Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru -  Gazzetta tal-Gvern — Avviżi pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Prim Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?

Response (ABELA, ROBERT)

L-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu -  Gazzetta tal-Gvern — Avviżi pendenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tad-Deputat Prim Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?

Response (BORG, IAN)

L-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?

Response (BONNICI, OWEN)

L-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.

ERA — Kunsilli Lokali - Skart

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tobbliga lill-kunsilli lokali l-kwantitajiet, bil-piż u bil-materjal tal-iskart minn kull kunsill lokali, minn kuntratturi privati (trasportaturi tal-iskart u oħrajn, eċċ.) li huma ingaġġati min-negozji privati għal kull wieħed mis-sitt reġjuni, għas-snin 2023 u 2024, maqsuma għal kull xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-obbligi fuq il-Kunsilli Lokali huma elenkati f’SL 549.63.

Tindif ta’ toroq — Kuntratturi ingaġġati mill-kunsilli lokali - Ġbir ta’ skart

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-kwantitajiet bil-piż u bil-materjal tal-iskart, li jinġabar minn kuntratturi li jagħmlu t-tindif tat-toroq, ingaġġati mill-kunsilli lokali għas-snin 2023 u 2024 maqsuma għal kull xahar u għal kull kunsill lokali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Bulky refuse — Kuntratturi privati ingaġġati mill-kunsilli lokali - Ġbir ta’ skart

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-kwantitajiet bil-piż u bil-materjal tal-iskart li jinġabar minn kuntratturi privati fil-ġbir tal-bulky refuse, ingaġġati mill-kunsilli lokali, għas-snin 2023 u 2024, maqsuma għal kull xahar u għal kull kunsill lokali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

ERA — Miri fis-settur tal-ġbir tal-iskart

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mhijiex titlob l-istess livell ta’ skrutinju u rapurtaġġ lill-operaturi kummerċjali kbar, bħal lukandi, supermarkets, blokok ta’ uffiċini, oqsma industrijali u oħrajn, bħalma tistenna mill-kunsilli lokali u reġjuni? Tista’ tgħid ukoll kif jistgħu jintlaħqu l-miri fis-settur tal-ġbir tal-iskart?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-livell ta’ skrutinju u rappurtaġġ fuq l-iskart joħroġ mir-Regolamenti dwar l-Iskart (L.S.549.63) li jispeċifika l-obbligi fuq il-Kunsilli Lokali u Kunsilli Reġjonali. Il-pjan ta’ kif jintlaħqu l-miri huma stipulati fil-Waste Managment Plan li hu aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi fuq dan il-link: Long Term Waste Management Plan 2021 – 2030 - ERA.

PROs — Kampanji edukattivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kampanja edukattiva tħejjiet b’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali, mill-organizzazzjonijiet tal-Iskemi ta' Responsabbiltà tal-Produttur (PROs) għal kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex għas-snin 2023 u 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-snin 2023 u 2024, l-Organizzazzjonijiet ta' Responsabbiltà tal-Produttur (PROs) nidew diversi kampanji edukattivi u informattivi, li tmienja minnhom saru b’kollaborazzjoni ma` Kunsilli Lokali.

EMT — Talbiet għall-mediċini li mhumiex fuq il-Formolarju tal-Mediċini tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet lill-Exceptional Medicinal Treatment (EMT) Unit għall-mediċini li mhumiex fuq il-Formolarju tal-Mediċini tal-Gvern f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skart tal-ippakkjar miġbur

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi l-kwantitajiet, bil-piż u bil-materjal (riċiklabbli u ħġieġ), ta’ skart tal-ippakkjar miġbur minn kull kunsill lokali, għal kull waħda minn dawn il-kategoriji: i. Bring in Sites; ii. Ġbir bieb bieb; u iii. Intrapriżi privati (inklużi żoni industrijali, lukandi, supermarkets, bejgħ bl-imnut u żviluppi kummerċjali oħra) li jipparteċipaw fl-organizzazzjoni ta’ Skemi ta’ Responsabbiltà tal-Produttur (PROs) għal kull xahar għas-snin 2023 u 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ġestjoni tal-Iskart — Responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-unika obbligu tal-kunsilli lokali huwiex li jipprovdu post/sit għal Bring in Sites u jekk le, x’inhuma l-obbligi l-oħra fuq il-kunsill lokali fir-rigward tar-Regolamenti dwar il-Ġestjoni tal-Iskart (Ippakkjar u Skart tal-Ippakkjar)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

