Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21989 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21913, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-Politika Nazzjonali l-ġdida ta' pajjiżna tad-Droga?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-proċess ta’ ġbir ta’ informazzjoni għadu għaddej. Għaldaqstant din it-tweġiba se tingħata aktar tard.
Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall-Adolexxenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21984, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari u jgħid liema huma d-drogi u s-sustanzi li huma l-vizzji ewlenin ta' dawn iż-żgħażagħ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari li qed tirreferi għalija ġiet imwieġba fi 12 ta’ Lulju 2021 fil-mistoqsija parlamentari 21984.
Fiċ- Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall -Adoloxenti, il-programm se jkun ikoppri għal kull tip ta’ droga u sustanza, skont l-bżonnijiet u ċ-ċirkostanzi li Ċentru jiltaqa’ magħhom.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22031 u 21925 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21677, tista’ l-Ministru tagħti lista tat-toroq fejn twaħħlu l-imsemmija arbli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arbli msemmija twaħħlu f’diversi toroq f’lokalitajiet differenti, dawn jinkludu: Attard, Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Fgura, Floriana, Għargħur, Għaxaq, Gudja, Gzira, Ħamrun, Kalkara, Lija, Luqa, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Mtarfa, Naxxar, Paola, Pembroke, Pieta, Qormi, Rabat, Safi, San Ġwann, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Santa Lucia, Santa Venera, Siġġiewi, Sliema, Swieqi, Tarxien, Valletta, Żabbar, Żejtun, Żurrieq, u Għasri (Għawdex).
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21925 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21677, tista’ l-Ministru tagħti lista tat-toroq fejn twaħħlu l-imsemmija arbli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall-Adolexxenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21914 u ċjoè: B’referenza għall-istqarrija PR 211221 “Viċin li jinfetaħ iċ-ċentru ta’ rijabilitazzjoni għall-adolexxenti f’Tal-Ibwar” li ħarġet fis-26 ta’ Ġunju, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm adoloxxenti li qed jistennew biex jidħlu f’dan iċ-ċentru? Jista’ jgħid ukoll liema huma d-drogi u s-sustanzi li huma l-vizzju ewlieni ta’ dawn iż-żgħażagħ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra 4 persuni li bħalissa diġà jinsabu fi programm residenzjali temporanju tal-Caritas, b’kollox bħalissa hemm 3 persuni fuq il-lista tal-istess Caritas li qed jistennew biex jidħlu fis-servizz residenzjali taċ-ċentru meta jibda jopera minn tal-Ibwar. Barra minn hekk hemm 6 persuni oħra li qed jiġu assessjati.
Minn naħa tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjalo (FSWS), minbarra 4 persuni li bħalissa qed jagħmlu l-programm u 2 persuni li ġew allokati key worker, hemm 2 persuni oħra li qed jiġu assessjati.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa kapitali totali għall-bini u l-attrezzar ta’ dan iċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall-Adolexxenti gewwa tal-Ibwar, li se jkun immexxi mill-Caritas, mistennija tilħaq it-€3.8 miljuni, u qed issir kollha mill-Gvern. In-nefqa rikkurrenti tiegħu ukoll se tkun iffinanzjata totalment mill-Gvern permezz ta’ vot ta’ madwar miljun ewro fis-sena.
Dan iċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall-Adolexxenti, se jkun qied jieħu 14-il resident u 10 addoloxxent ghal matul il-jum. Il-programm se jkun ikoppri ghal kull tip ta’ droga
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21915 u ċjoè: B’referenza għall-istqarrija PR 211196 “Aktar servizzi speċjalizzati għal żgħażagħ bi problemi ta’ vizzji”, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati studji fuq il-vizzji fiż-żgħażagħ u l-addoloxxenti, biex kif qal il-Ministru stess, nifhmu aħjar il-gravità tas-sitwazzjoni tal-vizzji f’pajjiżna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kull erba’ snin isir l-istħarriġ madwar l-Ewropa propjament dwar dan is-suġġett. Qed nirreferi għall-ESPAD (European School Survey Project on Alcohol and Drugs). Malta ħadet sehem f’kull stħarriġ tal-ESPAD mindu beda fl-1995.
