Legislature:
Category:
Reset
Active:

COVID-19 — Amministrazzjoni tal-Vaċċin Astrazeneca

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20507, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb u jagħti d-dettalji mitluba, speċjalment punti (i) - (vi)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-24 t’April 2021 ingħataw 92,228 dożi tal-vaċċin Vaxzevria.

Persuni l-ħabs minħabba pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20509 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20351, jista' l-Ministru jgħid: a. kemm hemm persuni li bħalissa qed jiskontaw sentenza ta' ħabs fuq pussess sempli1i tal-Kannabis; b. bejn l-2016 u l-2021, kemm kien hemm persuni li skontaw sentenza ta' ħabs fuq pussess sempliċi tal-Kannabis; c. kemm hemm persuni li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs minħabba li nstabu ħatja li kkomettew att kriminali marbuta mal-użu tal-Kannabis (eż. serq); u d. bejn l-2016 u l-2021, kemm kien hemm persuni li skontaw sentenza ta' ħabs minħabba li nstabu ħatja li kkommettew att kriminali marbut mal-użu tal-Kannabis (eż. serq)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

B’referenza għall-ewwel żewġ punti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20350. Għall-bqija, ninfurmaha li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx din it-tip ta’ statistika li tirriżulta mill-investigazzjoni u ma tkunx imdaħħla fl-akkużi li jiġu ppreżentati.

Mandatory Reporting Guidelines for professionals in terms of the Minor Protection (Alternative Care) Act, Cap. 602 of the Laws of Malta

Question

B’referenza għad-dokument “Mandatory Reporting Guidelines for professionals in terms of the Minor Protection (Alternative Care) Act, Cap. 602 of the Laws of Malta” ippubblikat mill-Ministeru għas-Solidarjetà u Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal f’Settembru 2020, jista’ l-Ministru jgħid, minn min kien magħmul il-Kumitat Tekniku li kiteb dan ir-rapport?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li d-Dokument li qed issir referenza għalih ġie ppubblikat f’Marzu 2021 u mhux f’Settembru 2020. Il-Kumitat Tekniku kien magħmul mis-segwenti tmien (8) professjonisti: 1. Is-Sa Remenda GRECH fl-irwol tagħha ta’ Direttur tad-Direttorat Kura Alternattiva 2. Is-Sur Steve LIBRERI fl-irwol tiegħu bħala Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal 3. Dr Daniela AZZOPARDI BONANNO bħala konsulent legali 4. L-Ispettur Sylvana GAFÀ bħala rappreżentanta tal-korp tal-Pulizija 5. Dr Vanessa GRECH bħala rappreżentanta tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati 6. Is-Sa Marija ZAHRA nominata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni 7. Dr Mariella MANGION nominata mill-Ministeru tas-Saħħa 8. Is-Sur Mauro FARRUGIA nominat mill-Ministeru tal-Intern, is-Sigurta Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

Mandatory Reporting Guidelines for professionals in terms of the Minor Protection (Alternative Care) Act, Cap. 602 of the Laws of Malta

Question

B’referenza għad-dokument “Mandatory Reporting Guidelines for professionals in terms of the Minor Protection (Alternative Care) Act, Cap. 602 of the Laws of Malta” ippubblikat mill- Ministeru għas-Solidarjetà u Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal f’Settembru 2020, jista’ l-Ministru jgħid, għalfejn tħallew barra l-pulizija fl-istess linji gwida?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li mhux ċar kif qiegħed jingħad illi tħallew barra l-Pulizija meta ma jissemmew l-ebda professjonisti b’mod speċifiku. Kull professjonist, inkluż uffiċjal tal-Pulizija, illi fil-qadi ta’ dmirijietu jiġi f’kuntatt ma’ minuri, japplikaw għalih id-dispożizzjonijiet fuq raportaġġ mandatarju. Inoltre, kif ġa imwieġeb f’ Mistoqsija Nru 20692, il-Pulizija jissemmew b’mod speċifiku fil-proviso tal-artklu 9(1) tal-Kap. 602 fejn b’mod speċifiku jingħad illi kull rapport ta’ maltrattament fuq minuri li jidħol għand il-Pulizija jrid jiġi mgħoddi lid-Direttur għall-Ħarsien tat-Tfal b’mod immedjat.

Mandatory Reporting Guidelines for professionals in terms of the Minor Protection (Alternative Care) Act, Cap. 602 of the Laws of Malta

