Legislature:
Category:
Reset
Active:

Social Work

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22703, filwaqt li l-Ministru elenka benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol għal min diġà daħal fil-professjoni, jista’ jsemmi liema huma dawk l-inizjattivi li jħajjru persuni biex jagħżlu din il-karriera? Hemm xi inizjattivi marbuta mal-Università li jistgħu jwasslu biex verament aktar nies jagħżlu din il-karriera nobbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22704, jista’ l-Ministru jgħid, minbarra dawn il-klijenti li qed jieħdu s-servizz fi ħdan il-komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa: i: kemm hemm persuni li qed isegwu korsijiet simili mal-Caritas u l-Fondazzjoni Oasi?; ii: kemm hu n-numru totali ta’ persuni li qed isegwu programm f’pajjiżna?; iii: kemm huma nisa u kemm irġiel?; iv: kemm minnhom ippreżentaw problema ta’ a) kokaina, b) eroina, c) kannabis?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22705, jista’ l-Ministru jgħid: 1) Kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-alkoħol mal-Caritas u mal-Oasi? 2) Kemm hu t-total ta’ persuni f’Malta li qed isegwu programm minħabba l-problema tax-xorb? 3) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Transport Malta – Direct Orders fil-Gazzetta tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid id-dati ta’ meta ġew ippubblikati l-listi ta' Direct Orders fil-Gazzetta tal-Gvern minn Transport Malta għas-sena 2020 u sa Lulju 2021?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ Transport Malta tinsab fit-tabella ta’ hawn taht: Perjodu Data ta’ Pubblikazzjoni Jannar – Ġunju 2020 Il-Gimgha, 18 ta’ Settembru 2020 Lulju – Diċembru 2021 Il- Gimgha, 16 ta’ April 2021 Jannar – Ġunju 2021 It-Tlieta, 5 ta’ Ottubru 2021

San Pawl il-Baħar – Triq San Franġisk – slipway u moll — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se tiswa s-slipway u moll off Triq San Franġisk, San Pawl il-Baħar? Kif ingħata x-xogħol, b'tender jew Direct Order? Min hu l-kuntrattur?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar

Xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet kollha li saru mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-snin 2018, 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min japprova dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet kollha li saru mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-snin 2018, 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min approva dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li saru mill-kumpaniija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-snin 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min approva dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Xogħlijiet minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li saru mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għas-snin 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min approva dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Mediċina Interferon — pre filled pens

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22687, peress li jidher li l-Ministru mhux infurmat li l-pazjenti li bħalissa qed jużaw il-mediċina Interferon beta-1a solution mhux qed jingħataw il-pre-filled pens imma qed jingħataw is-siringi biss, u dan iffisser li ħafna minn dawn il-pazjenti mhux qed jinjettaw lilhom infushom huma stess imma qed ikollhom jużaw is-servizz ta' infermiera biex jieħdu din il-mediċina, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jassigura li b'mod immedjat, il-pazjenti kollha jkollhom aċċess għal pre-filled pens?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Interferon beta -1a solution tista’ tiġi amminstrata forma ta’ pre-filled syringe jew pre-filled pen jew cartridge li huma kollha self-injectable biex il-pazjenti jkunu jistgħu jinjettaw lilhom infushom huma stess. Mill-offerti li nirċievu minn sejħiet pubbliċi ikun determinat il-forom disponibbli sabiex tkun tista’ tiġi amministrata din il-mediċina.

Constant Glucose Monitors

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22688, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jafx li hemm numru ta' persuni li qed iħallsu għall-Constant Glucose Monitors minn buthom u li din hija spiża konsiderevoli? Huwa possibbli li l-Gvern ma għandux il-mezzi biex pazjenti kollha bid-dijabete type 1 jibdew jużaw il-Constant Glucose Monitor mis-sena 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett ta’ Remote Patient Monitoring għal persuni bid-dijabete’ tat-tip 1, fis-sena li ġejja ser ikun estiż sal-eta’ ta’ 21 sena u s-sena ta’ wara jiġi estiż għall-pazjenti kollha tat-tip 1.
Leg 13 PQ #22904 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Infermiera li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Istat

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22689 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hemm infermiera li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f’Malta u f’Għawdex? Tista’ tgħid f’liema skejjel qed jaħdmu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li hemm 21 infermier li huma assenjati f’dawk l-iskejjel tal-Istat li fihom jattendu studenti li għandhom bżonn għajnuna medika. Dan in-numru ma jinkludix iċ-Ċentri ta’ Rizorsa fejn hemm sitt (6) infermiera stazzjonati fihom.

Persuni li jbatu bil-Fibromyalgia

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22690, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispeċifika: i. Liema huma l-mediċini li qed jingħataw għal min ibati mill-Fibromyalgia?; u ii. Liema huma l-mediċini li ser jibdew jingħataw? Jista’ wkoll jispeċifika meta ser jibdew jingħataw? Jista’ jispeċifika meta se jibdew jingħataw dawn il-mediċini minħabba li fir-risposta tiegħu rrefera għaż-“żmien li ġej”?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm żewġ mediċini li jingħataw bla ħlas lill-pazjenti li jsofru mill-imsemmija kundizzjoni li huma Tramadol u Amytriptiline. Fix-xhur li ġejjin se tkun qed tiżdied mediċina oħra (Pregabalin) fil-formularju tal-Gvern li ukoll se tkun qed tingħata bla ħlas, għall-pazjenti bil-Fibromyalgia.

