Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 21 ħaddiema bħala position of trust u 8 bħala persons of trust. Minn dawn 9 jinsabu fis-Segretarjat Parlamentari.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija 184 ta' din il-Leġiżlatura, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 13 -il ħaddiem bħala position of trust u 6 bħala persons of trust.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Segretarjati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?
Response
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 8 ħaddiema bħala position of trust u 10 bħala persons of trust.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-pjan tal-Gvern li jsir ir-roll out tal-Constant Glucose Monitors (jew Remote Patient Monitoring) hux qed isir kif indikat fil-mistoqsija parlamentari 22817 tat-13-il Leġiżlatura, u li jfisser li KULL persuna bid-dijabete Type 1 ikollha l-monitor sal-aħħar tas-sena 2023?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif imħabbar waqt il-kampanja elettorali ta’ ftit tal-ġimgħat ilu, ir-rollout ta’ continuous glucose monitors lil pazjenti b’ type 1 diabetes qed ikomplu. Fil-fatt bħalissa qed jitqassmu l-monitors bis-servizz ta’ monitorraġġ kontinwu lil ¿għa¿agħ sa 21 sena. Aktar tard din is-sena dan is-servizz jiġi esti¿ sal-eta’ ta’ 35 sena, imbagħad sena oħra lill-pazjenti l-oħra kollha.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-ħidma u l-miri tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020 intlaħqux kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tul dawn l-aħħar 6 snin il-gvern wettaq tibdil kbir u servizzi ġodda fl-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete 2016-2020. Fostom ta’ min wieħed isemmi:
- Numru ta’ mediċini kontra d-Dijabete ġew mi¿juda mal-formularju.
- Kull pazjent li jbati bid-Dijabete beda’ jingħata l-
glucose strips
u għaddej l-proċess li jingħata l-
glucose monitor
b’xejn.
- Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa nieda varji kampanji edukattivi, għat-tfal u għall-adulti, kemm kontra d-Dijabete, kif ukoll kontra fatturi li j¿idu r-risku ta’ Dijabete, bl-għan li ji¿did l-għarfien ta’ kemm hu mportanti li nipprevenu din il-kundizzjoni.
- Tnida l-programm
Living with Diabetes
għal pazjenti li jbatu bid-Dijabete u huma jew obe¿i jew ipejpu.
- Twaqqif il-
pre-diabetic clinic
fiċ-ċentri tas-Saħħa u
out-patients clinic
apposta f’Mater Dei għal dawk il-pazjenti li jbatu mid-Dijabete u għandhom ukoll kumplikazzjonijiet fil-kliewi. Sar investiment minn
Steward Health Care
biex jiġi
upgraded l-Orthotics and Prosthetics Department.
· Rajna wkoll ¿ieda fl-ammont ta’ ri¿orsi umani li huma speċjalizzati fid-Dijabete fosthom
nurses, psychologists, dieticians
, konsulenti speċjalisti fid-Dijabete u kif ukoll Podoloġisti bi
training
speċjalizzat fuq l-US biex jinqabdu malajr il-kumplikazzjonijiet taċ-ċirkulazzjoni kkaw¿ati mid-Dijabete.
· Riċerka – sar l-istudju ‘Saħħtek’.
