Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma taħt care order? Kemm minn dawn it-tfal għaddew f’idejn foster carers u kemm hemm tfal li qed jiġu kkurati fi ħdan wieħed mill-istituti f’Malta u Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-entitajiet kollha li għandhom Kuntratt ta’ Sħubija Soċjali (Public Social Partnership - PSP) ma’ dan il-Ministeru u li jieħdu ħsieb dawn it-tfal f’kura alternattiva, huma mgħammra biex jospitaw lit-tfal f’units żgħar fejn il-massimu huwa ta’ sitt itfal f’ kull unit u fejn in-norma hija bejn erba’ u ħamest it-tfal. L-entitajiet li jmexxu dawn id-djar tat-tfal jagħmlu minn kollox biex dawn it-tfal jgħixu f’ambjent kemm jista’ jkun qrib dak ta’ familja u li jkun child friendly.
Intant, sa l-aħħar ta’ Ottubru 2021, n-numru ta’ tfal protetti bil-Care Order kien jammonta għal 291.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellanta li, hemm aktar tfal li jirrisjedu ma’ foster families jew fi djar residenzjali/tal-komunita, iżda dawn it-tfal qegħdin residenti f’dawn id-djar b’arranġament differenti u mhux taħt care order.
It-tfal protetti b’ care order huma mqassma kif ġej:
F’Foster care
142
Fi Djar residenzjali
89
Fi Djar fil-Komunita’
35
Tfal li qed jattendu programm residenzjali
3
B’Re-integrazzjoni mal-familja bijoloġika
22
Minn numru totali ta’ tfal li jinsabu f’foster care, hemm 131 qegħdin jiġu mrobbija min Foster Carers ġewwa Malta u 9 ġewwa Għawdex, filwaqt li 2 jgħixu ma’ ġenituri prospettivi għall-addozzjoni.
It-tfal li jinsabu residenti fi djar residenzjali, li jammonta għal 89 kif spjegat fit-tabella, huma mqassma 87 tifel u tifla li jgħixu ġewwa djar residenzjali f’Malta u 2 minuri fid-djar residenzjali ġewwa Għawdex.
Id-djar fil-komunita’ li qed jospitaw 35 tifel u tifla, huma residenzi tat-tfal fil-komunita’, li jilqgħu fosthom numru zgħir ta’ tfal f’kull residenza. Qegħdin nagħmlu kull sforz possibli sabiex nevitaw li ikollna minuri f’istituzzjonijiet.
B’kollox, kif indikat ukoll fit-tabella t’hawn fuq, għandna 3 itfal li qegħdin jattendu programm residenzjali li huwa programm speċjalizzat, ffukat fuq titjib fl-imġieba tal-istess minuri.
Finalment, 22 minuri qegħdin fil-proċess ta’ re-integrazzjoni lura ma’ ġenitur jew ġenituri tagħhom jew ma’ xi membri oħra tal-familja bijologika tagħhom taħt monitoraġġ. Hawnhekk tkun qed tiġi evalwata l-possibilità li tiġi rakkomandata revokazzjoni tal-Ordni ta’ Ħarsien (care order), dejjem jekk dan jirriżulta li jkun fl-aħjar interess tal-minuri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma taħt care order u qed jistennew li jgħaddu minn proċess ta’ fostering?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal li huma protetti b’care order u li għadhom qed jistennew li jiġu fostered huwa ta’ sitta.
Dan huwa l-inqas numru ta’ tfal jistennew biex jiġu
fostered
f’dawn l-aħħar snin u dan huwa riżultat ta’ diversi miżuri li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin riċenti, fosthom:
1. Iż-żieda fiċ-Child in Care Benefit minn €70 għal €100 fl-2018,
2. Iż-żieda fiċ-Child in Care Benefit minn €100 għal €110 fl-2021,
3. Il-kampanji ta’ għarfien u pubbliċità li għamlet l-Aġenzija Appoġġ favur il-fostering,
4. L-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida dwar il-Protezzjoni tal-Minuri u Kura Alternattiva, Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta.