Mediċina li tixbah il-mediċina Xeralto

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22691, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, ġaladarba t-tendering process għadu miftuħ, kif ittieħdet id-deċiżjoni li l-mediċina in kwistjoni mhux ser tkun ix-Xeralto?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22691 u ninfurmaha li l-proċess għas-sejħa għadu għaddej u li l-ispeċifikazzjoni kienet miftuħa għall-kompetizzjoni xierqa dejjem skont id-direzzjoni klinika.

Skejjel – amministrazzjoi ta’ EpiPens

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22692, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jiċċara jekk fil-fatt hemmx biżżejjed infermiera biex jaħdmu fl-iskejjel kollha fejn hemm tfal li għandhom kundizzjonijiet fejn l-użu tal-EpiPen jista’ jsalvalhom ħajjithom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22689.
Leg 13 PQ #22720 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel f’Għawdex – infermiera

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk l-iskejjel f’Għawdex li għandhom infermiera biex jassistu lit-tfal?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha ġewwa Għawdex, bħal dawk ta' Malta, għandhom is-servizz ta’ infermiera li ta’ kuljum iżur l-iskejjel fejn is-servizz tagħhom ikun meħtieġ. Barra minn hekk, hemm ukoll is-servizz ta’ infermiera residenti fis-Sannat Unit. Dawn huma servizz fiss u permanenti u allura huwa attiv minn meta tibda s-sena skolastika u jitkompla anke waqt Skolasajf.

In-Naxxar – Triq John Ayde – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq Triq John Ayde li twassal minn Naxxar sal-Għargħur li tintuża minn ħafna persuni li jimxu, jew jiġru f’din iż-żona, kif ukoll ħafna karozzi u li fiha tilfet ħajjitha mara fit-13 ta’ Marzu 2020, liema traġedja setgħet tiġi evitata li kieku kien hemm crash barriers adegwati jew ħajt mibni sew?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li bniet mill-ġdid it-triq indikata ta’ madwar 1.2 kilometri li kienet fi stat ħażin ħafna, bix-xogħlijiet fiha kienu jinkludu tqegħid ta’ servizzi ġodda taħt l-art għall-provvista tal-ilma, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid bl-asfalt, Infrastructure Malta installat ukoll barrikati tal-azzar miksijin bl-injam biex iżżid is-sigurezza f’din it-triq u anke tħares l-estetika tal-inħawi.

Ir-Rabat Għawdex – Triq Wied il-Luzjata – crash barriers

Question

Wara li saru crash barriers fi Triq Wied il-Lunzjata fir-Rabat Għawdex, liema crash barriers saru b’tali mod li jostakolaw il-passaġġ tal-ilma meta tagħmel ix-xita, b’konsegwenza li l-livell tal-ilma tant għola li spiċċa ġarr xi vetturi fl-inħawi, jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir biex tissolva din il-problema?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-crash barriers imsemmija huma barriers standard li twaħħlu wara talba mill-Kunsill Lokali ta’ Kercem w evalwazzjoni tal-bżonn min Transport Malta.

Ix-Xemxija – Triq il-Mistra — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq il-wiċċ ta’ Triq il-Mistra fix-Xemxija, liema triq hija ta’ periklu serju u kontinwu u li qed twassal għal diversi inċidenti għall-periklu tas-sewwieqa u r-residenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’din ir-rotta ewlenija bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa, li fiż-żmien li ġej irid isir xogħol fiha minn entitajiet separati, Infrastructure Malta diġà għamlet diversi xogħlijiet inkluż fit-Telgħa tax-Xemxija u fit-Telgħa ta’ Selmun li jagħmlu parti mill-istess rotta. Kif diġà spjegajt f’diversi okkażjonijiet preċedenti, parti minnha diġà nbniet mill-ġdid u biex tkun tista’ ssir il-parti l-oħra, l-ewwel iridu jitlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ taħt l-art li hemm ippjanati li jsiru mill-entitajiet konċernati. Sadattant, aktar tiswijiet temporanji ta’ din ir-rotta se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin sakemm tkun tista’ tinbena mill-ġdid b’mod sħiħ fiż-żmien opportun.
Leg 13 PQ #22724 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq Wied il-Lunzjata – crash barriers

Question

Wara li saru crash barriers fi Triq Wied il-Lunzjata fir-Rabat Għawdex, liema crash barriers saru b’tali mod li jostakolaw il-passaġġ tal-ilma meta tagħmel ix-xita, b’konsegwenza li l-livell tal-ilma tant għola li spiċċa ġarr xi vetturi fl-inħawi, jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir biex tissolva din il-problema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-crash barriers saru wara talba li saret mill-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem. Dawn il-crash barriers saru skont ir-rakommandazzjoni ta’ Transport Malta.