Inghata bidu għall-proġett pilota tar-Remote Patient Monitoring li jinkludi fih tfal li jbatu minn Type 1 Diabetes.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux ħsieb li jippubblika Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete ġdida minħabba li l-aħħar strateġija li ġiet ippubblikata fl-2016 skadiet fl-2020? Jista’ jgħid ukoll jekk bdewx id-diskussjonijiet mal-istakeholders kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara l-perjodu tal-pandemija, d-dipartiment tas-Saħħa Pubblika issa qed jiffoka fuq l-aġġornament ta’ numru ta’ strateġiji, fostom dik tad-dijabete.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma s-servizzi tas-saħħa marbuta mal-iscreening tad-dijabete u kundizzjonijiet relatati mad-dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawk il-persuni li ssirilhom dijanjosi ta’ dijabete jiġu referuti għal vi¿ta għand tabib tal-familja fil-klinika tad-dijabete li hemm f’kull ċentru tas-saħħa. Wara l-ewwel vi¿ta isirilhom appuntament għal-screening ta’ kundizzjonijiet relatati mad-dijabete. Ta’ kull sena jsir screening tas-saqajn u tal-għajnejn fil-kliniki tal-podjatrija u l-oftalmoloġija fi ħdan il-Kura tas-Saħħa Primarja. Hemm ukoll servizz ta’ dietista u nutrizzjonista. Darba fis-sena dawn il-pazjenti jiġu invi¿tati ukoll mingħand speċjalista tad-dijabete l-isptar jew fiċ-ċentru tas-saħħa stess.
Pazjenti li qed jiġu kkurati bil-Bevacizumab (Avastin)
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti f’Malta u Għawdex li qed jiġu kkurati bil-Bevacizumab (Avastin)? Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed tiġi tiswa kull injezzjoni? Kemm-il injezzjoni jrid jieħu pazjent kull sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar in-numru ta’ pazjenti f’Malta u f’Ghawdex li qed jiġu kkurati bil-Bevacizumab (Avastin) qed tingabar. Kull injezzjoni tiswa bejn €10.68 (Prefilled) u €1,139.47 ghal kull vial, skont id-doza mehtiega u kif indikata mill-Konsulent Mediku.
Dipartiment tas-Saħħa – azzjonijiet industrijali tal-phlebotomists
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm ilhom għaddejjin l-azzjonijiet industrijali tal-phlebotomists fid-Dipartiment tas-Saħħa? Meta bdew dawn l-azzjonijiet (data, ġurnata, xahar u sena)? X’inhi r-raġuni għalfejn bdew dawn l-azzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-azzjonijiet industrijali imsemmija minnha huma sospi¿i.
Dipartimenti tad-Dijabete – sezzjoni pedjatrika – tobba, speċjalisti u konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tobba, speċjalisti u konsulenti li jaħdmu fid-dipartimenti tad-dijabete fis-sezzjoni pedjatrika, jiġifieri għal tfal u żgħażagħ taħt is-16-il sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-Dipartiment tas-Saħħa, fid-dipartiment tad-dijabete’ fis-sezzjoni pedjatrika, għal tfal u żgħażagħ taħt is-16-il sena hemm żewġ Konsulenti Pedjatriċi tad-Dijabete/Endokrinoloġija u Speċjalist Residenti wieħed.
Dipartimenti tad-Dijabete – sezzjoni tal-adulti – tobba, speċjalisti u konsulenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tobba, speċjalisti u konsulenti li jaħdmu fid-dipartimenti tad-dijabete fis-sezzjoni tal-adulti, jiġifieri għal pazjenti mis-16-il sena ’l fuq?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-Dipartiment tas-Saħħa li jinkludi ukoll id-Dipartiment tal-Kura Primarja, fid-dipartimenti tad-dijabete fis-sezzjoni tal-adulti, jiġifieri għal pazjenti mis-16-il sena ’l fuq hemm total ta’ 8 Konsulenti tad-Dijabete/Endokrinoloġija u 8 Residenti Speċjalisti.
Dipartimenti tal-Kura Primarja – tobba, speċjalisti u konsulenti speċjalizzati fid-dijabete
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tobba, speċjalisti u konsulenti li jaħdmu fid-Dipartimenti tal-Kura Primarja u li huma speċjalisti fid-dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-Dipartiment tal-Kura Primarja, fid-dipartimenti tad-dijabete’, hemm 2 Konsulenti tad-Dijabete/Endokrinoloġija. F’dan id-dipartiment hemm ukoll numru ta’ General Practitioners li jikkuraw pazjenti li jkollhom problemi relatati mad-Dijabete’.
