Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2601 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2602 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.

Naxxar – Triq Leli Falzon — xogħlijiet

Question

Peress li fl-2019, fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11570, tat-Tlettax-il Leġiżlatura, il-Ministru tal-Infrastruttura ta’ dak iż-żmien kien wiegħed li se jsir xogħol fi Triq Leli Falzon, fin-Naxxar, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid għalfejn għadu ma sar l-ebda xogħol f’din it-triq? Meta se jibda x-xogħol u fiex jikkonsisti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-lokalità tan-Naxxar, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq ix-Xbieki, Triq John Adye, Triq San Franġisk t’Assisi, Triq San Pawl, fit-Telgħa ta’ Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq il-Forġa, Triq Ħannewija, Triq Francis Attard, Triq il-Fortizza tal-Mosta, Triq il-Mazza, triq bla isem fi Vjal il-Labour, Triq Ċipru, Triq Ġibiltà, Triq il-Libja, Triq il-Marokk, Triq Korfu, Triq l-Arġentina, Triq l-Ingilterra, Triq Ċili, Triq il-Brażil, Triq il-Mitħna, Triq Spanja, Triq il-Ġermanja, Triq il-Milizzja, Triq it-Tuffieħ, Triq l-Irziezet, Triq l-Oqbra ta’ Ħawwat, Triq il-Kappella ta’ Santa Marija, Tal-Qadi, Triq Santa Fawstina ta’ Kowalska, Triq Tal-Balal, roundabout junction ġdida fi Vjal il-Labour, titjib fir-roundabout junction bejn Triq il-Parroċċa u Triq San Pawl, Triq iċ-Ċirasa, Triq il-Berquq, Triq il-Ġellewż u Triq is-Sgħajtar. Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Margaret Murray, Triq Andrea Debono, Triq Jean Houel u Triq l-Emigranti. Ix-xogħlijiet biex tinbena mill-ġdid Triq Leli Falzon u jinbidlu s-servizzi taħt l-art skont il-ħtieġa qed ikunu ppjanati biex jibdew fix-xhur li ġejjin. Minħabba diversi xogħlijiet oħrajn li saru fl-inħawi, fosthom dawk tar-roundabout junction ġdida fi Vjal il-Labour, din it-triq kien meħtieġ li tintuża bħala rotta alternattiva u għalhekk ma setgħux jinbdew xogħlijiet fiha wkoll fl-istess żmien.

Roll out tal-Constant Glucose Monitors

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizz tal-Constant Glucose Monitors hux se jiġi estiż għall-persuni ta’ bejn it-22 u l-35 sena sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, sa meta? Jekk le, għalfejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-estenzjoni gradwali tas-servizz tal-Continuous Glucose Monitors ser ikompli matul din is-sena, u jkompli s-sena d-dieħla.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti l-Gvern Lokali – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2589 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2591 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2592 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tabella segwenti. Advisor Perjodu Servizz Ammont Dr Daniel Calleja 6 xhur Provision of Legal Services €400 per month excl Vat Ms Jackie Mercieca 6 xhur PR and Research Consultancy Service €5,000 excl VAT Stand Financial Services 3 xhur Accounting and Advisory Services €4,750 excl Vat RSM Malta 8 ġimgħat Anti-Money Laundering Consultancy Services €8,500 excl Vat