Fil-każ ta’ Malta, għandna stampa aħjar tas-sitwazzjoni mill-bqija tal-Ewropa għax isir “ċensiment”’ taż-żgħażagħ li jattendu il-Form 5 ( jew Year 11) tal-iskola sekondarja.
Fl- 2019 dan iċ-ċensiment sar fuq 3,034 żagħżagħ li kellhom bejn il-15-il sena u s-16-il sena li kienu jattendu l-iskola fil-livell sekondarju.
Fiż-żmien meta issir emfasi kontinwa fuq ppjannar ta’ servizzi bbażat fuq evidenza empirika (evidence based service planning) ma jistax ikollok għodda (tool) aħjar minn dan “iċ-ċensiment” tal- ESPAD biex inkunu nafu x’inhi s-sitwazzjoni reali tal-abbuż ta’ sustanzi u behavioural addictions taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li, r-Rapport tal-ESPAD gie ppublikat f’Novembru 2020 u li saret referenza ripetuta għalih fil-laqgħat tal-Kumitat konġunt dwar l-Affarijiet Soċjali u l-Affarijiet tal-Familja f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21916 u ċjoè: B’referenza għall-istqarrija PR 211196 “Aktar servizzi speċjalizzati għal żgħażagħ bi problemi ta’ vizzji”, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq is-servizz Youth in Focus?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fid-Direttorat Kura Alternattiva fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi għal Ħarsien Soċjali (FSWS) hemm servizzi speċjalizzati taż-żagħżagħ li jaħdmu ma’ adoloxxenti li huma f’riskju ta’ esklużjoni socjali għal bosta raġunijiet. Għaldaqstant it-tlett mistoqijiet tal-Onor. Interpellanta, b’referenza għal din l-mistoqsija kif ukoll għal mistoqsijiet parlamentari numru 21987 u 21988, qed jiġu mwieġba permezz ta’ din ir-risposta konġunta.
Is-servizzi taż-żgħażagħ fi ħdan dan id-Direttorat, huma mqassmin fuq tlett pilastri, kif ġej:
Servizz
Etajiet
Għan partikolari
Youth in Focus (YIF)
.
13 sa 18-il sena
Servizz speċjalizzat ma’ addoloxxenti li għandhom problema ta’ mġieba, kriminalità u vizzji.
Embark for Life (E4L)
.
15 sa 25 sena
Servizz li jaħdem ma’ żgħażagħ vulnerabbli, li minħabba trawmiet li ġarrbu f’ħajjithom għandhom bzonn l-għajnuna sabiex isibu u / jew iżommu xogħol.
Adoloscent Day Programme (ADP) - Achieve
14 sa 18-il sena
Dan huwa servizz maqsum fuq tlett livelli,
Bronze, Silver
u
Gold
. Fih jattendu addoloxxenti li jsegwu dan il-programm bil-pass taghhom, u li diġa ppruvaw isegwu servizzi ġeneriċi provduti mis-sistema edukattiva mingħajr suċċess.
Ngħaddi issa sabiex nagħti ħarsa iktar dettaljata ta’ kull servizz msemmi.
Youth in Focus (YIF)
Dan huwa servizz speċjalizzat mogħti minn tim multi-dixxiplinarju ta’ terapisti bil-għan li joffri servizz ta’
social work
,
counselling
jew terapija liż-żgħażagħ vulnerabbli. L-
Youth in Focus
, permezz ta’ ħaddiema socjali,
youth workers
u
counsellors
, joffru għajnuna ħolistika lil żgħażagħ vulnerabbli tal-etajiet bejn it-tlettax u t-tmintax il-sena li għaddejjin minn diversi diffikultajiet u sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja tagħħom fostħom: rabja, ostilità, ribelljoni, vandaliżmu, vjolenza, esperimentazzjoni tad-droga, kriminalità, użu eċċessiv tal-kompjuter jew logħob fost oħrajn. Wieħed jinnota li żgħażagħ li jagħlqu t-tmintax il-sena u li jkunu diġa qed jiġu segwiti mis-servizz, jibqgħu jiġu segwiti sakemm jintlħaqu l-miri ewlenin.
