Tista’ l-Ministru tgħid liema hija l-awtorità kompetenti għall-infurzar tad-Direttiva Ewropea dwar l-Ippakkjar u l-Iskart tal-Ippakkjar 94/62/EC u r-Regolamenti dwar il-Ġestjoni tal-Iskart (Ippakkjar u Skart tal-Ippakkjar)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Direttiva dwar l-Ippakkjar u l-Iskart tal-Ippakkjar 94/62/EC ġiet trasposta bir-Regolamenti dwar l-Ippakkjar u l-Iskart tal-Ippakkjar fil-Maniġġar tal-Iskart (L.S. 549.43), u bir-Regolamenti dwar ir-Riċiklaġġ tal-Kontenituri tax-Xorb (L.S. 549.134). Tali Regolamenti jiddefenixxu l-Awtorità kompetenti.
Skemi ta’ Responsabbiltà tal-Produttur — Ivverifikar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema hija l-awtorità kompetenti għall-irregolar u vverifikar ta’ organizzazzjonijiet ta’ Skemi ta’ Responsabbiltà tal-Produttur (PROs)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hija l-Awtorità kompetenti għall-irregolar u verifikar ta’ organizzazzjonijiet ta’ Skemi ta’ Responsabbiltà tal-Produttur (PROs), skont ir-Regolament Dwar l-Ippakjar u l-Iskart tal-Ippakjar fil-Maniġġjar tal-Iskart (L.S.549.43) fejn l-istess regolament jidentifika ukoll awtoritajiet oħra li jistgħu jiġu maħtura biex jirregolaw aspetti oħra fir-regolament bħal per eżempju t-tqegħid tal-prodott fuq is-suq.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25871, peress li Infrastructure Malta taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija u jgħid x’qed jiġri fi Triq il-Fortizza tal-Mosta, irrispettivament minn min qed jagħmel ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll għalfejn sal-bidu ta’ Marzu 2025, kien għadu għaddej xogħol f’din it-triq u t-triq reġgħet inqalgħet u kellu jerġa’ jingħata t-tarmak mill-ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari 25871, niġbdilha l-attenzjoni li f’din il-mistoqsija l-Interpellant staqsiet dwar Triq il-Fortizza, il-Mosta, ċjoè Fortress Street u mhux għal Triq il-Fortizza tal-Mosta. Dawn huwa żewġ toroq differenti.
Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant lix-xogħol fi Triq il-Fortizza tal-Mosta qed isir biex jikkumplimenta passaġġ segregat għall-mobilità attiva b’kontinwita’ ma’ dak preżenti, li nħoloq u ntlaqa’ tajjeb ħafna fi Vjal Ragusa, u qablu fi Triq id-Difiża Ċivili, l-Mosta. Ix-xogħol huwa riorganizzazjoni ta’ l-ispazju eżistenti biex jakkomoda b’mod sigur, il-mezzi kollha tat-traġit, kemm dawk ta’ mobilita’ attiva, kif ukoll ta’ transport.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija numru 24821 u jgħid jekk ix-xogħol fi Triq il-Fortizza, il-Mosta, tlestiex u għal liema raġuni din it-triq reġgħet ingħalqet bejn it-13 u d-19 ta’ Jannar 2025? Jista’ jgħid ukoll meta beda x-xogħol kollu f’din it-triq, kemm ilu għaddej u meta se jitlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent mhux qed isiru xogħlijiet mill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi fi Triq il-Fortizza, Mosta.
In-Naxxar — Inħawi tal-ġibjun tal-ilma - Ħruġ ta’ ilma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn fl-inħawi tal-ġibjun tal-ilma fin-Naxxar ħareġ volum kbir ta’ ilma fit-toroq nhar:
a. it-Tnejn 20 ta’ Jannar 2025 - l-ilma għadda minn Triq Sir Harry Luke, għal Triq E. Bradford u għal Triq il-Fortizza tal-Mosta biex spiċċa fil-wied ta’ taħt it-triq u
b. l-Erbgħa 22 ta’ Jannar 2025 - l-ilma ħareġ minn grada mmarkata “Borehole” fi Triq Daħlet il-Ġibjun, niżel minn Triq Jules Verne għal Triq E. Bradford u għal Triq il-Fortizza tal-Mosta biex spiċċa fil-wied ta’ taħt it-triq?
Tista’ tgħid ukoll għalfejn volum daqshekk kbir ta’ ilma tħalla jintrema u jekk hux possibbli li jinstab mod biex dan l-ilma, riżorsa tant importanti, jinġabar u jintuża jew jinħażen?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif diġà ġie mħabbar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi proġett b’investiment ta’ €3 miljun biex jiġi rinovat il-ġibjun tan-Naxxar. Fost xogħlijiet oħrajn se jinbidlu s-saqaf u l-kolonni, waqt li l-ġibjun se jiġi maqsum f’żewġ partijiet biex ikun faċilitat il-proċess tat-tindif fil-futur.