5. Riżultat tal-prattika l-ġdida mħaddma mid-Direttorat għall-Kura Alternattiva mwaqqaf skont l-istess Kap 602, fejn l-ewwel preferenza għal-placement qiegħda konsistentament tkun li tfal ikunu fi placement f’ambjent ta’ familja u mhux fi Djar tat-Tfal.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li qed jistennew biex irabbu tfal permezz ta’ Fostering?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bħalissa 4 familji li huma diġa approvati bħala foster carers qegħdin fit-tranżizzjoni biex jibdew joffru placement bħala foster families, filwaqt li 3 familji qegħdin jistennew li jiġu matched ma’ minuri.
Id-Direttorat Kura Alternattiva jiġbed l-attenzjoni li kull minuri jiġi matched ma’ foster carer skont il-bżonnijiet tal-minuri u, għaldaqstant, mhux neċessarjament li foster carer li qed jistenna match, jiġi b’mod awtomatiku matched ma’ minuri li qed jistenna li ikun ma foster family.
Id-Direttorat qiegħed ukoll isegwi 13-il familja li huma approvati bħala Foster Carers, pero’ li minħabba ċirkostanzi personali mhumiex f’pożizzjoni li jiffosterjaw fil-mument preżenti.
Hemm ukoll 4 familji li huma approvati bħala Foster Carers li jistgħu joffru respite placements biss.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid f’liema skejjel qed jaħdmu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li jbatu bil-Fibromyalgia f’pajjiżna? Jista’ jgħid liema huma l-mediċini li l-Gvern se jintroduċi fil-formolarju għal dawn il-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta hawn 925 pazjenti li jbatu mill- Fibromyalgia u li għandhom Schedule V. Bħalissa hemm żewġ mediċini li jingħataw bla ħlas lill-pazjenti li jsofru minn din l-kundizzjoni u fiż-żmien li ġej se tkun qed tiżdied mediċina oħra għal dawk li jbatu mill-istess kundizzjoni, li ukoll din se tkun qed tingħata bla ħlas.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema hi l-mediċina li se tiġi ntrodotta fil-formolarju li, kif qal fid-diskors tiegħu fil-Parlament “hija bħax-Xeralto”?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għaddej l-proċess fuq it-tender sabiex fiż-żmien li ġej tkun tista’ tiġi ntrodotta mediċina tal-klassi tad-Direct Oral Anticoagulants fil-formularju tal-gvern.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min se jkun qed jamministra l-EpiPens li se jiġu introdotti fl-iskejjel tal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li ġew proposti fondi għax-xiri tal-EpiPens, se jitkomplew id-diskussjonijiet mal-Ministeru kkonċernat dwar l-introduzzjoni tal-EpiPen fl-iskejjel. Ta’ minn jgħid li l-EpiPen hija mediċina li ħafna drabi tista tkun auto-injected.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list għan-knee replacement? Jista’ jgħid ukoll, f’liema sena kienu referuti għall-operazzjoni l-pazjenti li qed ikunu operati bħalissa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għan-knee replacement sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 610. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list għall-hip replacement? Jista’ jgħid ukoll, f’liema sena kienu referuti għall-operazzjoni l-pazjenti li qed ikunu operati bħalissa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għall-hip replacement sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 127. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.
Wara li nhar il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021, il-Prim Ministru kien qal li fi ftit jiem oħra kien se jippreżenta liġi “Anti-SLAPP” fil-Parlament ta’ Malta, jista’ għaldaqstant il-Prim Ministru jgħid meta se titressaq din il-liġi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà ddikjarajt pubblikament, fl-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma fuq it-tfassil ta’ leġi¿lazzjoni “Anti-SLAPP” bil-għan li pajji¿na jkompli jsaħħaħ il-protezzjoni lill-ġurnalisti.
Dan il-proċess, li qed isir b’konsultazzjoni mal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, mal-familja Caruana Galizia u istituzzjonijiet internazzjonali, jinsab fi stadju avvanzat u se jwassal biex il-liġi titressaq fil-Parlament mill-iktar fis.
Tajjeb jingħad li dan il-pass se jkun segwit minn riforma iktar wiesgħa fis-settur li se tkun rakkomandata minn rappre¿entanti tal-ġurnalisti u esperti oħrajn. Permezz ta’ dan ix-xogħol bla preċedent, il-Gvern se jkun f’po¿izzjoni li jkompli jwettaq bidliet favur it-tisħiħ tal-professjoni li amministrazzjonijiet preċedenti qatt ma wettqu.
