Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tagħha jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tagħha minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu ndikat il-Water Services Corporation tat lill-Marigold Foundation l-ammont ta’ € 3,750, filwaqt li l-ARMS tat lill-Marigold Foundation is-somma ta’ €500. Ta’ min jirrimarka li dawn il-fondi huma ndirizzati lill-għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu ndikat minnha, minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, ma kien hemm l-ebda kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra(inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet indikati.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Programm ta’ riabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23652, 23463 u 23076 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22705, jista’ l-Ministru jgħid: 1) Kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni mill-alkoħol mal-Caritas u mal-Oasi? 2) Kemm hu t-total ta’ persuni f’Malta li qed isegwu programm minħabba l-problema tax-xorb? 3) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23755, fir-rigward ta’ statistika għall-Fondazzjoni Oasi, hekk kif it-tweġiba kienet tikkonsisti għal għajnuna li l-Fondazzjoni tagħti b’mod kumpless, lil klijenti tagħha. Fir-rigward ta’ informazzjoni relatata mal-klijenti tal- Organizzazzjoni Caritas li għandhom problema ta’ xorb, ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-informazzjoni tkun qed tingħata f’seduta oħra.

Ir-Rabat Għawdex — Triq Wied il-Lunzjata - Crash barriers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23646 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23530, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li fil-fatt minn mindu saru l-crash barriers ir-residenzi iż-żona ta’ Triq Wied il-Lunzjata, fir-Rabat Għawdex qed ikollhom problema ta’ għarar? Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jsir xi tip ta’ intervent fiż-żona biex jiffaċilita aktar il-passaġġ tal-ilma?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interepellant li skont kif ahna nfuramati, din iż-żona hija parti mill-wied. Hekk kif diġa mwiegeb huwa mistenni li l-ilma jinżel fil-wied, irrilevanti mill-crash barrier.

Liġi li tipproteġi t-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23647 u jikkonferma li fil-ħin li qed issir din il-mistoqsija, il-liġi li tipproteġi t-Tfal (Child Protection Act – Alternative Care) Kap 569 tal-liġijiet ta’ Malta għadha m’hijiex in vigore? Jista’ jgħid meta se tidħol in vigore sabiex verament tipproteġi t-tfal kif suppost?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta, li hekk kif hemm avżat fuq is-sit elettroniku dwar il-Liġijiet ta’ Malta, din il-liġi li qed tirriferi għaliha fil-mistoqsija tagħha, i.e. Kap 569, qatt ma ddaħlet fis-seħħ għax ġiet sostiwita u superata mill-liġi attwali li hi fis-seħħ. Jiġifieri Att XXIII tal-2019 li issa huwa Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, liema att daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju, 2020. Għall-benefiċċju tal-Onor. Interpellanta kopja tal-iscreenshot tal-paġna elettronika relattiva li tikkonferma t-tagħrif li tajtha f’din it-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra .

Addozzjoni ta’ tfal minn barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23648, 22700, 22943 u 23458 u jgħid kemm kienu l-individwi u/jew koppji li qed jistennew li jaddottaw tfal minn barra minn Malta mill-2015 sal-2020, sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, t-tabella t’hawn taħt tindika kemm kien hemm individwi u/jew koppji li qed jistennew li jaddottaw tfal minn barra minn Malta, fis-snin indikati mill-Onor. Interpellanta. 201520162017201820192020 61947910211085

Addozzjoni ta' Tfal Maltin minn ġenituri Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23649, 23459, 22944 u 22699 u jgħid mill-2015 sal-2020, sena b’sena kemm ġew addottati tfal Maltin minn ġenituri Maltin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bejn l-2015 u l-2020 kien hemm total ta’ 16-il adozzjoni lokali. 201520162017201820192020 830032

