B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22683, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se toħroġ white paper fuq din il-liġi? Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm proċess ta' konsulatazzjoni marbuta mal-libertà tal-istampa? Meta hu ppjanat li din il-liġi titressaq fil-Parlament?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif diġa ġie indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru 22683, il-konsultazzjoni diġa’ bdiet u se tkompli.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm LSEs li huma kkwalifikati imma ma ġewx impjegati biex jaħdmu mat-tfal fl-iskejjel? Kemm minnhom huma minn Malta? Kemm minnhom huma minn Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li skont it-total vacancies li jinħolqu, isir il-proċess biex jiġu impjegati LSEs li jkunu għaddew, u li huma fil-lista li ġiet ippubblikata.
In-Naxxar, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – infermiera fl-iskejjel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, liema huma l-iskejjel li għandhom infermiera biex jassistu lit-tfal fil-lokalitajiet tan-Naxxar, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskejjel imsemmija kif ukoll l-iskejjel l-oħra kollha f’Malta għandhom is-servizz ta’ infermiera li ta’ kuljum iżur l-iskejjel fejn is-servizz tagħhom ikun meħtieġ. Dan huwa servizz fiss u permanenti u allura huwa attiv minn meta tibda s-sena skolastika u jitkompla anke waqt Skolasajf.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna minħabba problema tal-użura f’Malta u f’Għawdex? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fl-ewwel sitt (6) xhur ta’ din is-sena kienu disa’ (9) l-persuni li rrikorrew għand il-varji servizzi tal-FSWS biex jieħdu għajnuna għal sitwazzjoni tal-użura. Tlieta (3) minn dawn il-persuni kienu rġiel filwaqt li sitta (6) kienu nisa.
Għajnuna biex persuni joħorġu miċ-ċirku tal-prostituzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna f’Malta u f’Għawdex biex joħorġu miċ-ċirku tal-prostituzzjoni? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent hemm persuna waħda, li tieħu l-għajnuna minn dan is-servizz. L-għan ta’ dan is-servizz, 'Sex Work Support Programme' huwa li persuni li jaħdmu fl-industrija tas-sess jiġu mgħejjuna b'mod ħolistiku, inkluż billi jsir assessment professjonali, dwar il-ħtiġijiet tal-klijent u
minn hemm jitfassal pjan ta' għajnuna u appoġġ għal kull persuna b'mod individwali.
Din l-għajnuna tinkludi counselling, għajnuna dwar akkomodazzjoni, ibbaġitjar, is-saħħa fiżika u mentali, kif ukoll ħiliet fit-trobbija tat-tfal f'każ li l-persuna tkun ġenitur. Il-ħtiġijiet ta' kull persuna jvarjaw skont is-sitwazzjoni w il-ħiliet partikolari tagħha.
Jekk il-persuna tkun tixtieq toħroġ minn dan ix-xogħol, hi jew hu se jiġu megħjjuna sabiex hija ssib impjieg differenti, kif ukoll jekk ikun hemm sfruttament u/jew vjolenza ta' kwalunkwe tip, il-professjonisti tagħna se jgħinu lill-persuna kkonċernata f'dan ir-rigward anki billi jaħdmu id f'id mal-pulizija.
Il-ħaddiema impjegati f'dan is-servizz qed jagħmlu wkoll ħafna riċerka fir-rigward tal-mudelli ta' għajnuna li jiġu offruti lill-ħaddiema fl-industrija tas-sess u jattendu diversi webinars u seminars li jiġu organizzati minn esperti f'dan il-qasam.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna f’Malta u f’Għawdex għaliex huma vittmi ta’ vjolenza domestika? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? Kemm minnhom huma tfal taħt it-18-il sena u kemm għandhom iktar minn 60 sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant ill l-informazzjoni mitluba minnha qiegħda kif indikat hawn taħt. It-tagħrif miġbur juri li fid-data meta qed tingħata t-tweġiba kien hemm:
1.
Kazijiet sew ta’ nisa kif ukoll irġiel u l-etajiet taghħom li ħadmu maghħom id-
Domestic Violence Unit
(DVU)
bejn 01/01/2021 u 31/10/2021 huma:
DVU
Irġiel
Nisa
Total
<
17
(
sbatax-il sena w anqas
)
2
5
7
18-59
273
1626
1899
60
>
(
sittin sena w aktar
)
88
294
382
Total
363
1925
2288
2.
Kazijiet sew ta’ nisa kif ukoll irġiel u l-etajiet taghħom li ħadmu maghħom l-professjonisti tax-xelter Għabex bejn 01/01/2021 u 31/10/2021 huma :
Ghabex
Irġiel
Nisa
Total
<
17
(
sbatax-il sena w anqas
)
0
0
0
18-59
2
30
32
60
>
(
sittin sena w aktar
)
0
4
4
Total
2
34
36
3.
Klijenti tal-Għabex jistgħu jkunu ikkumpanjati mit-tfal. Bejn 01/01/2021 u 31/10/2021 kien hemm 23 minuri li għexu fix-xelter Għabex ma ’ommijiethom.
4.