Question

B’referenza għad-dokument “Mandatory Reporting Guidelines for professionals in terms of the Minor Protection (Alternative Care) Act, Cap. 602 of the Laws of Malta” ippubblikat mill- Ministeru għas-Solidarjetà u Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal f’Settembru 2020, jista’ l-Ministru jgħid, jekk saritx konsultazzjoni biex inkiteb dan id-dokument? Jekk iva, ma’ liema stakeholders?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li qabel daħal fis-seħħ il-Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, inżammu żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi fuq medda ta’ diversi xhur u allura l-artiklu 9 tal-istess Kap li jittratta r-rapportaġġ mandatarju kien ukoll miftuħ għall-konsultazzjoni. Id-dokument li jipprovdi linji gwida lill-professjonisti ġie abbozzat, kif ġa imwieġeb f’ Mistoqsija Nru 20692, minn kumitat tekniku li kien jirrapreżenta b’mod wiesgħa diversi setturi u professjonisti. Il-membri li kienu jiffurmaw parti minn dan il-kumitat tekniku huma kollha professjonisti illi qiegħdin jaħdmu f’dan is-settur kuljum u, għalhekk, qiegħdin jiltaqgħu ma’ dawn ir-realtajiet b’mod konkret fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Tista’ tgħid li l-maġġoranza ta’ dawn il-membri huma speċjalizzati f’dan il-qasam u huwa għal din ir-raġuni li jitqiesu bħala esperti fil-materja tal-protezzjoni tat-tfal. Minbarra dan, il-konsulent legali li kienet tifforma parti minn dan il-kumitat kienet eżaminat u studjat fil-fond is-suġġett tar-rapportaġġ mandatarju fit-teżi tad-dottorat tagħha f’liema studju hi kienet ikkonsultat ma’ professjonisti minn dixxiplini diversi. Id-dokument ta’ linji gwida minnu nnifsu ma jorbotx iżda, kif jfisser l-isem, joffri direzzjoni lill-professjonisti. Mhux eskluż li l-istess dokument jiġi rivedut fil-futur skond il-bżonn.

National Report on the drug situation in Malta 2020

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20172 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-"National Report on the drug situation in Malta 2020"?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport Nazzjonali dwar is-sitwazzjoni tad-Droga f’Malta 2020, kemm f’verżjoni bil-Malti kif ukoll f’verżjoni bl-Ingliż.

Covid-19 — Amministrazzjoni tal-Vaċċin Pfizer

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20265, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali u speċifikament iwieġeb: i. lil persuni ta’ ‘l fuq minn 80 sena; ii. lil persuni ta’ bejn is-70 u d-79 sena; iii. lil persuni ta’ bejn is-60 u 69 sena; iv. lil persuni vulnerabbli (u jispecifika liema kundizzjonijiet); v. lil frontliners (u jispeċifika liema); vi. lil persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji u jispeċifika x’inhi r-raġuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat-18 t’April ta’ din is-sena ngħataw 186, 472 dożi tal-vaċċin Comirnaty.

Covid-19 — Amministrazzjoni tal-Vaċċin Astrazeneca

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20266, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-dettalji kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali u speċifikament iwieġeb: i. lil persuni ta’ bejn il-50 u l-65 sena; ii. lil persuni vulnerabbli (u jispeċifika liema kundizzjonijiet); iii. lil frontliners (u jispeċifika liema); iv. lil persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji u jispeċifika x’inhi r-raġuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sat-18 t’April ta’ din is-sena ngħataw 77,792 dożi tal-vaċċin Vaxzevria.

Pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis – persuni li tressqu l-Qorti u weħlu sentenza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20349, jista' l-Ministru jgħid fl-istess perjodu (2016-2021) kemm hemm persuni li weħħlu l-ħabs fuq pussess sempliċi (għal użu personali - 3.5gr)

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20350.

Persuni l-ħabs minħabba pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20351, jista' l-Ministru jgħid: a. kemm hemm persuni li bħalissa qed jiskontaw sentenza ta' ħabs fuq pussess sempli1i tal-Kannabis; b. bejn l-2016 u l-2021, kemm kien hemm persuni li skontaw sentenza ta' ħabs fuq pussess sempliċi tal-Kannabis; c. kemm hemm persuni li qed jiskontaw sentenza ta' ħabs minħabba li nstabu ħatja li kkomettew att kriminali marbuta mal-użu tal-Kannabis (eż. serq); u d. bejn l-2016 u l-2021, kemm kien hemm persuni li skontaw sentenza ta' ħabs minħabba li nstabu ħatja li kkommettew att kriminali marbut mal-użu tal-Kannabis (eż. serq)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellanta li r-records tal-Faċilità Korrettiva ta’ kordin ma jispeċifikawx it-tip ta’ droga, li d-detenuti jkunu sentenzjati dwarhom mill-Qrati tal-Ġustizzja. Għaldaqstant nitlob lill-Onor Interpellanta tirreferiha lill-Ministru kkonċernat

Covid-19 — Pjan ta' rollout

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20164, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan maqbul mal-esperti tas-saħħa, kif imsemmi fir-risposta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi kopja tal-Covid-19 Vaccination Strategy kif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Covid-19 — Amministrazzjoni tal-Vaċċin Pfizer

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20165 u jgħid kemm ġie amministrat vaċċin tat-tip Pfizer ġimgħa b’ġimgħa minn meta wasal Malta: i. lil persuni ta’ ‘l fuq minn 80 sena; ii. lil persuni ta’ bejn is-70 u d-79 sena; iii. lil persuni ta’ bejn is-60 u 69 sena; iv. lil persuni vulnerabbli (u jispecifika liema kundizzjonijiet); v. lil frontliners (u jispeċifika liema); vi. lil persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji u jispeċifika x’inhi r-raġuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-11 t’April ta’ din is-sena ngħataw 166,244 do¿i tal-vaċċin Comirnaty.