PROs — Tindif tal-Bring in Sites - Multi u penali

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi n-numru u l-ammont totali f'ewro, ta’ multi u penali għall-entitajiet tal-Iskemi ta’ Responsabbiltà tal-Produttur (PROs) li ħarġu u li tħallsu mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) jew ta’ min hi r-responsabilità, talli l-istess PROs ma battlux il-bins fil-Bring in Sites fil-ħin, ma żammewx dawn is-siti nodfa u ma neħħewx skart akkumulat, (imħallat u riċiklabbli) għas-snin 2023 u 2024, maqsuma għal kull xahar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli lokali — Spejjeż addizzjonali għat-tindif mis-siti ta’ ġbir ta’ skart

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-kunsilli lokali humiex mistennija jġorru (kif qed jagħmlu), spejjeż addizzjonali minn fondi pubbliċi biex inaddfu wara l-Iskemi ta’ Responsabbiltà tal-Produttur (PROs) li mis-siti ta’ ġbir ta’ skart għandhom benefiċċji pekunjarji?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Żviluppi kummerċjali — Skart iġġenerat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu responsabbli u kif, tal-entità responsabbli biex tiżgura li l-iskart iġġenerat minn żvilupp kummerċjali ma jiġix miġbur mill-kuntrattur li jopera s-servizz ta’ ġbir bieb bieb, f’kull waħda mis-sitt reġjuni ta’ pajjiżna?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Magħtab — Inċineratur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn l-inċineratur se jsir fil-Magħtab u mhux ħdejn il-power station sabiex l-enerġija ġġenerata mill-iskart tmur mill-ewwel fil-grid tad-distribuzzjoni tal-elettriku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-Magħtab huwa l-post fejn huwa ċentrali għall-iskart u anke, kif wera l-EIA, huwa s-sit l-aktar ideali għall-impjant tal-Waste-to-Energy. Ġaladarba jibda jipproduċi l-elettriku dan se jkun imqabbad mal-infrastruttura tal-Enemalta fiż-żona.

Magħtab — Inċineratur - Oġġezzjonijiet

Question

Fid-dawl li d-dokument "Non-Technical Summary (English) in Relation to the Environmental Impact Assessment (EIA) for a Thermal Treatment Facility (TTF) As per ERA requirements for PA 6096/23 (EA/00020/22)," ma jagħmel ebda referenza għall-oġġezzjonijiet tar-residenti u tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar, tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-proċess biex isir inċineratur fil-Magħtab, ġewx milqugħa u kkunsidrati l-oġġezzjonijiet tal-istess residenti u tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Skont ir-rekwiżiti tar-regolamenti tal-EIA, l-EIA ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u fid-9 ta' Marzu 2025 ġie pubblikat l-avviż li qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif indikat fl-avviż, kwalunkwe parti interessata inkluż ir-residenti u l-Kunsill Lokali tan-Naxxar jistgħu jissottomettu l-mistoqsijiet jew oġġezzjonijiet tagħhom sad-9 ta’ April 2025.

Magħtab — Proġett tal-ECO Hive

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-valur tal-materjal li ġie ġġenerat mit-tqattigħ tal-blat fil-Magħtab bi preparazzjoni għall-ECO Hive? Tista’ tgħid ukoll x’sar minn dan il-materjal u għand min marru l-flus?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

In-Naxxar — Birguma - Barriera - Inspection reports

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24820 u 25866, ġaladarba jidher, li skont ir-rapport ippreżentat lill-Parlament mill-Ministru, li x-xogħol fil-barriera msemmija u possibbilment f’barrieri oħra qed isir skont il-parametri tal-liġi, tista’ l-Ministru tgħid hix qed tikkonsidra: i. Reviżjoni u aġġornament tal-operat tal-barrieri f’pajjiżna? ii. Reviżjoni u aġġornament ta’ kif jitqatta’ l-blat u kif jintuża l-isplussiv? iii. Reviżjoni u aġġornament ta’ kif jinħażen il-materjal fl-istess barrieri u kif dan il-materjal jinġarr mill-barrieri biex jintuża fil-bini u/jew kostruzzjoni, bħal pereżempju bl-użu ta’ jumbo bags fil-ġarr tar-ramel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li riċentement l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ġiet fdata bir-responsabbiltà tal-minerali u bħalissa qed tevalwa kif din ir-responsabbiltà tkun integrata inkwantu ta’ pratttiċi ta’ estrazzjoni, flimkien mar-responsabbiltà eżistenti tal-permessi ambjentali li diġà tirregola l-operat fil-barrieri. Għar-rigward tal-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi lill-Ministeru konċernat.