Ministeru għall-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 9 talbiet minn mindu twaqqaf dan il-portafoll. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 16609, ninfurmaha li minn Ottubru li għadda sal-aħħar ta' Frar daħlu 15-il talba simili. Minbarra hekk jien infurmat li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata u kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-PQ numru 16604, ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlu 14-il talba simili. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, għall-perjodu ta’ bejn l-2013 u Settembru 2020, l-informazzjoni mitluba ngħatat diġà bi tweġiba għall-mistoqsijiet Parlamentari 2538, 11390 u 16608 ta’ din il-Leġislatura. B’żieda ma’ din l-informazzjoni ngħarrafha li, minn Ottubru 2020 sal-lum, l-għadd ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni li rċieva l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, inklużi l-entitajiet li jaqgħu taħtu, kienu kif ġej:
Bejn Ottubru u Diċembru 2020: Tlettax-il (13) talba; u Bejn Jannar u
Frar 2021: Seba’ (7) talbiet.
Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Ministeru għas-Saħħa — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16595, Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlu 17 il- talbiet simili. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern lokali — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-PQ numru 16600, ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlu sittax (16)-il talba simili. Ninsab infurmat ukoll illi l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-liġi li tittratta kif jiġu mwieġba dawn it-talbiet.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet tal-PQs numru 2517, 11382 u 16607, ninforma lill-Onorevoli interpellanta li minn Ottubru sa 23 ta’ Frar li għadda daħlu 165 talba simili, li minnhom ġew irrifjutati 70.
Ministeru għall-Edukazzjoni — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Tista' l-Ministru tgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli interpellanta għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numri 2518, 11383 u 16599, inżid ninforma li minn Ottubru 2020 sal-lum kien hemm tliet talbiet, li minnhom waħda ġiet irrifjutata.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Tista' l-Ministru tgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet ta’ PQ 16598 u PQ 2519, ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlu erbgħa (4) talbiet simili li minnhom ġew irrifjutati tlieta (3), filwaqt li waħda (1) ġiet parzjalment irrifjutata.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet fil-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 2534, 11386 u 16597, ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li minn Ottubru 2020 sa Jannar li għadda daħlu 27 talbiet simili, li minnhom ġew rrifjutati 15.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – Public Social Partnerships
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ftehimiet (Public Social Partnerships) kollha li l-Gvern għandu (permezz tal-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal) ma’ entitajiet li jaħdmu fil-qasam soċjali? Jista’ jgħid, f’kull każ:
a. l-isem tal-entità li magħha sar il-ftehim;
b. x’servizz toffri l-entità;
c. kemm hu l-valur tal-ftehim;
d. għal kemm-il sena huwa l-imsemmi ftehim; u
e. meta jiskadi l-ftehim?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18940, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma imqassmin l-applikazzjonijiet? Għal liema benefiċċji saru l-applikazzjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif ġie rrapurtat fil-Mistoqsija Parlamentari 18940, it-tabella ta’ hawn taħt tirreferi kif inhuma mqassmin l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi matul l-2019 u l-2020.
Applikazzjonijiet
Sena
SA
SUP
Total
2019
576
258
834
2020
768
549
1,317
SA = Għajnuna Soċjali u
SUP = Għajnuna Soċjali għal ommijiet xebbiet.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18940, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li applikaw huma nisa u kemm irġiel? Kemm minn dawk li applikaw fil-fatt bdew jieħdu l-benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li t-tabelli t’hawn taħt, jagħtu stampa ċara ta’ kemm applikaw nisa u kemm applikaw irġiel għall-Għajnuna Soċjali (SA u SUP), u kemm minnhom bdew jirċievu l-benefiċċju, matul l-2019 u l-2020.
Kemm Applikaw :
Applikazzjonijiet
Nisa
Irġiel
Total
2019
SA
SUP
Total
SA
SUP
Total
Total
344
254
598
232
4
236
834
Applikazzjonijiet
Nisa
Irġiel
Total
2020
SA
SUP
Total
SA
SUP
Total
Total
443
534
977
325
15
340
1,317
Kemm minnhom bdew jirċievu l-benefiċċju:
Applikazzjonijiet
Nisa
Irġiel
Total
2019
SA
SUP
Total
SA
SUP
Total
Tħallsu
196
199
395
151
3
154
549
Applikazzjonijiet
Nisa
Irġiel
Total
2020
SA
SUP
Total
SA
SUP
Total
Tħallsu
227
278
505
181
3
184
689
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18940, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ma baqgħux jieħdu l-benefiċċji għax mietu? U x’inhuma r-raġunijiet l-oħra għalfejn persuni ma baqgħux jieħdu l-benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabelli ta’ hawn taħt jagħtu elenku ċar tar-raġunijiet ‘l għaliex twaqqfu l-benefiċċji tas-Social Assistance (SA) u tas-Single Unmarried Parents (SUP) kif ġie rraportat fit-tweġiba parlamentari numru 18940, għas-snin 2019 u 2020.
