisa/irġiel li qed jaħdmu bħala carers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha huwa kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt:
a. kienu nisa/rġiel marbuta ma' massage parlours;
Massage parlours
Male
Female
Total
2018
0
1
1
2019
0
1
1
b. kienu nisa/rġiel fis-settur tal-kostruzzjoni;
Construction
Male
Female
Total
2018
0
0
0
2019
1
0
1
c. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni; u
Prostitution
Male
Female
Total
2018
0
0
0
2019
0
0
0
d. kienu nisa/irġiel li qed jaħdmu bħala carers?
Carers
Male
Female
Total
2018
1
0
1
2019
3
3
6
Human Trafficking Service:
Jannar-Diċembru 2018 - by gender and work industry
Individwi li ħdmina magħħhom
2018
Male
Female
Total
Catering
3
4
7
Healthcare
2
0
2
of which carer
1
0
1
Hospitality
13
15
28
Manufacturing
1
5
6
Construction
0
0
0
Massage parlour
0
1
1
Private home
0
2
2
Retail
0
2
2
Prostitution
0
0
0
Total
19
29
48
Human Trafficking Service:
Jannar-Diċembru 2019 - by gender and work industry
Individwi li ħdmina magħħhom
2019
Male
Female
Total
Catering
3
4
7
Healthcare
4
3
7
of which carer
3
3
6
Hospitality
10
11
21
Manufacturing
1
5
6
Construction
1
0
1
Massage parlour
0
1
1
Private home
0
3
3
Retail
0
2
2
Prostitution
0
0
0
Total
19
29
48
Ministeru għall-Edukazzjoni- Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 16461 u tgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tagħha jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tagħha sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16460 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm individwi li qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-Family Therapy? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru totali tal-familji li ġejjin minnhom l-istess individwi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena 2019 u fis-sena 2020? Kemm hemm persuni li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi qed jingħataw lir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Sospensjoni tas-servizz tal-IVF minħabba l-pandemija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizz tal-IVF ġiex sospiż minħabba l-pandemija minn Marzu 2020? Jekk iva, jista' jindika meta se jitkompla u jekk iċ-ċikli li saru ntilfux, fis-sens illi min għamel ċiklu li ma tkompliex, dan iċ-ċiklu se jerġa’ jinbeda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull servizz ieħor mogħti minn ġewwa Mater Dei is-servizz tal-IVF ġie sospi¿ wara li sar l-aħħar ċiklu fl-1 ta’ April 2020 minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Dan is-servizz reġa beda’ jingħata bl-ewwel ċiklu bi trasferiment ta’ embrijun krijopreservat li sar fil-25 ta’ Ġunju 2020.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun fi 22 ta’ Marzu 2020, ħabret li minħabba l-COVID-19, in-nisa li kienu se jilhqu l-eta’ massima sa l-aħħar ta’ Diċembru 2020 kienu qegħdin jingħataw estensjoni ta’ sitt xhur fuq l-eta’ massima sabiex ħadd ma jitlef l-opportunita li jkollu ċiklu tal-IVF.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16459 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li la l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-ebda entita jew agenzija fid-dekasteru tal-Prim Ministru, ma ta l-ebda kuntratt, direct order, donazzjonijiet jew benefikati lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mit-Tapering of Benefits Scheme mill-2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid ukoll:
(1) kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
(2) kemm kienu full time u kemm parti time? F'din l-iskema x'inhi d-differenza?
(3) kemm hemm persuni li daħlu fl-iskema fl-2016 u baqgħu fl-iskema sal-2020? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
(4) kemm kien hemm nisa li qalbu minn xogħol part-time għal xogħol full time taħt l-iskema tat-Tapering of Benefits?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ traffikar ta’ persuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15057 u ċjoè: B'referenza għar-risposti għall-mistoqsija parlamentari 14739 jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ta' traffikar tal-persuni:
a. kienu nisa/rġiel marbuta ma'
massage parlours
;
b. kienu nisa/rġiel fis-settur tal-kostruzzjoni;
c. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni; u
d. kienu nisa/irġiel li qed jaħdmu bħala carers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.