Social work

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23650, 23461 u 23074 u ċioè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22703, filwaqt li l-Ministru elenka benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol għal min diġà daħal fil-professjoni, jista’ jsemmi liema huma dawk l-inizjattivi li jħajjru persuni biex jagħżlu din il-karriera? Hemm xi inizjattivi marbuta mal-Università li jistgħu jwasslu biex verament aktar nies jagħżlu din il-karriera nobbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS): 1. Toffri opportunitatjiet ta’ xogħol fis-sajf lil dawk l-istudenti li jattendu l-Junior College. Dan sabiex dawn ikunu esposti għal xogħol fil-qasam soċjali u wkoll jiġu mħajjra sabiex ’il-quddiem jagħżlu l-vokazzjoni ta’ Ħaddiema Soċjali. 2. Studenti li jkunu Junior College jagħmlu proġetti tas-Systems of Knowledge mal-Fondazzjoni, fejn l-istudenti jew jagħmlu volontarjat jew inkella jkollhom intervista ma’ xi ħadd espert, sabiex jingħataw ħarsa ġenerali tas-servizzi li tagħti l-Fondazzjoni u wkoll iħajruhom li jagħżlu din il-professjoni. 3. Fuq bażi regolari ikun hemm prezenza fuq il-media, fejn nies li jaħdmu mal-Fondazzjoni jagħtu informazzjoni dwar it-tipi differenti ta’ opportunitatjiet ta’ xogħol, fosthom ħaddiema soċjali, sabiex iħeġġu aktar nies li jibdew il-kors universitarju. 4. Sar video li jintwera fuq il-mezzi tax-xandir fejn jingħata tagħrif dwar ix-xogħol tal-Fondazzjoni, speċjalment ix-xogħol li jitwettaq mill-Ħaddiema Soċjali. Dan sabiex dejjem iħajjar aktar nies li jibdew il-kors universitarju tal-Ħaddiema Soċjali. 5. Waqt il-Freshers’ Week ta’ l-Università il-Fondazzjoni jkollha prezenza sabiex tagħti tagħrif siewi dwar ix-xogħol ta’ Ħaddiema Soċjali mal-fondazzjoni. 6. Tajjeb wieħed isemmi li bejn il-Fondazzjoni u l-Universita’ hemm kollaborazzjoni sħiħa sabiex studenti li jkunu daħlu fil-kors ikollhom Placement A u Placement B mal-Fondazzjoni ħalli dawn ikunu esposti għax-xogħol ta’ Ħaddiema Soċjali. Dan apparti li jsiru sejħiet għal xogħol part-time għal dawk l-istudenti li jistgħu jaħdmu għal xi siegħat sabiex jiksbu aktar esperjenza u ‘l quddiem ikollhom xogħol mal-Fondazzjoni. Dan sabiex wieħed jinkoraġġixxi li dawn l-istudenti jibqgħu sa l-aħħar tal-kors, jittellgħu seminars fejn tinagħata informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi kif ukoll dettalji oħra dwar il-pakkett finanzjarju tal-Ħaddiema Soċjali kif spjegat fid-dettal fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22703.

Programm ta' Riabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23651, 23462 u 23075 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22704, jista’ l-Ministru jgħid, minbarra dawn il-klijenti li qed jieħdu s-servizz fi ħdan il-komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa: i. kemm hemm persuni li qed isegwu korsijiet simili mal-Caritas u l-Fondazzjoni Oasi?; ii. kemm hu n-numru totali ta’ persuni li qed isegwu programm f’pajjiżna?; iii. kemm huma nisa u kemm irġiel?; iv. kemm minnhom ippreżentaw problema ta’ a) kokaina, b) eroina, c) kannabis?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: OASI Number of Current Contacts i Total persons currently receiving treatment 66 iii Gender Female 9 Male 57 Other 0 iv Primary Drug / Addiction Alcohol 22 Cannabis 3 Cocaine 31 Ecstasy 1 Heroin 6 MDMA and derivatives 1 Other drugs 1 Gambling 1 NB - L-informazzjoni rigward l-klijenti tal-OASI tinkludi l-kuntatti kollha tal-OASI, inkluż ukoll, għajnuna għal problema tal-Alcohol u l-logħob. Caritas Number of Current Contacts i Total persons currently receiving treatment 46 iii Gender Female 10 Male 36 Other 0 iv Primary Drug / Addiction Cannabis 20% tal-każijiet Cocaine 45% tal-każijiet Heroin 31% tal-każijiet NB - (Caritas ukoll bhalissa qed issegwi 591 persuna fuq bazi outpatient dwar problema ta’ droga kif ukoll 332 persuna familjari ta xi hadd li ghandu problema ta’ droga)

