Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Organogramma
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24079, jista' l-Ministru jgħid f'liema skala qed jaħdmu l-persons of trust?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persons of trust li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi qegħdin fi skali ħamsa (5), sitta (6), sebgħa (7), għaxra (10) u erbatax (14). Min-naħa l-oħra, dawk li qegħdin fis-Segretarjat Parlamentari qegħdin fi skala erbatax (14).
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24080, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema skala qed jaħdmu l-persons of trust?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-persons of trust fis-Segretarjat tiegħi huma mqassmin hekk: (1) ħaddiem fi Skala 5, (1) ħaddiem fi Skala 6, 5 ħaddiema fi Skala 7, 6 ħaddiema fi Skala 10, 7 ħaddiema fi Skala 13 u 7 ħaddiema fi Skala 14. Dawn jinkludu ħaddiema li jaħdmu bażi ta’ full time u part-time.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — organogramma
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24082, jista' l-Ministru jgħid f'liema skala qed jaħdmu l-persons of trust?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-ħames Persons of Trust li referejna għalihom f’PQ 24082 huma fl’skali li ġejjin; 2 skala 14, ieħor fi skala 13, wieħed fi skala 10 u ieħor fi skala 7.
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24051, jista' l-Ministru jiċċara r-risposta u jgħid jekk kienx hemm donazzjoni u jekk ingħatatx is-somma ta' 10,000 ewro u numru ta' kotba kif ġara fl-2020 kif jissemma fil-mistoqsija parlamentari 18617? Jekk iva, min approva din id-donazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24051, l-informazzjoni mitluba għall-perjodu indikat mill-Onorevoli interpellanta huwa l-istess kif muri fid-dokument li tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18617.
Qawra sa Buġibba – pożizzjonijiet ta’ żebra crossings
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex jiżdiedu u/jew jiġu reveduti l-pożizzjonijiet taż-zebra (pedestrian) crossings fit-toroq li jieħdu mill-Qawra sa Buġibba jiġifieri Dawret il-Qawra, Triq it-Trunċiera u Dawret il-Gżejjer (Islet Promenade)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn it-toroq jaghqu taħt ir-responsabiltà tal-kunsill lokali. L-Awtorità m’għanda ebda talba mill-kunsill fir-rigward ta’ dawn il-crossings.
Pulizija — Ħruġ ta' żewġ ċitazzjonijiet għall-istess kontravenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-pulizija qed toħroġ żewġ ċitazzjonijiet għall-istess kontravenzjoni bħall-eżempji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-kontravenzjoni tinħareġ skont il-każ tal-ksur tal-provedimenti legali rispettivi. Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellanta illi kull ċittadin għandu dritt t'appell skont l-istess liġi.
Ministeru għal Għawdex — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24062 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — organogramma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24077 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 10, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 9 (tnejn minnhom fuq bażi part time), u l-għadd ta’ persuni fis-Segretarjat Parlamentari huma 8 li diġa jħadmu mas-Settur Pubbliku waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 3.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24084 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (FALZON, MICHAEL)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurma lill-Onor Interpellanta li, l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 3, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 17.
Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €1,100 (VAT eskluża).
Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €2,000 (VAT eskluża).
Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24049 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li la l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-ebda entità jew aġenzija fid-dekasteru tal-Prim Ministru kif ukoll s- Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u l-ebda entita jew aġenzija fid-dekasteru tiegħu ma ta l-ebda kuntratt, direct order, donazzjonijiet jew benefikati lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom ngħataw separatament.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24054 u jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjonijiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sa Diċembru 2021, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm donazzjoni ta’ 25,000 Ewro lill-Fondazzjoni Marigold fl-2020 mill-MFSA.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24050, jista’ l-Ministru jgħid min approva dawn id-deċiżjonijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant b’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24050, li dawn it-tip ta’ decizjonijiet jittiehdu mil-kap ezekuttiv.
Ministeru għal Għawdex — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €1,100.00 (VAT eskluża).
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €2,000
(VAT eskluża).
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, bħalma jiġri b’mod regolari matul is-sena, numru ta’ mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom, nklu¿ mingħand l-entitajiet.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku ¿gur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar tal-informazzjoni u servizzi ssir skont il-proċedura stabbilita. Għal dan il-għan intu¿aw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispi¿a ta’ € 700 (VAT esklu¿a).