Każijiet Imwaqqfa
2019
Raġuni
SA
SUP
Total
Ikkwalifikaw għall-Pensjoni tal-Età
92
2
94
Ikkwalifikaw għall-Pensjoni Kontributorja
5
0
5
Deċiżjoni tal-Bord Mediku
28
23
51
Applikazzjoni rtirata mill-applikant
2
3
5
Mietu
17
2
19
Bdew Jaħdmu
234
310
544
Jeċċedu t-test tal-meżżi tal-kapital
36
9
45
Ma’ baqgħux jirreġistraw
3
0
3
Ma’ baqgħux aktar intitolati għall-benefiċċju
427
83
510
Sospiżi għall-investigazzjoni
3
1
4
Sospiżi temporanjament għal raġunijiet varji
15
2
17
Total
862
435
1,297
Każijiet Imwaqqfa
2020
Raġuni
SA
SUP
Total
Ikkwalifikaw għall-Pensjoni tal-Età
47
1
48
Ikkwalifikaw għall-Pensjoni Kontributorja
2
0
2
Deċiżjoni tal-Bord Mediku
16
14
30
Applikazzjoni rtirata mill-applikant
1
1
2
Mietu
10
2
12
Bdew Jaħdmu
185
232
417
Jeċċedu t-test tal-meżżi tal-kapital
47
13
60
Ma’ baqgħux jirreġistraw
1
0
1
Ma’ baqgħux aktar intitolati għall-benefiċċju
411
95
506
Sospiżi għall-investigazzjoni
1
1
2
Sospiżi temporanjament għal raġunijiet varji
8
3
11
Total
729
362
1,091
SA- Social Assistance benefit
SUP – Single Unmarried Parents benefit
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Social Welfare Professionals jaħdmu fil-qasam soċjali? X’inhuma l-kwalifiki tagħhom? Għandhom warrant biex jaħdmu fil-qasam soċjali? F’liema oqsma qed jaħdmu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Non-warranted Social Welfare Professionals
No.
Appogg - Active Ageing & Comm Care
2
Appogg - Besmart Online
1
Appogg - Domestic Violence Unit
16
Appogg - Gozo Operations
4
Appogg - Housing Authority
2
Appogg - Intake Family Support Services
1
Appogg - Supportline 179
1
Directorate for Alternative Care - Homestart Malta
1
Directorate for Alternative Care - LAC
4
Directorate for Alternative Care - SAV
16
Directorate for Child Protection
9
FSWS Staff - EU Projects
13
FSWS Staff - Service Audit
1
Sedqa - Drugs Community Team
1
Sedqa - Phase 2 (EX-KSM)
3
Sedqa - Prevention
10
Sedqa - Psychological Services
1
Appogg - Young Persons Board
2
Directorate for Alternative Care - Residential Services
10
Directorate for Alternative Care - Public Social Partner
2
ACTS- Corradino Correctional Facility
5
Directorate for Alternative Care -Youth Support Services
6
ACTS-Community Services
27
Total
138
Warranted - Social Welfare Professionals
No.
Appogg - Housing Authority
1
Directorate for Child Protection
1
Directorate for Alternative Care - Residential Services
1
Directorate for Alternative Care - Youth Support Services
1
ACTS-Community Services
1
Total
5
TOTAL SĦIĦ (Grand total)
143
Dawn is-social welfare professionals qed ikunu ingaġġati biex jaħdmu mas-service users li jirrikorru għall-għajnuna tal-FSWS, li qegħdin dejjem jiżdiedu.
L-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, qed tiffaċċja realtà, fejn huma ftit in-nies li jixtiequ jaħdmu fl-hekk imsejħa caring professions. Madanakollu ħafna mill-impjegati li jaħdmu bħala social welfare professionals ġejjin minn professjonijiet relatati u anċillari bħal krimonoloġija, baċċellerat fil-psikoloġija, ħidma maż-żgħażagħ (youth work), ħidma fil-kommunità (community work), soċjoloġija, jew kwalifika li taqa’ fid-dixxiplina tal-humanities.
Ovvjament, dawn is-social welfare professionals, ma jagħmlu l-ebda xogħol u / jew funzjoni li jirrikjedi li min jagħmlu jkollu warrant professonali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern għat-Therapeutic Secure Unit għal żgħażagħ bi problemi severi ta’ imġieba? Jista’ jgħid ukoll jekk dan is-servizz hux se jingħata wara ordni tal-Qorti biss?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, dan il-Ministeru għamel short listing ta’ siti fejn possibbilment jista’ jsir is-Secure Therapeutic Unit. Dan minħabba in-natura speċifika ta’ dawn it-tipi ta’ ċentri, li ġeneralment ikunu lokalizzati ‘l bogħod mill-abitat.
