Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16747, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Awtorità għall-Ippjanar (€4,043) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16747.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 16927 u 19404, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija lill-Marigold Foundation minn entitajiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru u li jammontaw għall-€19,775 huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari li għamlet hi stess bin-numri 16927 u 19404.
Ministeru għall-Edukazzjoni — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18617, tista’ l-Ministru tgħid, minħabba li l-flus mogħtija mid-Dipartiment tal-Istrategy & Support fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus (€10,000) kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 18617.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16464, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) (€52,000) u mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA) (€170,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 16464.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16465, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Malta Film Commission (€1,000) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16465.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16469, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Ministeru (€30,000) u mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) (€200) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16743.
Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16743, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kif il-Marigold Foundation qasmet l-equipment imsemmi fir-risposta u li jammonta għas-somma totali ta’ €245,798? Jiġifieri, liema entitajiet jew organizzazzjonijiet gawdew mid-donazzjonijiet imsemmija fir-risposta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16743.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16470, jista’ l-Ministru jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Orkestra Nazzjonali (€3,500) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 16470.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20701 u tgħid, fl-aħħar tmien snin, f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda fejn qabel ma kinux installati? Kemm twaħħlu arbli b’kollox u kemm kilometri ġew koperti b’dawn il-lighting poles?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm saru pre-adoption courses fis-sena 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, d-Direttorat għall-Kura Alternattiva (DAC) fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) organizza 6 pre-adoption courses matul l-2020. Dawn komplew b’ mod online waqt il-pandemija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru home study reports marbutin mal-adozzjoni tat-tfal u li ġew konklu¿i fis-sena 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-Home Study Reports ma jkunux marbutin ma’ addozzjonijiet partikolari imma ma’ individwi jew koppji (hi x’ inhi l-orjentazzjoni sesswali tagħhom) li jkunu jixtiequ jsiru Ġenituri Addottivi Prospettivi (PAPs – Prospective Adoptive Parents). Dan isir bħala parti mill-proċess irregolat mil-liġi biex jiġu approvati bħala PAPs. F’dan l-istadju jkunu għadhom ma ġewx identifikati minuri li jistgħu jiġu matched mill-awtoritjiet kompetenti biex ikunu addottati mill-PAPs rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm kien hemm tfal ta’ nazzjonalità Maltija li għaddew mill-proċess biex jiġu addottati minn koppji Maltin fl-2020?
a. Kemm minn dawn it-tfal ġew addottati minn familji li kienu l-
foster carers
tat-tfal stess; u
b. Kemm minn dawn it-tfal ġew addottati minn membri tal-familja tagħhom stess?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.
Tfal mhux ta’ nazzjonalità Maltija – proċess għal adozzjoni minn ġenituri Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal (mhux ta’ nazzjonalità Maltija) li bdew il-proċess ta’ adozzjoni biex jiġu addottati minn ġenituri Maltin fl-2020?
a. Minn liema pajjiżi ġejjin dawn it-tfal;
b. Kemm minn dawn it-tfal għadhom fil-proċess li jiġu addottati; u
c. Kemm minn dawn it-tfal ġew fil-fatt addottati u l-proċess tagħhom ġie konkluż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat mill-Awtorità Ċentrali li matul l-2020 ġew konklużi 12-il intercountry adoption. Minn dawn 11 kienu mill-Indija u 1 mill-Portugall.
Marigold Foundation – ġabra mill-iskejjel tal-Gvern
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14738, tista’ l-Ministru tgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Ministeru lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus (€42,238.92) kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dawn mhumiex fondi pubbliċi peress li saru attivitajiet biex inġabru dawn il-flus, liema attivitajiet kienu organizzati mill-iskejjel u l-kontribuzzjoni ġew mill-istudenti.
Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana — Fibromyalgia and Myalgic Encephalomyelitis Clinic
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn meta nfetħet il-“Fibromyalgia and Myalgic Encephalomyelitis Clinic” fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana f’Mejju 2015, kemm attendew pazjenti f’dan il-Clinic sas-sena 2020, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid jekk din il-klinika hiex qed tiffunzjona?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ attendenzi fil-klinika msemmija fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana mill-2015 sal-2020 kienu 637. F’April tas-sena 2020, din il-klinika kienet ġiet sospiża temporanjament minħabba l-Pandemija tal-Covid-19 imma wara ftit xhur reġgħet infetħet u kompliet tiffunzjona normali.
Pazjenti tal-Fibromyalgia and Myalgic Encephalomyelitis
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn pazjenti tal- Fibromyalgia and Myalgic Encephalomyelitis qed jitneħħew mil-lista li kienet tinżamm fl-Isptar Mater Dei u qed jiġu infurmati li m’għandhomx iktar il-bżonn li jarahom tabib fl-Isptar? X’servizz alternattiv qed jiġi offrut lil dawn il-pazjenti minn barra dak privat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni tal- Fibromyalgia u Myalgic Encephalomyelitis, wara li jarahom l-ispeċjalista ta’ Mater Dei u jibda l-kura neċessarja u addatata, jirreferihom lin-nurse speċjalista fil-kundizzjoni.
Din in-nurse, li hija taħt il-management ta’ Mater Dei, tara il-bżonnijiet tal-pazjent b’ mod olistiku, anki fil-komunita’, u tirreferih għand speċjalisti oħra, eżempju psikologu, pain clinic eċċ.
Meta il-kura tal-pazjent tkun stabbilizzata, il-pazjent ikompli il-kura taħt speċjalisti fil-komunità fil-klinika dedikata għal dawn il-pazjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex il-mediċini Lyrica u Cymbalta jitpoġġew fuq il-formolarju tal-mediċini (Schedule V)? Jekk iva, meta? Jekk le għalfejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Pregabalin hija nkluża fil-formularju tal-gvern u tingħata skont il-protokoll. Id-dipartiment qed jikkunsidra li jdaħħal id-Duloxetine fil-formularju u jiftaħ l-użu tal-Pregabalin għall-aktar indikazzjonijiet.
Promenade tal-bajja tal-Għadira – xogħlijiet ta’ tisbiħ
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20697, jista' l-Ministru jgħid b'mod speċifiku x'hemm pjanat li jsir bħala tisbiħ fil-promenade tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa? Jistaħ jpoġġi wkoll l-imsemmi pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru għaddejjin b’manutenzjoni regolari ta’ tindif, żebgħa, tikħil u xogħol ieħor tul il -promenade tal-Għadira. Qed jitħejja wkoll pjan ħolistiku għal wara s-sajf li ġej. Dettalji jitħabbru meta tali pjan ikun tfassal.
Il-Mellieħa – pjan għal tnaqqis ta’ konġestjoni tat-traffiku
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20699, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan jew studji li saru jew qed isiru sabiex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku mix-Xemxija? Jista’ jindika kif dan il-pjan se jaffettwa l-bypass tal-Mellieħa u l-bypass ta’ San Pawl il-Baħar?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20696 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji, inkluż studji li saru (jekk saru) b'rabta mal-proposta tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-istudji b’rabta ma’ dan il-proġett għadhom għaddejjin. La darba jkunu konklużi, se jkunu qed jiġu ppubblikati.