Dipartiment tas-Saħħa – infermiera speċjalizzati fid-dijabete
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera speċjalizzati fid-dijabete li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnhom jaħdmu fil-pedjatrija? Kemm minnhom jaħdmu ma’ dawk ’l fuq minn 16-il sena? U kemm minnhom jaħdmu fil-Kura Primarja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta nfermiera li jaħdmu fid-dipartimenti tas-saħħa, fil-qasam tad-dijabete’ huma 14. Dawn jinkludu 2 infermiera li jaħdmu f’dan il-qasam fil-pedjatrija u 12 li jagħtu servizz lil dawk ’l fuq minn 16-il sena.
9 minn dawn l-infermiera jaħdmu fid-dipartiment tal-kura primarja.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jiżdiedu l-ħaddiema li jiffurmaw parti mill-Multi Disciplinary Teams li minbarra t-tobba u l-infermiera jinkludu professjonisti oħrajn bħall-psikoterapisti u podiatrists, li huma essenzjali għall-kura tad-dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għalkemm formalment ma hemmx Multi-Disciplinary Teams fil-qasam tad-dijabete’, ħaddiema professjonisti fil-qasam tas-saħħa bħal Psychologists, Medical Lab Scientists, Nutrition & Dietetics, u Physiotherapists joffru s-servizzi tagħhom lill-pazjenti bid-dijabete’. Fiż-żmien li ġej is-servizz tas-Psychotherapists se jkun ukoll qed jingħata bla ħlas għal ewwel darba. Minn żmien għal żmien, bħal dejjem se jkunu qed jinħarġu aktar sejħiet sabiex aktar ħaddiema professjonisti jiġu ingaġġati.
Taħriġ ta’ infermiera ġodda fl-ispeċjalizzazzjoni tad-dijabete
Question
Huwa fatt li l-infermiera li speċjalizzaw fil-kura tad-dijabete għandhom rwol essenzjali fil-kliniċi tad-dijabete. Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern għandux pjan biex jitħarrġu aktar infermiera ġodda fl-ispeċjalizzazzjoni tad-dijabete, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li hemm numru ta’ infermiera li qed jaħdmu f’dan is-settur, u jagħtu servizz impekkabli, li qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li ġiet introdotta l-liġi tal-ispeċjalizzazzjoni tan-Nursing, sejħiet għal Specialised Practice Nurses isiru fuq parir tal-Specialist Accreditation Committee.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed jikkunsidra jdaħħal l-Aflibercept (Eylea) fil-formolarju tal-mediċini li jingħataw b’xejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-mediċina msemmijja minnha filfatt qegħda fuq l-aġenda tal-kumitat tekniku li jaġġudika liema mediċini jidħlu fuq il-formularju tal-gvern.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete f'Malta? Jista' jgħid kemm minnhom huma Type 1 u kemm huma Type 2?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li t-total ta’ persuni li għandhom il-kundizzjoni ta dijabete’ f'Malta u li għandhom ix-Schedule V huwa ta’ 36,077 li minnhom 1,776 huma tat-tip 1.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tfal taħt is-16-il sena li għandhom id-dijabete Type 1? Kemm minnhom qed jużaw il-Constant Glucose Monitors?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ tfal taħt is-16 il-sena li għandhom id-dijabete’ tat-tip 1 u li għandhom ix-schedule V huwa 148 li minnhom 143 preżentament qed jużaw il-continuous glucose monitors.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm żgħażagħ bejn is-17 u l-21 sena li għandhom id-dijabete Type 1 u li għaldaqstant huma intitolati għall-Constant Glucose Monitors?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 109 żagħżagħ bejn is-17 u l-21 sena li għandhom id-dijabete tat-tip 1 li għandhom ix-schedule V u li huma ntitolati għall-Constant Glucose Monitors.