Il-ħsieb tagħna, ġaladarba jkun ikkonfermat is-sit, huwa li dan il-proġett isir premezz ta’ fondi Ewropej, u skont il-proċeduri stabbiliti tal-procurement.
Lil hinn minn hekk, it-tmexxija tas-Secure Therapeutic Unit tkun skont id-dispożijonijiet ta’ Kap 602; jiġifieri skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Kura Alternattiva), kif speċifikat, f’Titlu III tal-Att, intitolat Iċ-Ċentru Terapewtiku w Sikur, artikoli 26 sa 20.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18939 u 18612 u jgħid kemm hemm koppji miżżewġin, f’unjoni ċivili u f’koabitazzjoni li qed jużaw servizzi ta’ counselling offruti mill-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha, dwar kemm individwi qed jużaw servizzi ta’ Counselling, offruti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS), tinsab fit-tabella annessa.
Status
Numru ta’
Każijiet
Żwieġ Annulat
2
Co-abitanti
13
Divorzjati
3
Miżżewġin
140
Separati
33
Single
202
Romol
6
Total
399
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18605 u jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mit-Tapering of Benefits Scheme mill-2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid ukoll:
(1) kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
(2) kemm kienu full time u kemm parti time? F'din l-iskema x'inhi d-differenza?
(3) kemm hemm persuni li daħlu fl-iskema fl-2016 u baqgħu fl-iskema sal-2020? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
(4) kemm kien hemm nisa li qalbu minn xogħol part-time għal xogħol full time taħt l-iskema tat-Tapering of Benefits?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-tabella ta’ hawn taħt twieġeb il-mistoqsijiet ta’ kemm bbenefikaw mill-iskema ta’ Tapering ta’ Benefiċċji mis-sena 2014 sa Jannar tas-sena 2021 u kif ukoll kemm minnhom kienu nisa’ u kemm irġiel:
Sena
Irġiel
Nisa
Total
2014
307
281
588
2015
752
1,349
2,101
2016
988
2,072
3,060
2017
1,102
2,499
3,601
2018
891
2,583
3,474
2019
600
2,108
2,708
2020
358
1,647
2,005
2021
162
942
1,104
Fir-rigward tal-mistoqsija dwar kemm minnhom kienu full-time jew part-time, it-tabella t’hawn taħt tirreferi għal dawk li bdew jaħdmu part-time. Dawk f’impjieg full-time jammontaw għad-differenza (bejn t-total kwotati fit-tabella t’hawn fuq, u l-istatisika ta’ kemm hemm f’impjieg part time). Fl-2014, il-benefiċċjarji kollha, kienu f’impjieg full-time.
Sena
Part-Timers
2015
251
2016
609
2017
605
2018
593
2019
500
2020
330
2021
168
Fl-skema tat-Tapering tal-Benefiċċji ir-rati li jitħallsu ma jagħmlux distinzjoni bejn min jaħdem full-time jew part-time ‘l għaliex ir-rata titħallas permezz ta’ persentaġġ mir-rata ta’ benefiċċju soċjali. Barra minn hekk, din l-iskema tħalli biss lill-ommijiet xebbiet (single mothers) jibbenefikaw waqt li ikunu f’impjieg part-time (hekk kif kull benefiċċjarju eleġġibbli ieħor irid ikun bilfors f’impjieg full-time sabiex jibbenefika mit-tapering).
Fir-rigward tal-mistoqsija numru 3, ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-ewwel studju ta’ kemm persuni baqgħu jaħdmu wara li għaddielhom it-3 snin perijodu ta’ ħlas tat-Tapering tal-benefiċċji, sar fis-sena 2018 u dan sabiex ikunu għaddew l-ewwel 3 snin ta’ ħlas. Dan l-istudju kien wera illi bejn 80% u 85% tal-benefiċċjarji baqgħu fid-dinja tax-xogħol anke wara li waqaf il-ħlas tat-Tapering tal-Benefiċċji. Studju ieħor ser ikun qiegħed jerġa jsir matul is-sena 2021 sabiex tingħata l-possibilità li jgħaddi perijodu ieħor ta’ 3 snin ta’ ħlas.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ir-raba mistoqsija tagħha ma’ tistax tiġi mwieġba ‘l għaliex il-ħlas tat-Tapering tal-Benefiċċji huwa bbażat fuq persentaġġ ta’ 65% tal-benefiċċju soċjali fl-ewwel sena, 45% tal-benefiċċju soċjali fit-tieni sena u 25% tal-benefiċċju soċjali fit-tielet sena. L-employer jitħallas 25% tal-benefiċċju soċjali għal perijodu ta’ 3 snin f’każ ta’ full-time u 12.5% f’każ ta’ part-time.