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2596 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (FARRUGIA, AARON)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2598 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li s-servizzi ta’ konsulenza li ntalbu mill-entitajiet fi ħdan dan il-Ministeru fil-perjodu indikat huma kif jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt. National Crime Prevention Strategy €7,500 09.03.2021 till 08.03.2022 National Crime Prevention Strategy €6,000 23.08.2022 till 22.08.2023 National Integrated Border Management Strategy €40,000 20.06.2022 till 19.06.2023 VSA €39,200 01.03.2022 till 28.02.2023 VSA €9,000 11.11.2021 till 10.11.2022 Residency Malta €12,000 01.01.2018 till 31.12.2018 Residency Malta €4,000 01.01.2019 till 30.04.2019 Residency Malta €15,000 06.05.2019 till 05.11.2019 Residency Malta €15,000 07.11.2019 till 06.05.2020 Residency Malta €9,600 18.08.2020 till 17.08.2021* Residency Malta €15,000 06.05.2019 till 05.11.2019 Residency Malta €15,000 07.11.2019 till 06.05.2020 Residency Malta €9,600 18.08.2020 till 17.08.2021 Residency Malta €9,600 18.08.2021 till 17.02.2022 Residency Malta €9,600 18.02.2022 till 17.08.2022 Residency Malta €9,600 18.08.2022 till 17.02.2023 Residency Malta €46,800 01.10.2017 till 30.09.2018 Residency Malta €45,500 01.10.2018 till 30.09.2019 Residency Malta €53,400 01.10.2019 till 30.09.2020 Residency Malta €53,400 01.10.2020 till 30.09.2021 Residency Malta €53,400 01.10.2021 till 30.09.2022 Residency Malta €53,400 01.10.2022 till 30.09.2023 Identity Malta Agency €20 kull siegħa - 25 siegħa fil-ġimgħa 2018 Identity Malta Agency €20 kull siegħa - 12-il siegħa fil-ġimgħa 2018 Identity Malta Agency €13.50 kull siegħa - Massimu ta' 9,450 fis-sena 2018 Identity Malta Agency €31,200.00 2018 Identity Malta Agency €31,200.00 2018 Identity Malta Agency €26,000.00 2018 Identity Malta Agency €30,000.00 2018** Identity Malta Agency €56,000.00 2018 Identity Malta Agency €22,645.00 2019 Identity Malta Agency €1,600.00 2019 Identity Malta Agency €4,389.00 2019 Identity Malta Agency €11,059.00 2019 Identity Malta Agency €3,796.00 2019 Identity Malta Agency €31,715.00 2019 Identity Malta Agency €31,784.40 2019 Identity Malta Agency €12,020.00 2019 Identity Malta Agency €13,003.00 2019 Identity Malta Agency €4,554.00 2019 Identity Malta Agency €18,189.00 2019 Identity Malta Agency €15,243.00 2019 Identity Malta Agency €100.00 2019 Identity Malta Agency €4,000.00 2019 Identity Malta Agency €19,800.00 2020 Identity Malta Agency €4,800.00 2020 Identity Malta Agency €9,975.00 2020 Identity Malta Agency €20,142.00 2020 Identity Malta Agency €29,697.00 2020 Identity Malta Agency €31,851.00 2020 Identity Malta Agency €31,584.40 2020 Identity Malta Agency €3,252.00 2020 Identity Malta Agency €18,827.00 2020 Identity Malta Agency €55,048.00 2020 Identity Malta Agency €24,879.12 2020 Identity Malta Agency €1485.00 2020 Identity Malta Agency €19,199.50 fis-sena 2021 Identity Malta Agency €36,796, allowances €2,815 fis-sena 2021 Identity Malta Agency €13.50 kull siegħa 2021 Identity Malta Agency €17,750.00 2021 Identity Malta Agency €4,800.00 2021 Identity Malta Agency €9,990.00 2021 Identity Malta Agency €4,924.15 2021 Identity Malta Agency €4,860.00 2021 Identity Malta Agency €180.00 2021 Identity Malta Agency €4,800.00 2022 Identity Malta Agency €2,238.25 2022 Aġenzija Komunità Malta €76,000.00 2018 Aġenzija Komunità Malta €15,000.00 2018 Aġenzija Komunità Malta €23,750.00 2019 Aġenzija Komunità Malta €9,800.00 2022 *contract terminated on 31.03.2021 ** Till March 2018 when MIIPA was established

Ministeru għat-Turiżmu – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2599 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li mill-2018 l-ispiza medja tal-advisors fl-entitajiet kienet ta madwar €35 elf ewro fis-sena.

Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-Segretarju Parlamentari għandu impjegat erbgħa (4) advisors fuq bażi part-time, tnejn jiġu mħallsa skont skala 7, wieħed skont skala 3 u wieħed skont skala 5.

FSWS – lista tal-uffiċjali kollha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2559 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha minn manager ’il fuq (sas-CEO) tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-Aġenziji li jaqgħu taħt l-FSWS, bid-dettalji tar-responsabiltajiet tagħhom u l-pakkett sħiħ ta’ kull uffiċjal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2562 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li hemm persuna waħda f’dawn l-vesti li hi Chairperson Eżekuttiv ta’ entità u li hija 'l fuq mill-età tal-irtirar.

Minister għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Persuni li jmexxu l-entitajiet fil-Vesti ta' CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2564 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m'hemmx persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2577 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm persuna waħda li waslet għall-eta tal-irtirar. Madanakollu l-kuntratt jiġi fi tmiemu fis-sena 2026.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2588 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ adivsors mitluba minnu.

Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali — Advisors

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat Parlamentari ma ġew impjegati l-ebda Advisors.

Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali m’hemm l-ebda Advisor ingaġġat.

Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fis-Segretarjat Parlametari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli ma ġew imjegati l-ebda Advisors.