Il-professjonisti fi ħdan il-YIF jaħdmu bis-sħiħ maz-zagħzagħ u kif ukoll il-familji tagħhom fuq bażi individwali (one-to-one) bil-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet involuti. Xi kultant dan huwa diffiċli minħabba l-ħajja kajotika li wieħed ikun jgħix fiha, iżda huwa x-xogħol tal-ħaddiema soċjali jew tal-youth worker sabiex jippruvaw iressqu liż-żgħażagħ partikolari biex jaċċettaw l-għajnuna u l-opportunitajiet offruti mis-servizz taż-żgħażagħ. Il-ħidma mwettqa minn dawn il-professjonisti ssir dejjem fl-aħjar interess taż-żagħżugħ jew żagħżugħa benefiċjarji tas-servizz.
Il-professjonisti jaħdmu id f’id mal-Aġenzija Sedqa u jingħataw taħriġ kontinwu dwar il-vizzji u l-ħidma f’dan is-settur. Permezz ta’ dan it-taħrig, flimkien mal-ħidma maż-żgħażagħ, il-professjonisti jkunu jistgħu jressquh lejn l-għajnuna meħtieġa u kif ukoll jaħdmu mal-familja sabiex tingħata għajnuna ħolistika skont il-bżonn. L-għan tas-servizz huwa li permezz tal-kollaborazzjoni bejn iż-żgħażugħ u l-professjonisti, l-inċidenza fil-kriminalità u l-vizzji jonqsu u b’hekk naraw progress fil-ħajja ta’ dawn iż- żgħażagħ.
Embark for Life (E4L)
It-tieni pilastru huwa dak iffukat din id-darba fuq ħiliet li żgħażagħ jistgħu jiksbu sabiex ikabbru l-għarfien tagħhom, jakkwistaw ħiliet soċjali u ħiliet oħrajn li permezz tagħhom jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan il-programm ukoll joffri liż-żgħażagħ b’opportunitajiet ta’ taħriġ u b’għajnuna tanġibbli minn tim ta’ professjonisti multi-dixxiplinarju sabiex isibu xogħol, liema xogħol ikun sostenibli u jibqgħu fl-impjieg.
L-għan tas-servizz huwa li jinkoraġġixxi liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fi programmi edukattivi biex b’ hekk ikun iktar faċli biex isibu xogħol. Is-servizz ukoll jgħin liż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu jgħixu b’mod iktar indipendenti fil-komunità u jitejbu l-livell tal-ħajja tagħħom. Is-servizz huwa immirat għal diversi żgħażagħ li jkunu qed jesperjenżaw diversi realtajiet bħal viżżjijiet, dinamika tal-familja (family dynamics), kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, problemi mal-liġi, emozzjonijiet instabbli u imġieba diffiċli fost ħafna affarijiet oħra. Il-benefiċjarji tas-servizz huma ukoll offruti diversi opportunitajiet biex huma ukoll jipparteċipaw f’diversi empowerment initiatives li jorganizza s-servizz taż-żgħażagħ bil-għan li joffri opportunità fejn professjonisiti varji jaħdmu flimkien fl-aqwa interess taż-żgħażagħ tagħna.
Grazzi għal din il-ħidma ż-żgħażagħ qed jibbenefikaw minn diversi opportunitajiet li permezz tagħħom qed jiksbu diversi abbiltajiet li jistgħu jagħmluhom f’pożiżżjoni li jidħlu f’impjieg sostenibbli.
