Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-accounts tal-Marigold Foundation li ġew ippreżentati lill-Kummissarju tal-Għaqdiet volontarji sena b'sena mill-2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jindika liema kienu audited u liema le?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitpoġġew fuq l-Mejda tal-Kamra l-accounts tal-organizzazzjoni volontarja Marigold Foundation għas-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019 li ġew sottomessi lill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. Dawn l-accounts kollha huma awditjati. L-accounts huma dokumenti pubbliċi skont l-Att għall-Organizzjonijiet Volontarji (Kap 492 tal-Liġijiet ta’ Malta). Kull persuna tista’ titlob kopja tal-accounts tal-organizzazzjonijiet iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.
B’referenza għal punt 85 fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-2017, tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġux allowances ta’ diżabilità għal kundizzjonijiet “moħbija” bħal Fibromyalgia?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tressaq id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont sħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru u l-Marigold Foundation fuq ix-xogħol u l-użu ta' The Meeting Place? Jista' jinkludi kemm nefaq il-Ministeru, kemm nefqet il-Marigold Foundation, kemm kienu l-fondi li ġew mill-Unjoni Ewropea, u kemm hi n-nefqa rikorrenti llum min naħa tal-Ministeru għal dan il-proġett?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li The Meeting Place sar b’kollaborazzjoni bejn dan il-Ministeru u l-Fondazzjoni Marigold u qed iservi sabiex diversi NGO’s li jaħdmu fis-settur socjali, edukattiv, tas-saħħa u tal-mard rari, ikollhom fejn jorganizzaw laqgħat, seminars, terapija u sports.
Dan il-post qed iservi għal dawk l-NGO’s u benefiċċjarji tagħhom li jaħdmu f’dawn is-setturi u b’mod speċjali għal dawk l-NGO’s li jaħdmu ma’ nies vulnerabli. Sal-lum ibbenefikaw madwar 73 NGO li jagħmlu użu minn dan il-post. Hemm ukoll diversi entitajiet oħra governattivi (FSWS u Agenzija Sapport, Mount Carmel Youth Service) li qed jagħmlu użu mill-post u li qed joffru s-servizz tagħhom minn hemm ukoll.
Minn Ġunju tas-sena 2019 sa Marzu 2021, kien hemm 12,782 persuna li għamlu użu mill-post. Dan il-post qed joffri s-servizz tiegħu anke fil-weekends u fi żmien il-pandemija dan l-post kien jintuża biex NGO’s u għaqdiet oħra offrew is-sapport lil diversi persuni vulnerabbli.
In-nefqa rikorrenti tal-post bħalissa hija ta’ madwar €214,000 fis-sena.
Il-proġett ta’ The Meeting Place ġie jiswa’ total ta’ €1.14m, li minnhom €0.78m ġew minn fondi tal-Unjoni Ewropeja. Il-Fondazzjoni Marigold, li tagħha kienet l-ideja tal-proġett, sal-lum investiet €82,140 fil-post, kemm f’inizjattivi li kien hemm bżonn, għall-ħolqien tiegħu u anki fi ħtiġijiet varji għall-operat ta’ kuljum tal-istess proġett.
Għalkemm il-post huwa propjeta’ ta’ dan il-Ministeru u huwa mmexxi minnu, hemm Memorandum of Understanding bejn il-Ministeru u l-Fondazzjoni Marigold li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena mill-2015 sal-2020, kemm kienet in-nefqa annwali fuq:
a. Prevenzjoni tal-vizzji (alkoħol, tabakk, droga, logħob, eċċ)
b. Kura tal-vizzji;
c. Servizzi ta’ prevenzjoni u kura minn aġenziji tal-Gvern;
d. Ftehim ta’ servizzi ta’ prevenzjoni u kura minn aġenziji mhux tal-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u/jew individwi li huma foster carers? Kemm hemm tfal fil-kura ta’ dawn il-Foster Carers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li, t-tagħrif mitlub minnha jinsab diġa fit-tweġibiet li ngħataw għal Interpellenzi Numri 18887, 18888, 18889 u 19679 li ġew imwieġba riċentament.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari 20506 u 20634, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn il-Ministru qed jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni mitluba kollha, hekk kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari oriġinali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ tilqim Comirnaty li ngħata sal-1 ta’ Mejju skont l-etajiet. Ħaddiema f’setturi essenzjali, vulnerabbli u front liners huma wkoll inklu¿i skont l-etajiet rispettivi tagħhom.
Comirnaty
persuni li għandhom iktar minn 80 sena
41,370
persuni bejn is-70 u 79 sena;
66,286
persuni bejn is-60 u 69 sena
28,566
persuni oħra
84,921
Total
221,143
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 20507 u 20635, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn il-Ministru qed jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni kollha kif mitluba fil-mistoqsija oriġinali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt li qed tindika n-numru ta’ tilqim Vaxzevria li ngħata sal-1 ta’ Mejju skont l-etajiet. Ħaddiema f’setturi essenzjali, vulnerabbli u front liners huma wkoll inklu¿i skont l-etajiet rispettivi tagħhom.
Vaxzevria
persuni li għandhom iktar minn 80 sena
nil
persuni bejn is-70 u 79 sena;
nil
persuni bejn is-60 u 69 sena
32,025
persuni oħra
67,909
Total
99,934
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm single parents f'Malta? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, n-numru tà Single Parents li jirċievu l-Għajnuna Soċjali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Nisa
2,239
Irġiel
31
Total ta' Benefiċjarji
2,270
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm familji f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mis-servizzi taċ-Childcare Centres? Kemm hemm tfal jattendu fiċ-Childcare Centres? Kemm minn dawn it-tfal għandhom sena jew inqas u kemm għandhom minn sena sa tliet snin?
Tista’ l-Ministru tgħid, fl-aħħar tmien snin, f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda fejn qabel ma kinux installati? Kemm twaħħlu arbli b’kollox u kemm kilometri ġew koperti b’dawn il-lighting poles?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji, inkluż studji li saru (jekk saru) b'rabta mal-proposta tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Promenade tal-bajja tal-Għadira – xogħlijiet ta’ tisbiħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jsir xogħol ta' tisbiħ fil-promenade tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa? Jekk iva, jista’ jpoġġi l-imsemmi pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru kontinwament jaħdem fuq interventi ta’ manteniment u investiment fil-prodott lokali fil-lokalitajiet kollha turistiċi.
Il-Mellieħa – pjan għal tnaqqis ta’ konġestjoni tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan jew studji li saru jew qed isiru sabiex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku mix-Xemxija? Jista’ jindika kif dan il-pjan se jaffettwa l-bypass tal-Mellieħa u l-bypass ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nieħu gost ninnota li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza li x-xogħol fit-toroq illum m’għadux isir kif kien isir “tmien snin ilu” u qed nieħdu gost li tistaqsu dwar il-ħidma li qed issir minn din l-Aġenzija fuq it-toroq li tħallew abbandunati bil-konsegwenza ta’ traffiku li hawn illum. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020, bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali madwar Malta, jiġifieri medja ta’ tliet toroq kull ġimgħa.
Infrastructure Malta għaddejja fuq ħidma bla waqfien sabiex intejbu t-toroq tagħna bħal ma sar fil-Marsa Junction, Santa Lucija, Central Link Project, il-proġett ta’ Hal-Kirkop li bħal issa għaddej ġmielu fost ħafna toroq u proġetti kbar oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, fl-aħħar tmien snin, f’liema toroq, inkluż postijiet rurali, twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda fejn qabel ma kinux installati?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru ikkonċernat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20506, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha kif mitluba fil-mistoqsija speċjalment il-punti (i) - (vi)?