Kazijiet sew ta’ nisa kif ukoll irġiel u l-etajiet taghħom li sar risk assessement maghħom bejn 01/01/2021 u 31/10/2021 huma:
Risk assessments
Irġiel
Nisa
Total
<
17
(
sbatax-il sena w anqas
)
0
2
2
18-59
76
452
528
60
>
(
sittin sena w aktar
)
19
61
80
Total
95
515
610
Fl-aħħar nett, tajjeb li ninnutaw li d-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jaħdem ukoll ma’ minuri esposti għall-vjolenza domestika.
Id-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal jirrileva illi fis-servizzi taħt il-kappa tiegħu, id-direttorat qed joffri għajnuna lil 268 minuri fil-preżent. Din l-istatistika tindika n-numru ta’ persuni taħt it-18 – il sena illi qed jirċievu xi forma ta’ interventi mis-servizzi tas-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection Services) u s-Servizzi tal-Qrati. Kull wieħed minn dan il-każijiet hemm indikat exposure to domestic violence bħala waħda mill-problemi esperjenzati mit-tfal.
Għajnuna lill-persuni li kkommettew reati ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna f’Malta u f’Għawdex għaliex ikkommettew reati ta’ vjolenza domestika? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? Kemm minnhom huma tfal taħt it-18-il sena u kemm għandhom iktar minn 60 sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li s-servizz STOP the violence, li jitmexxa mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS, qed jaħdem ma’ 71 persuna li huma kollha rġiel, għalkemm is-servizz huwa miftuħ għal kull ġeneru.
Minn dawn il-71 persuna, 5 ġew referuti mill-Qorti jew mid-Dipartiment tal-Probation u Parole għax ġew ikkundannati li wettqu reati ta’ vjolenza domestika.
Is-servizz tac-Child to Parent Violence, immexxi mill-istess taqsima, qed jaħdem ma’ 5 żgħażagħ li għandhom anqas minn 18-il sena, iżda s-servizz jaħdem ma’ żgħażagħ u adulti bejn it-13 u 25 sena.
Fil-preżent, m’hemm ebda każ minn Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna għaliex kienu vittmi tat-traffikar tal-persuni? Kemm minnhom huma nisa, kemm irġiel u liema huma l-pajjiżi tal-oriġini tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant(a) li t-tagħrif mitlub minnha huwa skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Persuni mgħejjuna mis-servizz kontra t-traffikar uman
Jannar - Ġunju 2021
Pajjiż
Irġiel
Nisa
Total
Bangladesh
1
0
1
Gambia
0
1
1
Hungary
0
2
2
India
1
0
1
Mauritius
0
1
1
Nigeria
0
1
1
Pakistan
0
1
1
Philippines
0
5
5
Ukraine
0
1
1
Total
2
12
14
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li professjonisti fil-qasam soċjali qed jilmentaw li m’għandhomx biżżejjed għodda biex iħaddmu ċ-Children’s Act kif suppost u li huma mhux qed jirnexxilhom jaħdmu fl-aħjar interess tat-tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant tispjega aħjar liema huma l-għodda li qegħda talludi għalihom li allegatament huma neqsin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inċentivi hemm biex aktar persuni jitħajru jieħdu s-social work bħala professjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) toffri l-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol fil-qasam soċjali permezz ta’ Ftehim Kollettiv li mhuwiex biss l-aqwa patt azjendali fis-settur imma għodda ta’ żvilupp professjonali billi joffri linji ċari u trasparenti għal dawk li huma career progression u career development biex b’ hekk l-FSWS tkun f’ pożizzjoni tajba għal dak li huwa recruitment and retention tar-riżorsi umani tagħha.
Dawn li ġejjin huma, fil-qosor, l-iskaluni tal-inċentivi li joffri l-Ftehim Kollettiv viġġenti bejn l-FSWS u l-union li tirrappreżenta l-maġġoranza tal-ħaddiema, jiġifieri l-UĦM:
Studenti fl-aħħar sena tal-kors universitarju jiġu offruti impjieg bħala Social Worker Trainee hekk kif ilestu l-eżamijiet b’ salarju ta €19,313 (ekwivalenti għal Grade 5 tal-Ftehim Kollettiv), dan sakemm joħroġu r-riżultati kollha u jikkonfermaw li l-istudent ikun għadda mill-kors fl-intier tiegħu u kulma jkun jonqsu tkun il-gradwazzjoni formali,
Malli joħorġu r-riżultati, dawn l-istudenti jiġu promossi għal Social Worker Graduate (non-warranted) u l-paga tagħhom titla’ mill-ewwel għal €22,769 (ekwivalenti għal Grade 4 tal-Ftehim Kollettiv). Dan huwa, fil-fatt, accelerated increment għax professjonisti oħrajn jibdew b’paga ta’ €20,219 ta’ l-istess Grad.
Warranted Social Worker (jiġifieri wara sentejn prattika ta’ xogħol taħt superviżjoni) tibda b’paga ta’ €22,966 (ekwivalenti għal Grade 3 tal-Ftehim Kolettiv bejn l-FSWS u l-UĦM) u tingħata Warrant Allowance ta €1,000 fis-sena kif wkoll FSWS Allowance ta’ €1,500 fis-sena, kif ukoll dritt għal Continuous Professional Development (CPD) Allowance ta’ €700 fis-sena.