Social Work

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23461 u 23074 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22703, filwaqt li l-Ministru elenka benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol għal min diġà daħal fil-professjoni, jista’ jsemmi liema huma dawk l-inizjattivi li jħajjru persuni biex jagħżlu din il-karriera? Hemm xi inizjattivi marbuta mal-Università li jistgħu jwasslu biex verament aktar nies jagħżlu din il-karriera nobbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23462 u 23075 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22704, jista’ l-Ministru jgħid, minbarra dawn il-klijenti li qed jieħdu s-servizz fi ħdan il-komunità Santa Marija tal-Aġenzija Sedqa: i. kemm hemm persuni li qed isegwu korsijiet simili mal-Caritas u l-Fondazzjoni Oasi?; ii. kemm hu n-numru totali ta’ persuni li qed isegwu programm f’pajji¿na?; iii. kemm huma nisa u kemm irġiel?; iv. kemm minnhom ippre¿entaw problema ta’ a) kokaina, b) eroina, c) kannabis?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Programm ta’ rijabilitazzjoni minħabba l-vizzju tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23463 u 23076 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22705, jista’ l-Ministru jgħid: 1) Kemm hemm persuni li qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-alkoħol mal-Caritas u mal-Oasi? 2) Kemm hu t-total ta’ persuni f’Malta li qed isegwu programm minħabba l-problema tax-xorb? 3) Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

In-Naxxar — Triq it-Tuffieħ - storm water culverts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma sarux storm water culverts fi Triq it-Tuffieħ fin-Naxxar bħalma saru f’toroq oħra taż-żona tas-Sagħjtar fosthom Triq Korfu, Triq Ġibilta’ u Triq l-Ingilterra?

Response (BORG, IAN)

Mill-bidu ta’ din is-sena s’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’196 triq residenzjali u 91 triq oħra qalb il-kampanja. Għaldaqstant minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, l-aġenzija bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 800 triq residenzjali u rurali. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess ¿mien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. It-triq indikata hija parti minn proġett ta’ 13-il triq residenzjali, li kollha jinsabu fiz-zona magħrufa bħala Tas-Sgħajtar, fin-Naxxar, u li Infrastructure Malta ppjanat li tibnihom mill-ġdid f’daqqa. Sebgħa minn dawn it-toroq - Triq Ċipru, Triq Ġibiltà, Triq il-Libja, Triq il-Marokk, Triq Korfu, Triq l-Arġentina u Triq l-Ingilterra - diġà huma lesti, filwaqt li tlieta oħra - Triq il-Mitħna, Triq il-Ġermanja u Triq iċ-Ċili – jonqoshom l-aħħar saff t’asfalt. Bħalissa qed jinbnew mill-ġdid Triq it-Tuffieħ u Triq Spanja, u jmiss li jinbdew ukoll ix-xogħlijiet fi Triq il-Brażil. F’kull proġett li tagħmel, inklu¿ meta tkun qed tibni mill-ġdid toroq arterjali u residenzjali, Infrastructure Malta qed tinkludi sistemi ġodda ta’ katusi u spralli għall-ġbir tal-ilma tax-xita fejn ikun meħtieġ jew ittejjeb dawk eżistenti. Fil-każ tat-toroq fiz-zona tas-Sgħajtar, minbarra li għamlet xogħlijiet estensivi biex inbidlu u ġew imtejba s-sistemi tas-servizzi taħt l-art, inbew bankini ġodda u ssaħħew il-pedamenti tat-toroq qabel ma sarulhom uċuh ġodda b’l-asfalt, l-aġenzija diġà għaddiet man-nofs kilometru ta’ pajpijiet għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Din is-sistema se tiġi estiża wkoll fi Triq it-Tuffieħ u toroq oħrajn fl-istess zona li wkoll għad iridu jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej.

In-Naxxar — Vjal il-Labour - xogħol ta' kisi ta' tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn Infrastructure Malta qed tagħmel xogħol ta’ kisi bit-tarmac fi Vjal il-Labour fin-Naxxar mingħajr ma tikkonsidra li tagħmel storm water culverts fl-istess triq li minnha jinżel volum kbir ta’ ilma tax-xita speċjalment mill-Pjazza tan-Naxxar, liema ilma qed joħloq inkonvenjent u periklu għar-residenti, sewwieqa u stabbilimenti kummerċjali ta’ din it-triq?