Covid-19 — Amministrazzjoni tal-Vaċċin Astrazeneca

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20166 u jgħid, sas-16 ta’ Marzu 2021, kemm ġie amministrat vaċċin tat-tip AstraZeneca ġimgħa b’ġimgħa minn meta wasal Malta: i. lil persuni ta’ bejn il-50 u l-65 sena; ii. lil persuni vulnerabbli (u jispeċifika liema kundizzjonijiet); iii. lil frontliners (u jispeċifika liema); iv. lil persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji u jispeċifika x’inhi r-raġuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-11 t’April ta’ din is-sena ngħataw 68,147 do¿i tal-vaċċin Vaxzevria.

Pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis – persuni li tressqu l-Qorti u weħlu sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu l-Qorti u weħlu sentenza ta' ħabs fuq pussess sempliċi (għall-użu personali - 3.5gr) tal-kannabis mill-2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor.Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20350.

Persuni mressqa quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja li dehru quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tressqu quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja u dehru quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board flok marru l-ħabs?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninformla lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li tressqu quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja u wara dehru quddiem id-Drug Offenders Rehabilitation Board, bejn is-sena 2016 u s-sena 2021, jammonta għal 128. Infakkar lill-Onorevoli interpellanta li dan seta’ kien possibbli wara emenda fil-liġi li daħħal dan il-Gvern fl-ewwel leġiżlatura tiegħu fejn kien mexxa bidla fil-liġijiet li jirriformaw iktar milli jikkastigaw lill-persuna. Illum il-Gvern jinsab fi stadju ieħor biex ikompli jibni fuq l-istess emendi, anke biex ma jkunx hemm ċirkostanzi fejn diversi persuni baqgħu jiġu arrestati u meħuda d-Depot għall-interrogazzjoni fuq pussess ta’ inqas minn 3.5 grammi ta’ kannabis. Tali ċirkostanzi, li ħafna drabi kienu inġusti ladarba qed nitkellmu fuq xi ħaġa li mhux se twasslek sal-Qorti, issa se tkun qed issir xi ħaġa tal-passat. Bil-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis, il-Gvern għandu l-għan li jara li persuna li tinqabad b’ammont inqas minn 7 grammi ta’ kannabis ma tkunx suġġetta għal xi proċeduri kriminali jew ġudizzjarji. Dan hu biss wieħed mill-prinċipji ta’ din il-White Paper li bħalissa għaddejja diskussjoni dwarha. Filwaqt li b’ebda mod ma rridu nħeġġu l-użu tal-kannabis u għandna nżidu l-edukazzjoni, is-suġġett hu importanti li bħala soċjetà ma ngħalqux għajnejna għar-realtajiet li jeżistu u nindirizzawhom b’mod responsabbli.

Persuni l-ħabs minħabba pussess sempliċi għall-użu personali tal-kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-ħabs minħabba pussess sempliċi (għall-użu personali - 3.5gr) tal-kannabis mill-2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għall-mistoqsija parlamentari 20350.

COVID-19 — Persuni mlaqqma minħabba safar għal kura

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li sas-16 ta’ Marzu 2021 ħadu t-tilqima kontra l-COVID-19 minħabba li se jmorru barra minn Malta għal kura (treatment abroad)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sas-6 t’April ta’ din is-sena kien hemm 279 persuna li ħadu t-tilqima kontra l-COVID-19 minħabba li se jmorru barra minn Malta għal kura.

COVID-19 — Persuni li ħadu t-tilqima u jaħdmu f’Segretarjat ta’ Ministri/Segretarji Parlamentari

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li ħadu t-tilqima kontra l-COVID-19 li jaħdmu fis-Segretarjat ta’ Ministri u/jew Segretarji Parlamentari? Jista’ jgħid ukoll liema vaċċin ġie amministrat lil dawn il-persuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sa issa diġa ngħataw il-fuq minn 243,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Ħlief fil-każ tal-frontliners u ħaddiema f’setturi essenzjali tagħrif dwar l-impjieg ta’ persuni li jiġu mlaqqma ma tinżammx.

COVID-19 — Persuni li jaħdmu f’supermarkets u ħwienet oħra essenzjali - tilqima

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk hux minnu li qed ikun hemm firxa ta’ infezzjonijiet bil-COVID-19 u/jew xi varjant minn supermarkets? Jekk dan huwa minnu, x’qed jagħmel il-Gvern f’dan ir-rigward? Meta biħsiebu jlaqqam il-persuni li jaħdmu f’supermarkets u ħwienet oħra essenzjali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-trasmissjoni tal-Covid-19 fil-komunità hija relatata ma' kuntatt mill-qrib bejn persuni. Il-maġġoranza tal-każijiet kienu relatati mal-households filwaqt li f'numru ta' każijiet sporadiċi, is-sors mhuwiex identifikat. Hemm standards li huma fis-seħħ rigward il-mitigazzjoni tar-riskju fis-supermarkets.