Adoloscent Day Programme (ADP) - Achieve
It-tielet pilastru huwa dak ffukat fuq
soft skills
li żgħażagħ jistghu jakkwistaw fejn jaħdmu fuq il-formazzjoni taghhom nfushom. Dan il-programm, li huwa rikonoxxut mis-sistema edukattiva ta’ pajjiżna, huwa mqassam fuq tlett stadji u rikonoxxut ukoll mill-
Prince’s Trust
li rrikonoxxa dan il-programm bħala validu għall-programm li jsir fl-iskejjel u huwa magħruf bl-isem ta’
Achieve
. Dan jagħmel l-
Adoloscent Day Programme
importanti ħafna speċjalment għal dawk iż- żgħażagħ li ma jkunux jistgħu jaddattaw ruħhom għas-sistema edukattiva, izda jistgħu jimxu ma’ dan il-programm skont il-pass tagħhom. Dan il-proċess jinvolvi sessjonijiet edukattivi fuq bażi formali, non-formali u informali fejn permezz tagħħom ikunu jistgħu jiskopru iktar lilhom nfusħom filwaqt li jsaħħu l-abbiltajiet soċjali tagħħom. Dan il-proċess isir permezz ta’ diversi sessjonijiet li wara li jitlestew u wara proċess ta’ riflessjonijiet li jsiru fuq profili stipulati, l-parteċipanti jakkwistaw livell ta’
O-level Standard
permezz tal-programm
‘Prince’s Trust’
.
L-interventi li jagħmlu l-professjonisti varji nklużi l-youth workers u s-social workers jgħinu liż-żgħażagħ parteċipanti f’dan il-programm biex ikunu mħarrġa u permezz tal-attitudni tagħħom ikunu f’pożiżzjoni aktar sigura u b’saħħitħa biex jirnexxu fil-komunità li jgħixu fiħa. Dan minkejja d-diversi sfidi li jkomplu jaffaċċjaw matul ħajjitħom. Fost ir-realtajiet li jaffaċċjaw dawn iż-żgħażagħ nsibu l-isfida (challenge) li ma jiffitjawx fis-sistema edukattiva u li allura minħabba din is-sitważżjoni l-attendenza tagħħom ma tkunx frekwenti, prostitużżjoni, problema ta’ abbuż tad-droga, problemi mal-awtoritajiet u ta’ vizzji varji.
L-programm huwa maqsum fuq tliet livelli BRONZE, SILVER u GOLD u adoloxxent jista’ jsegwi dan il-programm bil-pass tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21917 u ċjoè: B’referenza għall-istqarrija PR 211196 “Aktar servizzi speċjalizzati għal żgħażagħ bi problemi ta’ vizzji”, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq is-servizz Achieve?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta, tirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 21986.
Jista' l-Miniistru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21918 u ċjoè: B’referenza għall-istqarrija PR 211196 “Aktar servizzi speċjalizzati għal żgħażagħ bi problemi ta’ vizzji”, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fuq is-servizz Adolescent Day Programme?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta, tirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 21986.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21913, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-Politika Nazzjonali l-ġdida ta' pajjiżna tad-Droga?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-ġbir ta’ informazzjoni ħolistika mill-istakeholders kollha għadu għaddej. Għaldaqstant din it-tweġiba se tingħata aktar tard.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21099, jista’ l-Ministru jgħid dawn l-addozzjonijiet għaddewx minn proċess li jinvolvi l-Aġenzija Appoġġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iż-żewġ addozzjonijiet imsemmija ġew ipproċessati mill-Aġenzija Tama.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21680, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti time-frame ta’ meta se titlesta l-evalwazzjoni biex tittieħed deċiżjoni daqshekk importanti fuq l-użu tas-CGMs għall-persuni kollha li huma insulin dependent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-proċess huwa wieħed kompetittiv u għalhekk jimxi skont ir-regoli u l-proċess tal-public procurement.