Response (BORG, IAN)

F’kull proġett li tagħmel, Infrastructure Malta qed tinkludi sistemi ġodda ta’ katusi u spralli għall-ġbir tal-ilma tax-xita jew ittejjeb dawk eżistenti. Fi proġetti kbar fejn ikun hemm l-ispazju meħtieġ, l-aġenzija qed tibni wkoll ġibjuni kbar ħalli l-ilma li jinġabar mit-toroq jissaffa f’hydrodynamic separators u jinħażen għat-tisqija tas-siġar u pjanti fiz-zoni mħaddra biswit l-istess toroq. Ġibjuni bħal dawn saru fil-Marsa Junction Project, f’Central Link Project u qed isiru bħalissa fil-proġett tar-roundabout tal-Ajruport, Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project. Fejn ma jkunx hemm ġibjuni, l-ilma li jinġabar mill-katusi fit-toroq jitwassal fis-sistema ta’ mini ta’ kontra l-għargħar li hemm taħt l-art f’diversi partijiet ta’ Malta, jew inkella lejn il-widien tal-inħawi, fejn jiġi assorbit fil-blat u jinżel bil-mod fil-ħażna naturali tal-ilma tal-pjan. Meta tkun qed tibni mill-ġdid toroq arterjali u residenzjali, fejn ikun meħtieġ, Infrastructure Malta ukoll qed tagħmel sistemi ġodda ta’ ġbir tal-ilma tax-xita. Fost oħrajn, saru sistemi ta’ ġbir tal-ilma f’toroq li kienu magħrufin għall-għargħar, fosthom Triq il-Wied, f’Ħal Balzan; Triq Għeriexem, Triq Tat-Tagħbija u Triq Għajn Qajjet, ir-Rabat; Triq il-Wied, l-Iklin, Triq San Pawl, in-Naxxar; Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun, u ħafna oħrajn. Bħalissa qed issir sistema ta’ katusi kbar biex tilqa’ l-ilma tax-xita fi Triq il-Kbira, il-Mosta. Minbarra li f’kull triq ġdida li tibni qed iżżid kilometri ta’ sistemi ta’ katusi u spralli sabiex tnaqqas l-ilma tax-xita milli jinġema’ fuq wiċċ it-triq, fl-istess waqt l-aġenzija qed tieħu ħsieb ukoll li tagħmel it-tindif u l-manutenzjoni meħtieġa lis-sistemi eżistenti, inkluż dawk li saru minnha fit-tliet snin li ilha mwaqqfa. Kull sena qabel jibda l-istaġun tax-xita, l-aġenzija tispezzjona u tnaddaf l-ispralli u l-katusi tas-sistemi tal-ġbir tal-ilma tax-xita fit-toroq ewlenin, speċjalment f’dawk il-postijiet baxxi fejn hemm aktar riskji t’għargħar. Infrastructure Malta diġà kienet ippjanat li ttejjeb ukoll is-sistema tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita fit-triq indikata, tant hu hekk li bħala parti minn xogħlijiet ta’ manutenzjoni estensivi li qegħdin isiru fiha bħalissa diġà ġew mgħoddijin pajpijiet kbar għal dan il-għan f’parti minnha li jinsabu mgħottijin. Waqt li parti oħra minn din is-sistema qed issir fis-service road kif jindikaw il-pajpijiet li diġà hemm fuq il-post.

Ir-Rabat Għawdex — Triq Wied il-Lunzjata - Crash barriers

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23530, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li fil-fatt minn mindu saru l-crash barriers ir-residenzi iż-żona ta’ Triq Wied il-Lunzjata, fir-Rabat Għawdex qed ikollhom problema ta’ għarar? Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jsir xi tip ta’ intervent fiż-żona biex jiffaċilita aktar il-passaġġ tal-ilma?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Liġi li tipproteġi t-Tfal

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-ħin li qed issir din il-mistoqsija, il-liġi li tipproteġi t-Tfal (Child Protection Act – Alternative Care) Kap 569 tal-liġijiet ta’ Malta għadha m’hijiex in vigore? Jista’ jgħid meta se tidħol in vigore sabiex verament tipproteġi t-tfal kif suppost?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Addozzjoni ta’ tfal minn barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22700, 22943 u 23458 u jgħid kemm kienu l-individwi u/jew koppji li qed jistennew li jaddottaw tfal minn barra minn Malta mill-2015 sal-2020, sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Addozzjoni ta’ tfal Maltin minn ġenituri Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23459, 22944 u 22699 u jgħid mill-2015 sal-2020, sena b’sena kemm ġew addottati tfal Maltin minn ġenituri Maltin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Social Work

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23074 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22703, filwaqt li l-Ministru elenka benefiċċji u kundizzjonijiet tax-xogħol għal min diġà daħal fil-professjoni, jista’ jsemmi liema huma dawk l-inizjattivi li jħajjru persuni biex jagħżlu din il-karriera? Hemm xi inizjattivi marbuta mal-Università li jistgħu jwasslu biex verament aktar nies jagħżlu din il-karriera nobbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.