Wara li nhar il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021, il-Prim Ministru kien qal li fi ftit jiem oħra kien se jippreżenta liġi “Anti-SLAPP” fil-Parlament ta’ Malta, jista’ l-Ministru jgħid meta se titressaq din il-liġi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 22683
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-rapport annwali għas-sena 2020 maħruġ mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor Interpellanta li, d-disinn tar-Rapport Annwali tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali sar minn impjegat tal-Fondazzjoni stess u, għaldaqstant, ma kienx hemm ħlas la għad-disinn u lanqas għall-impaġnar.
L-istampar tal-kopji tar-rapport imsemmi sar fl-Istamperija tal-Gvern għal prezz totali ta’ €3,160.09 (Tlett elef, mija u sittin Ewro u disa’ ċenteżmi).
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li qed iwieġeb din il-mistoqsija, kemm hemm nuqqas ta’ professjonisti fis-servizzi li toffri l-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)? Jista’ jagħti l-figuri skont il-professjonijiet (eż: social workers, psiko terapisti, eċċ)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, n-numru ta’ professjonisti nieqsa preżentament fis-servizzi li toffri l-Fondazzjoni għal Ħarsien Soċjali (FSWS) huma maqsumin bejn dawk li huma ġodda (new capacity-building) u replacements (sabiex jimtlew ir-rizenji), skont kif qed jidher hawn taħt:
Full-Time Part Time
New Capacity-building
Ħaddiema Soċjali (Social Workers) 17 0
Replacements
Psikologi 3 0
Terapisti tal-Familja 2 0
Psikoterapisti 1 0
Social Welfare Professionals 15 1
Tabib 1 0
Spizjar 0 1
B’Total ta’ 39 2
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-mediċina Avonex Interferon ma baqgħetx fil-format ta' pen injector? Meta se terġa' tiġi introdotta l-pen injector? Il-Ministru huwa konxju li n-nuqqas tal-pen injector qed itellef pazjenti mill-indipendenza tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Interferon beta – 1a solution tista’ tiġi amminstrata forma ta’ pre-filled syringe jew pre-filled pen jew cartridge li huma kollha self-injectable biex il-pazjenti jkunu jistgħu jinjettaw lilhom infushom huma stess.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan tar-roll out sena b’sena tal-Constant Glucose Monitors għall-pazjenti ta’ ’l fuq minn 16-il sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament l-Constant Glucose Monitors qed jagħmlu użu minnhom dawk li għandhom d-Dijabete’ tat-tip 1 u li l-eta’ tagħhom hija ta’ 16 il-sena jew inqas. Fl-2022 dawn jibdew jingħataw lil dawk ta’ bejn is-17 il-sena u l-21 sena u li jsofru mid-dijabete’ tat-tip 1. Il-pjan hu illi fis-sena ta’ wara tiġi estiża għall-pazjenti kollha ta’ kull eta’ bid-dijabete tat-tip 1.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22410, 21989 u 22049 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21913, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-Politika Nazzjonali l-ġdida ta' pajjiżna tad-Droga?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta, tirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 22410.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21989 u 22049 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21913, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-Politika Nazzjonali l-ġdida ta' pajjiżna tad-Droga?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onoroveli interpellanta li kien hemm progress fil-ġbir ta’ informazzjoni, minkejja dan il-proċess għadu mhux konkluż. Għaldaqstant tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta fetaħ u għalaq il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika fuq il-caravan sites? Ma' min ikkonsulta? Liema kunsilli lokali ġew ikkonsultati? Jista' jippubblika s-sottomissjoniet tal-konsultazzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument ‘Camping, Caravanning and Picnicking Sites on the Maltese Islands’ kien inħareġ għal konsultazzjoni pubblika mill-11 ta’ Frar 2021 sal-30 ta’ Marzu 2021. Dan id-dokument ma kienx wieħed ta’ policy imma Discussion Paper inti¿a sabiex thajjar lill-pubbliku biex jirrejagixxi fuq policies ezistenti u approvati li hemm fil-pjanijiet lokali u li jirrikwardjaw camping, caravanning u picnicking. Il-konsultazzjoni kienet miftuha ghall-pubbliku generali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomisjonijiet li saru.
Attachments:Public Submissions received on Caravan, Camping and Picnicking Discussion Paper Feb-Mar 2021-Subs only.pdf