Minħabba li l-Abbozz 82 fuq l-introduzzjoni ta’ krematorju f’pajjiżna ġie diskuss f'April u Mejju 2019 u sar liġi fid-29 ta' Mejju 2019, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-pjan għall-introduzzjoni ta’ krematorju u servizzi anċillari f’Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li titlesta, fix-xhur li ġejjin l-estenzjoni taċ-ċimiterju tal-Addolorata, il-gvern bi ħsiebu jvara l-proġett tal-krematorju.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm suwiċidji f’pajjiżna maqsuma sena b’sena mill-2015 sal-2021?? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, in-numru ta' persuni residenti f’Malta u Għawdex li mietu b’suwiċidju mill-2015 sal-2020 skont is-sess tal-persuna huwa skont it-tabella t’hawn taħt.
Sena
Irġiel
Nisa
Total
2015
27
7
34
2016
19
5
24
2017
20
5
25
2018
20
2
22
2019
22
1
23
2020
14
9
23
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji f’pajjiżna, maqsuma sena b’sena mill-2015 sal-2021,? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat mill-ewwel ta’ Jannar 2015 sa tlettin ta’ Ġunju 2021, il-pulizija rreġistrat 162 każ ta’ suwiċidju. Min dawn 131 persuna kienu ta’ sess maskili filwaqt li 31 persuna kienu femminili. Fl-2015 kien hemm 7 nisa u 29 ir-raġel, fl-2016 kien hemm 3 nisa u 18 -ir raġel, fl-2017 kien hemm 5 nisa u 20 raġel, fl-2018 kien hemm 3 nisa u 19 -ir raġel, fl-2019 kien hemm 2 nisa u 19 -ir raġel, fl-2020 kien hemm 7 nisa u 15 ir-raġel u din is-sena sa’ issa kien hemm 4 nisa u 11 -ir raġel.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk u meta se jitkompla l-proġett tal-hub tad-diżabilità qrib it-Trade Fair grounds fin-Naxxar? Tista’ tgħid ukoll jekk il-proġett tal-istess hub fin-Naxxar hux se jiġi finanzjat (parti jew sħiħ) minn Fondi Ewropej? Jekk iva, tista' tgħid jekk il-fondi u l-proġett fil-fatt ġewx approvati mill-Unjoni Ewropea u jekk kienx hemm oġġezzjonijiet għal dan il-proġett minn organizzazzjonijiet u entitajiet mill-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett REACH fin-Naxxar ser ikun qed jitkompla hekk kif ikunu finalizzati l-proċeduri legali preżenti. Dan il-proġett mhux finanzjat minn Fondi Ewropew iżda minn fondi nazzjonali skont kif dikjarat f’Mistoqsija Parlamentari numru 16240. Il-pjanijiet għall-proġett REACH għaddew minn proċess ta’ konsultazzjoni ma’ diversi imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet u entitajiet kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell Ewropew. Din il-konsultazzjoni hi proċess regolari sabiex ikun assigurat li l-proġett ikun konformi ma’ leġislazzjonijiet u standards lokali u internazzjonali waqt li jkunu salvagwardjati d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.
Minħabba li l-aktar Politika Nazzjonali riċenti kienet pubblikata fl-2008, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-Politika Nazzjonali l-ġdida ta’ pajjiżna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta, sabiex tikkjarifika għal liema Politika Nazzjonali qiegħda tirreferi.
Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall-Adolexxenti
Question
B’referenza għall-istqarrija PR 211221 “Viċin li jinfetaħ iċ-ċentru ta’ rijabilitazzjoni għall-adolexxenti f’Tal-Ibwar” li ħarġet fis-26 ta’ Ġunju, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm adoloxxenti li qed jistennew biex jidħlu f’dan iċ-ċentru? Jista’ jgħid ukoll liema huma d-drogi u s-sustanzi li huma l-vizzju ewlieni ta’ dawn iż-żgħażagħ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Tweġiba:
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-istqarrija PR 211196 “Aktar servizzi speċjalizzati għal żgħażagħ bi problemi ta’ vizzji”, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummisjonati studji fuq il-vizzji fiż-żgħażagħ u l-addoloxxenti, biex kif qal il-Ministru stess, nifhmu aħjar il-gravità tas-sitwazzjoni tal-vizzji f’pajjiżna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Tweġiba:
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.