Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fi ħdan il-Ministeru m’hemmx CEOs jew Kapijiet li waslu għall-eta’ tal-irtirar.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħi m’hemmx każijiet ta’ persuni li se jirtiraw fil-futur qrib. Fi kwalunkwe każ l-operat tal-entitajiet ma jiddependix eżklussivament fuq is-CEO biss imma fuq teams magħmula min-nies kompetenti li jassiguraw li l-entita’ rispettiva titmexxa ‘l quddiem fi kwalunkwe ċirkostanza.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Minisetru għall-Affarijiet Barranin – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entità li taqa’ taħt il-Ministeru, Trade Malta Ltd, m’hemmx CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karigi li qed tirreferi għalihom huma okkupati minn persuni b’kuntratti definiti assenjati lilhom. Hi proċedura normali li meta jkunu waslu biex jintemmu, isiru tħejjijiet minn qabel għat-tiġdid tagħhom mal-istess persuni jew oħrajn li jidħlu flokhom.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ma hemm l-ebda CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responabbli.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-entitatijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi ma hemmx CEOs jew Heads li waslu għall-età tal-irtirar ħlief wieħed li diġà għalaq l-età tal-irtirar. Diġà hemm pjan dwar x’se jsir meta huwa jiġi biex jirtira.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull entità timxi fuq HR Plan ta’ tliet snin, li jieħu konjizzjoni l-età tal-irtirar tal-ħaddiema.

Aġenzija Sedqa – servizz ta’ riabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-ħin li qed issir din il-mistoqsija fid-29 ta' Settembru 2022, hemm waiting list għas-servizz tar-riabilitazzjoni mid-droga offrut mill-Aġenzija Sedqa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-punt tal-ewwel kuntatt mas-servizzi ta’ kura tal-Aġenzija Sedqa fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) huwa s-servizz tal-Addictions Community Team (ACT). Dan huwa l-punt tat-tluq għal kull klijent li jrid eventwalment jirċievi servizz ta’ rijabilitazzjoni residenzjali. Is-servizz tal-ACT jara persuni li jersqu għall-għajnuna fil-komunita’ immedjatament kif jagħmlu kuntatt mal-Aġenzija Sedqa. Persuni li jkollhom bżonn rijabilitazzjoni medika, jiġu referuti għall-Multi-disciplinary Team (MDT), fejn ikollhom laqgħa ta’ assessjar fil-preżenza ta’ social worker, tabib u psikologu, li jħejju pjan ta’ kura għall-klijent. Sad-29 ta’ Settembru 2022, l-istennija għal dan il-proċess kienet ta’ tliet ġimgħat. Minn dan il-punt, il-klijent jibda’ jkun segwit mill-professjonisti nvoluti fil-pjan ta’ kura tiegħu, u jkun jista’ jaċċedi għas-servizzi l-oħra li toffri l-Aġenzija Sedqa, fosthom dawk ta’ ditossifikazzjoni jew rijabilitazzjoni residenzjali, fejn għal tali servizzi ma hemmx lista ta’ stennija.

FSWS – lista ta’ uffiċjali kollha

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha minn manager ’il fuq (sas-CEO) tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-Aġenziji li jaqgħu taħt l-FSWS, bid-dettalji tar-responsabiltajiet tagħhom u l-pakkett sħiħ ta’ kull uffiċjal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – eks ħaddiema tal-Air Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li ġew trasferiti f’entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport? Fejn ġew impjegati, x’inhi l-kariga li ngħataw, x’inhi l-skala u kemm hu s-salarju tagħhom u kemm fadlilhom snin servizz sakemm jiġu għall-età tal-irtirar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari Nru 2383.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – entitajiet li kellhom encroachment agreement ma’ Malta Industrial Parks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks, li saret INDIS Malta, u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar, però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qiegħda titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem? Jista’ jgħid ukoll jekk itteħditx azzjoni, fejn sar infiq bla bżonn u ħela?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx persuni li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa li huma fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Programm u l-evalwazzjoni tat-tagħlim dwar l-integrità u għarfien etiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna kien hemm eleġibbli fil-Public Works biex tagħmel "il-programm u l-evalwazzjoni tat-tagħlim dwar l-integrità u għarfien etiku"? Kemm-il persuna minn dawk li kienu eleġibbli għamlu dan it-taħriġ?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi hemm 25 impjegat eliġibbli għat-taħriġ imsemmi u li s’issa madwar nofshom poġġew għal dan il-programm.

Kumpanija — remunerazzjoni, ħlasijiet u benefiċċji lid-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru: (a) jispeċifika l-ammont ta' remunerazzjoni, ħlasijiet u benefiċċji li saru lid-Diretturi u Segretarju tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? (b) Jista’ jagħti wkoll id-dati u durazzjoni tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi tal-istess kumpanija u min kien preżenti u jekk il-laqgħat sarux fiżikament jew online? (ċ) Jista’ jgħid kemm hemm nies impjegati u/jew deployed ma’ din il-kumpanija? (d) Jista’ jgħid kemm hemm nies li kienu jaħdmu mal-Awtorita tal-Ippjanar li huma preżentement impjegati u/jew deployed ma’ din il-kumpanija u min huma?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tħassir ta' interventi, appuntamenti u operazzjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1921 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1366, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew posposti: a. interventi; b. appuntamenti; u ċ. operazzjonijiet, minħabba n-nuqqas ta' konsenja tat-tracer li jinġieb minn Ruma biex jintuża fil-PET Scans?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni ma tinzammx mill-isptar Mater Dei.

Użu ta' Cyclotron

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1365, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid meta se jibda jintuża l-apparat tas-Cyclotron li jintuża fid-dijanjożi u l-kura tal-Kanċer? Tikkonferma l-Ministru li dan l-apparat, kieku beda jintuża qabel, seta' għen fil-kura tal-kanċer speċjalment meta f’dawn l-aħħar xhur/snin kien hemm okkażjonijiet meta l-konsenja tat-tracer ma waslitx u kellhom jiġu kkanċellati interventi, appuntamenti u operazzjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Minstoqsija Parlamentari 24100 tat-XIII-il Leġislatura, ninformaha li l-apparat tas-Cyclotron kien investiment li sar minn kumpanija privata u qatt ma’ kien propjeta tal-Gvern qabel dan kien akkwistat fl-2021. Il-Malta Enterprise qed tlesti x-xogħol biex ikun jista’ jitħaddem dan l-apparat u l-pjan huwa illi dan ix-xogħol ikun lest sal-ewwel kwart tal-2023.

Tħassir ta' interventi, appuntamenti u operazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1366, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew posposti: a. interventi; b. appuntamenti; u ċ. operazzjonijiet, minħabba n-nuqqas ta' konsenja tat-tracer li jinġieb minn Ruma biex jintuża fil-PET Scans?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Multidisciplinary Team — kura fid-dijabete

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux se jwarrab l-idea tal-Multidisciplinary team fil-kura tad-Dijabete kif indikata b’mod prominenti fl-Istrategija tad-Dijabete 2016-2020 u li issa ilha sentejn li skadiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- Ministeru tas-Saħħa huwa kommess li jittratta id-Dijabete b’kull mod possibbli inkluż bil-multidisciplinary teams.