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR 250156) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar it-30 ta’ Jannar 2025 li fiha aktar dettalji dwar dan il-proġett, nispjega li biex isiru x-xogħlijiet il-ġibjun tbattal b’mod li l-ilma li kien tajjeb għax-xorb mar għand il-konsumatur, waqt li l-ilma tal-qiegħ li jkun imħallat b’xi sediments li jitrabbew b’mod naturali matul iż-żmien, tħalla joħroġ fl-istorm water culvert, fejn imbagħad baqa’ sejjer fil-wied u eventwalment oskula fl-aquifer.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24820 u ċjoè: B'referenza għall-barriera f'Birguma, fin-Naxxar (Quarry HM 28), tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-inspection reports li saru mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), flimkien ma' kopji ta' rapporti ta' monitoraġġ u/jew enforcement minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mill-bidu tal-2023 s’issa, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għamlet 15-il spezzjoni fil-barriera inkwistjoni, bl-aħħar waħda saret fl-24 ta’ Jannar 2025. Minn dawn l-ispezzjonijiet, 4 kienu spezzjonijiet ta’ rutina li jsiru biex tiġi mistħarrġa l-konformità mal-permessi ambjentali, filwaqt li saru 11-il spezzjoni oħra wara rapporti/ilmenti li waslu għand l-Awtorità. L-ERA għamlet ukoll diversi spezzjonijiet bħala ‘follow-up’ biex jiġi assigurat li d-direzzjoni li tkun mogħtija minnha tkun qed tiġi segwita fil-prattika. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sommarju ta’ kull spezzjoni li saret matul il-perjodu indikat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ x'kienu s-subscriptions tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) li skont ir-Rapport Annwali tal-2023 kienu jammontaw għall-€127,267?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ammont imsemmi jikkonsisti fis-segwenti;
· €33,099.37 għal subscriptions u affiljazzjonijiet varji, f’diversi organizzazzjonijiet u fora internazzjonali relatati mal-qasam tal-edukazzjoni.
· €1,732.15 memberships
· €92,435.51 f’servizzi u liċenzji varji relatati mal-operat tal-Awtorità
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) biex issir membru tal-European Quality Assurance Register for Higher Education (EQAR) u l-European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-talba għas-sħubija fl-EQAR tinsab fi stadju ta’ appell.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm approva fondi l-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għal impjegati ġodda matul is-sena 2025 u meta approva tali fondi? Jista’ jgħid ukoll f'liema gradi u dipartimenti tal-istess awtorità se jkunu qegħdin jaħdmu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tibdil fin-numru ta’ impjegati mal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) huwa sottomess għall-approvazzjoni skont il-proċeduri stabiliti. Infurmat ukoll li stante li n-nefqa fis-salarji hija stmata u kkomunikata annwalment fil-Business and Financial plans tal- Awtorità, in-nefqa fis-salarji hija prerogattiva tal-Ministeru pertinenti kif ukoll tal-Ministeru tal-Finanzi.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Lista ta' ħaddiem
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24864 u 25541 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust u
ċ. taċ-ċivil?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ll-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18663 u jgħid jekk numru ta’ Spetturi tas-Saħħa hux se jkunu mitluba jmorru jaħdmu mal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali minħabba li hemm il-pjan li titwaqqaf awtorità tal-ikel u li dawn l-ispetturi jkunu jiffurmaw parti minnha?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18662 u jgħid jekk ix-xogħol relatat mas-sigurtà tal-ikel hux se jitneħħa minn taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali u se jaqa’ taħt ir-reponsabbilità tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li kif tħabbar fil-budget ta’ din is-sena, f’ Ottubru li għadda, il-Gvern għaddej bi proċess sabiex titwaqqaf Awtoritá għas-Sigurta tal-Ikel fi ħdan il-Ministeru għal-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali. Dan il-proċess ser iwassal għal konsolidament tal-funzjonijiet u regolamenti marbuta mas-sigurta tal-ikel li bħal issa jinsabu mifruxa taħt diversi entitajiet u dipartimenti fi ħdan tlett Ministeri.
Fost dawn hemm ukoll ir-responsabbiltajiet tal-ikel li bħal issa jaqgħu taħt id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Professjonisiti f’dan il-qasam ser ikunu wkoll parti min din it-transizzjoni meta l-istruttura legai tkun fis-seħħ.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Lista ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24864 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust u
ċ. taċ-ċivil?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Lista ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust u
ċ. taċ-ċivil?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20268 u 22373 u jgħid kemm kien hawn nisa u rġiel li bbenefikaw mill-provvedimenti differenti li introduċiet il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.125, Regolamenti dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għall-Ġenituri u għall-Persuni li jindukraw, minn mindu daħlet fis-seħħ f’Awwissu tal-2022?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19361 u 19918 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18654 u 18657, jista’ l-Ministru jgħid kif 555 studenti tal-Iskola Primarja tan-Naxxar ser jiġu rilokati fin-Naxxar stess, meta l-Middle School għandha fiha 801 student? Jista’ jgħid jekk dawn hux se jitpoġġew fi skola waħda? Jekk iva, dan ifisser li se jsir xogħol biex tikber il-binja tal-Middle School jew qed jirreferi għal xi post ieħor u liema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull tweġiba kienet marbuta mal-iskola Primarja u mhux mal-iskola Medja.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19803 u jgħid kemm kienet in-nefqa biex sar ir-rebranding tal-Public Service u l-website www.publicservice.com.mt?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif diġà ġie mwieġeb fil-mistoqsija parlamentari 19976, din il-website ma teżistix.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19799 u jgħid kemm ħarġu sejħiet interni u esterni f’kull Ministeru biex jimtlew postijiet (vacancies) fis-settur pubbliku matul April, Mejju u Ġunju 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom imtlew?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900, 15493, 16643, 17301, 17717, 18153, 18463, 18739 u 19357 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?
Minister għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Lista ta' ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtha? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Tista’ tippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Tista’ tindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust; u
ċ. taċ-ċivil?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat is-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarju Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.