Senior Social Worker I - Grade 2 tal-Ftehim Kollettiv b’ paga ta’ €25,478 – jiġu promossi b’ sistema ta’ colloquia wara sejħa interna għal Social Workers li għandhom Degree fis-Social Work kif ukoll 8 snin esperjenza ta’ xogħol jew Masters Degree fil-qasam soċjali u 6 snin esperjenza ta’ xogħol. Jingħataw ukoll Warrant Allowance ta €1,000 fis-sena kif ukoll FSWS Allowance ta’ €1,500 fis-sena, kif ukoll dritt għal Continuous Professional Development (CPD) ta’ €700 fis-sena.
Senior Social Worker II - Grade 1 FSWS Collective Agreement b’ paga ta’ €27,226 – jiġu promossi b’ sistema ta’ colloquia wara sejħa interna għal Social Workers li għandhom Degree fis-Social Work kif ukoll 8 snin esperjenza ta’ xogħol kif ukoll 5 snin esperjenza ta’ xogħol fi grad ta’ Senior Social Worker 1 (jiġifieri total ta’13-il sena xogħol) jew Masters Degree fil-qasam soċjali u 6 snin esperjenza ta’ xoghol kif ukoll 5 snin esperjenza ta’ xogħol fi grad ta’ Senior Social Worker 1 (iġifieri total ta’ 11-il sena xogħol). Jingħataw ukoll Warrant Allowance ta €1,000 fis-sena kif ukoll FSWS Allowance ta’ €1,500 fis-sena kif ukoll dritt għal Continuous Professional Development (CPD) ta’ €700 fis-sena.
Barra minn hekk fi kwalunkwe livell, wara li jkunu kisbu l-warrant, kull social worker jista’ japplika wkoll biex ikun Leader jew Co-Ordinator ta’ Servizz b’ allowances ta’ € 2,800 u € 1,350 fis-sena rispettivament, kif ukoll Qualifications Allowances li titla’ sa € 1,100 għal min gġandu Dottorat.
F’kull stadju ta l-impjieg, kull social worker jingħata supervision professjonali regolari tul l-impjieg kollu.
Jingħata taħriġ regolari professjonali f’Malta kif ukoll barra minn Malta tul l-impjieg kollu tagħhom.
Mis-sena l-oħra ’l hawn ukoll, bi ftehim mal-Università, ġie introdott il-Master fis-Social Care Management biex joffri wkoll opportunità oħra dawk il-professjonisti soċjali li jixtiequ jimxu ’l quddiem fil-karriera tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga f’Malta u f’Għawdex? Kemm minnhom għandhom il-vizzju tal-kokaina, eroina jew cannabis? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ġewwa l-Komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa, l-aġenzija nazzjonali fil-qasam tal-vizzji u dipendenzi, fi ħdan l-FSWS bħalissa hemm sbatax (17)-il klijent li qed jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni.
Minn dawn, ħdax (11) huma rġiel filwaqt li sitta (6) huma nisa. Minn dawn is-sbatax (17) -il klijent, hemm;
· Disgħa (9) ppreżentaw problema ta’ kokaina;
· Tmienja (8) ppreżentaw problema ta’ eroina;
· Ħadd ma ppreżenta problema ta’ kannabis.
Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb f’Malta u f’Għawdex? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-2021, fil-Komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa fi ħdan l-FSWS, kien hemm tlettax-il (13) resident li ppreżentaw problema primarja ta’ xorb.
Fil-preżent, hemm sitt residenti li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni f’dan ir-rigward. Minn dawn, tlieta (3) huma nisa filwaqt li tlieta (3) oħra huma rġiel. Hemm ukoll klijent ieħor li semma l-alkoħol bħala l-problema sekondarja tiegħu.
Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tal-logħob
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tal-logħob f’Malta u f’Għawdex? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor, Interpellanta li min ifittex għajnuna għall-vizzju tal-logħob jirċievi din l-għajnuna mill-Addictions Community Team tal-Aġenzija Sedqa fi ħdan l-FSWS.
L-għadd ta’ persuni li fittxew din l-għajnuna matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
IRĠIEL
NISA
Total
Gambling reported as a primary problem
17
2
19
Gambling reported as a secondary problem
9
0
9
Total cases reporting a gambling problem
26
2
28
Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tas-sess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tas-sess f’Malta u f’Għawdex? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta, li fil-preżent ma hemm ebda klijent/klijenta li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba vizzju tas-sess.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-waiting list tal-ftuq (hernia)? Jista’ jgħid ukoll, f’liema sena kienu referuti għall-operazzjoni l-pazjenti li qed ikunu operati bħalissa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għall-Unilateral repair of inguinal hernia sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 118 filwaqt għal Bilateral repair of inguinal hernia huma 24. Ninfurmaha ukoll li l-operazzjonijiet jiġu prijoritizzati skont il-ħtieġa klinika u mhux skont id-data li jiġu riferuti għall-operazzjoni.